Category: Maltese Articles

  • Il-leave tal-maternità: x’ghandu jaghmel il-Gvern

    Il-leave tal-maternità: x’ghandu jaghmel il-Gvern

    Dan l-aħħar reġgħet sabet ruħha fuq il-mejda tad-diskussjoni l-esten­sjoni tal-maternity leave wara li ftit ġranet ilu numru ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, ma qab­lux mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex il-perjodu tal-leave tal-maternità jittella’ għal 20 ġimgħa. Għamlu dan għal diversi ra­ġunijiet. Il-Gvern Malti jgħid li biex jaqbel ma’ proposta bħal din irid ikun hemm…

  • L-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa tal-Lvant: hemm xi xebħ?

    L-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa tal-Lvant: hemm xi xebħ?

    Tmiem is-snin tmenin ġab miegħu l-waq­għa tal-ħajt ta’ Berlin u ftit wara l-waqgħa tal-Ko­muniżmu. Il-popli fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant taħt ġwie­naħ l-Unjoni Sovjetika tajru s-sistema Komunista kemm f’dik li hi tmexxija politika kif ukoll ekonomika. Iddiżintegrat ukoll l-Unjoni Sovjetika nnifis­ha. L-ewwel xhur ta’ din is-sena kienu kkaratterizzati minn avvenimenti simili fil-kontinent Nord Afrikan, b’rivoluzz­joni­jiet li bdew…

  • L-Unjoni Ewropea tilfet opportunità kbira

    L-Unjoni Ewropea tilfet opportunità kbira

    Il-gimgha l-oħra l-Parlament Ewropew approva l-Pakkett ta’ Governanza Ekonomika fformat minn Sitt Rapporti. Approvazzjoni li, anke jekk b’marġni żgħira, ħalliet lill-gruppi politiċi maq­sumin u diżappuntati. Pakkett li min fasslu wkoll sabha diffiċli biex jispjegah, aħseb u ara kemm se jkun ak­tar diffiċli biex jifhmuħ il-popli minkejja li jridu jġor­ru l-piż tiegħu. Faċilment tif­hem kif in-nies…

  • Mario Draghi

    Mario Draghi

    Mario Draghi, sal-lum Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Ital­ja, mill-1 ta’ Novembru li ġej, se jkun il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal terminu ta’ tmien snin, sal-aħ­ħar ta’ Ottubru, 2019. Għall-punt ta’ preċiżjoni rrid ngħid li din il-kariga, trid tkun approvata b’vot mill-Parlament Ewropew nhar il-Ġimgħa li ġej u l-approvazzjoni finali mill-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li se…

  • Mina twila bla xaqq ta’ dawl

    Mina twila bla xaqq ta’ dawl

    Punt kruċjali li wieħed għandu jifhem dwar il-miżuri iebsin li qegħ­din jittieħdu f’numru ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, prinċipalment fil-Greċja, fost­hom it-tnaqqis fil-kun­dizzjonijiet tax-xogħol, it-tnaqqis fil-benefiċċji soċjali, iż-żieda fl-età tal-irtirar u oħrajn, mhumiex qegħdin ikunu determinati b’mod ħieles mill-pajjiż konċernat innifsu. Lanqas mhuma ġejjin minn xi istituzzjoni bħalma huwa l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), istituzzjoni internazzjonali u…

  • Rebbiegħa Maltija

    Rebbiegħa Maltija

    Din mhix la l-ewwel u lanqas l-aħħar riflessjoni fuq l-andament tar-Referendum. Għalkemm wie­­ħed jiddejjaq jikteb jew jaqra fuq suġġett li fuqu saru ħafna kummenti, naħseb li f’dan il-każ hemm utilità kbira li dan isir. Xejn xejn dawn l-osservazzjonijiet iservu ta’ punt ta’ referiment għal xul-xin, biex naraw fejn jista’ jinsab ‘consensus’ fuq triq li qatt…

  • Min se jkun il-kap tal-IMF?

    Min se jkun il-kap tal-IMF?

    Min se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur Maniġerjali, Kap, tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) wara r-riżenja ta’ Dominque Strauss Khan aktar kmieni dan ix-xahar? Mistoqsija li fuqha hija ffukata l-attenzjoni internazzjonali u li tweġiba għaliha rridu nistennewha sa tmiem Ġunju li ġej. Madankollu jidher li s-swaba’ huma ppuntati lejn il-Ministru tal-Finanzi Franċiża Christine Lagarde li…

  • Sehem l-UE fuq il-palk dinji

    Sehem l-UE fuq il-palk dinji

    L-impatt li għandha l-Unjoni Ewropea (UE) fuq ix-xena internazzjo­nali, fuq il-palk dinji, huwa kompatibbli mal-kobor, mal-importanza tagħha? Sfortunatament nibża’ li le. Dan ma jirriżultax minħabba xi nuq­qas ta’ qbil bejn il-gruppi Ew­ropej fil-Parlament jew bejn il-Prim Ministri jew Ministri fil-Kunsill. Filfatt aktar għandna qbil milli differenzi, qbil fuq ħafna kwistjonijiet impor­tanti fil-kamp ekonomiku, dak tal-ambjent,…

  • Is-solidarjetà fl-UE hi skarsa?

    Is-solidarjetà fl-UE hi skarsa?

    Huwa issa ċar daqs il-kristall li s-solidarjetà fl-Unjoni Ewropea mhix hemm fejn jidħol il-tqassim tal-piż li jaqa’ sproporzjalment fuq xi paj­jiżi minħabba l-immigrazzjoni irregolari. Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea nhar il-Ħamis li għadda, għaxar pajjiżi membri vvolontarjaw li jieħdu total ta’ 323 refuġjat minn Malta. Il-Ġermanja qalet li tieħu mitt refuġjat, waqt li…

  • Governanza ekonomika: x’se tfisser għal pajjiżna

    Governanza ekonomika: x’se tfisser għal pajjiżna

    Gvern jiġi elett biex jara li flus il-poplu jkunu minfuqin sew. Il-mod li jinġabru t-taxxi u ssir l-ispiża pubblika hi xjenza soċjali li, jekk ma titmex­xiex kif imiss, ikollha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali serji għal pajjiż. Jiġu affett­wati r-rata li jiġi kkreat jew mitluf ix-xogħol, dik tal-inflazzjoni, kif ukoll r-rata ta’ familji li jaqgħu fil-faqar…