Maltese Articles
Matul is-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu iktar kmieni l-ġimgħa l-oħra, ġiet approvata riżoluzzjoni dwar l-hekk imsejħa Stability jew Eurobonds – skema ta’ bejgħ ta’ bonds mill-pajjiżi Ewropej fuq skala Ewropea minflok dik ta’ bħalissa, fejn kull membru jbigħ il-bonds individwalment.
M’hemm ebda dubju, sew għall-grupp tagħna tal-Alleanza Soċjalista u Demokratika, però anke għall-Parlament, dan hu pass kbir ’il quddiem. Dan għar-raġuni li, waqt li l-kriżi fiż-Żona Ewro sejra mill-ħażin għall-agħar, ...
[+]
Li l-politika hija magħrufa bħala “maħmuġa” minn parti kbira tal-Maltin u l-Għawdxin hija sfortuna kbira għall-politika Maltija. Ir-realtà hi li ħafna nies ta’ ħila, li jistgħu jagħtu kontribut lil pajjiżna, jibqgħu lura minħabba l-biża’ ta’ dan l-aspett negattiv. Jibżgħu, jew għal ġildhom, jew għall-familja tagħhom. Jaraw dan bħala nkwiet bla ...
[+]
Fil-jiem li għaddew il-Gvern Malti ffirma l-ftehim magħruf bħala ACTA. Kontra dak li jsir is-soltu, il-Gvern ma ħareġ l-ebda stqarrija biex iħabbar li ffirma dan it-trattat. Sirna nafu għaliex qamet kontroversja sħiħa kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, wara li għaqdiet taz-żgħażagħ qamu jipprotestaw għax qegħdin iqisu dan il-ftehim ...
[+]
Il-Professur EDWARD SCICLUNA huwa lettur fl-Università, ekonomista, Membru Parlamentari Ewropew u Vici-President tal-Kumitat ghall-Affarijiet Ekonomici u Monetarji fil-Parlament Ewropew. Ghall-elezzjoni generali li jmiss Scicluna se jkun ukoll kandidat gdid f’isem il-Partit Laburista. RITIANNE AGIUS tkellmet ma’ Profs. Scicluna biex issir taf iktar dwaru u dwar dak li hajjru jaghti sehemu ...
[+]
Il-Ġimgħa li għaddiet kien hawn Malta delegazzjoni mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) biex teżamina l-ekonomija tal-pajjiż. Kemm damu Malta ltaqgħu ma’ uffiċjali tal-Gvern kif ukoll ma’ delegazzjoni tal-Partit Laburista. Jien iffurmajt parti mid-delegazzjoni tal-Partit immexxija minn Dr Joseph Muscat.
Din mhix l-ewwel darba li jien iltqajt magħha d-delegazzjoni tal-IMF. Fil-fatt mill-1996 sal-2003 ...
[+]
Dawn l-aħħar snin bdejna nisimgħu aktar rigward il-fenomenu tax-xogħol prekarju f’pajjiżna. X’inhu eżattament dan ix-xogħol prekarju? Veru qed jiżdied bħalma qegħdin jgħidu l-unjins? X’inhi l-implikazzjoni ta’ dan għal pajjiżna?
Tradizzjonalment, il-kunċett tax-xogħol dejjem ġie miftihem f’Malta bħala xogħol fiss li persuna jkollha u li għalih tikkontribwixxi għal 40 siegħa fil-ġimgħa.
Miegħu beda ...
[+]
Il-Ġimgħa li għaddiet reġa’ beda jiltaqa’ l-Parlament Ewropew. Kif wieħed jistenna fuq nett tal-aġenda hemm id-diskussjoni dwar iż-Żona Ewro. Din il-problema spiċċajna s-sena biha u erġajna sibniha ma’ wiċċna fis-sena l-ġdida.
Qabel il-Milied, il-Kummissarju Olli Rehn kien qal li jekk il-pajjiżi taż-Żona Ewro ma kinux se jsibu soluzzjoni għall-problema tal-ewro fi ...
[+]
Waqt l-eċċitament u spekulazzjonijiet li ġraw dawn l-aħħar jiem sew fuq avvenimenti politiċi u dawk ta’ kronaka lokali baxx baxx iżżerżqet l-aħbar li l-Gvern se jagħmel xi reviżjoni parzjali fil-Baġit li għadu kemm għadda. Ir-raġuni li ta l-Prim Ministru hi li l-andament ekonomiku minn nofs Novembru lil hawn ħżien.
Sa fejn ...
[+]
Mis-sebghinijiet lil hawn, ghallinqas sa ftit snin ilu kont tisma hafna josservaw li ghal grazzja t’Alla l-faqar minn Malta kien inqata’. Dan ghaliex, kontra dak li kien jigri qabel, ma kontx izjed tara minn jittallab, jghix f’xi kerrejja, ma jaffordjax jixtri zarbun, jew jixtri l-ikel bil-kreditu tal-grocer. Sew il-pagi, anke ...
[+]
Aktar ma jsiru ‘summits’ tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, aktar qiegħda tikber l-aspetattiva li l-aħħar soluzzjoni misjuba u miftiehma se tkun dik li ssolvi darba għal dejjem il-problemi li għaddejja minnhom l-ewro. Meta Olli Rhen bħala Kummissarju, ħabbar li l-kriżi tant hi serja li kien baqa’ biss għa-xart ijiem biex tinstab dik ...
[+]
More »