IL-FAQAR IL-LUM


Mis-sebghinijiet lil hawn, ghallinqas sa ftit snin ilu kont tisma hafna josservaw li ghal grazzja t’Alla l-faqar minn Malta kien inqata’. Dan ghaliex, kontra dak li kien jigri qabel, ma kontx izjed  tara minn jittallab, jghix f’xi kerrejja, ma jaffordjax jixtri zarbun,  jew jixtri l-ikel bil-kreditu tal-grocer. Sew il-pagi, anke tal-izghar fost il-haddiema, kienu bdew iwasslu l-ikel fuq il-mejda, kif ukoll is-servizzi pubblici kienu ta’ livell tajjeb u fuq kollox kienu b‘xejn u ghal kulhadd.

Allura l-faqar min qed isemmieh ?  Dawk li qed jesageraw jew dawk li jridu jitfghu xi dell fuq il-gvern?  Filfatt mhux hekk.  Minn qed jjitkellem fuq il-faqar huma nies li jifhmu u li josservaw. Nies li fihom jafdaw certu familji milquta u ghalhekk jafu mod iehor.  Mela allura veru?

L-ewwelnett wiehed irid jghid li l-faqar ma nifhmux biss faqar assolut. Dak li ma ghandikx ghixa ta’ lejla. Mhux ghax dan ma jezistix. Fejn jezisti u dan hafna drabi f’pajjizi tat-tielet dinja nuzaw indikatur ewlenin, fosthom in-numru ta’ persuni li jaqilghu inqas minn dollaru kull jum. Meta zzur dawn il-pajjizi fejn il-maggoranza tal-populazzjoni ta’ pajjizhom jaqghu f’dan il-livell ta’ faqar tara mizerja tal-wahx. Fuq dawn nitkellmu wkoll.

Mela f’pajjizna  x’faqar hu li qed isemmi min jifhem ?  Dawn qed jirreferu ghal faqar relattiv.

Fiz-zmienijiet tal-lum hija s-socjeta li tiddetermina x’inhuma dawk l-affarijiet li wiehed irid biex jghix hajja normali.  M’ahniex qed nitkellmu fuq lussu izda qed nirreferu ghal affarijiet bazici li huma accettabbli fid-dinja tal-lum. Wiehed irid jistaqsi u jara jekk hemmx familji li waqghu taht dak il-livell, bi ftit jew hafna. Dawn tal-ahhar insibu li qed ibghatu.  Qed ibghatu ….l-faqar.

Per ezempju naraw jekk familja taffordjax issahhan il-mishun fix-xitwa biex tinhasel. Taffordjax tixtri zarbun tal-isports  biex wiehed mit-tfal jilqa l-istedina ta’ shabu jew tal-iskola li jissieheb fit-team tal-football jew basketball. Jekk koppja zaghzugha li wara li jhallsu l-imghax fix-xahar fuq id-dar li kulhadd hajjarhom jixtru baqalhomx  flus bizzejjed biex jahsbu ghal tarbija. Genituri li biex jrabbu t-tfal komdi ma jaffordjawx jixtru tibdila hwejjeg ghalihom.

Mil-lat ta’ statistika, l-ekonomisti ghandhom metodu biex isibu kemm fil-pajjiz hemm persuni li bid-dhul taghhom jistghu jkunu qed ibghatu minn xi sintomi ta’ dan il-faqar u ghalhekk  isejjhulhom li qeghdin fir-riskju ta’ faqar.  Dan huwa billi jaqtghu linja li tigi 40 fil-mija taht id-dhul medju tal-familji. Min ma jilhaqx l-40 fil-mija taht il-medja nghidu li qieghed that ‘il-poverty line’, jigifieri qieghed fir-riskju ta’ faqar.  Dan ifisser li familja tkun ghaddejja minn tbaghtija relatata ma’ nuqqasijiet bazici.  

Wiehed irid jaghmel differenza bejn x’jixtieq biex itejjeb l-istandard of living tieghu u bejn dak li ghandu bzonn ghal hajja dicenti.  Wiehed jista’ jghid kemm jixtieq li ghandi miljun ewro halli jixtri jott kbir.  Imma jekk missier jew omm tghid kemm tixtieq li t-tifel taghhom jibghatuh xalata mat-tfal tal-iskola izda ma jistgjhux ghaliex ma ghandhomx minn fejn hija haga ohra.  Anke meta familja toqghod lura milli tixtri medicina, jew li ma tmurx ghand dentist anke jekk ghandha bzonn, ghax ma tiflahx thallas huwa sinjal ta’ faqar. 

Meta familja tigi f’din is-sitwazzjoni bhal din allura din il-familja tkun waqghet taht il-linja tal-faqar. Id-differenza hi li llum, kontra dari, mhux facli li dawn il-familji tkun taf bihom.  Fid-dinja tal-lum il-familji fil-bzonn jippruvw jahbu mill-girien u minn kulhadd li jkunu ghaddejjin minn dik it-tbaghtija.  Kuntenti jbatu l-gugh milli juru li waqghu fil-bzonn.  U minhabba f’hekk ma jkunux facli li s-socjeta’ tiddentifika min hu fil-bzonn.

Qabel wiehed kont tarah hafi jew qed jittallab u allura kien jurik li huwa fqir.  Fiz-zminijiet tal-lum ghandna hafna familji li minn barra juru li kollox sew imbaghad issibhom bi djun kbar mal-banek fuq id-djar taghhom u b’dak li jibqghalhom ma jkunx bizzejjed biex irabbu t-tfal taghhom.  Xorta wahda pero jridu jlibbsuhom, jibghathuom l-iskola u jixtrulhom affarijiet ohra l-istess kif jaghmlu l-girien taghhom li ma jkunux ghaddejjin mill-istess tbaghtija. U ghalhekk jiddejnu iktar.

Forsi wiehed jistaqsi, allura x’irid jaghmel il-pajjiz biex jindirizza dan it-tip ta’ faqar ?  Hemm hafna xi jsir. Ma nistghux nitkellmu fuq kollox. Niehdu biss zewg punti. Niehdu per ezempju t-taxxi. Qabel ma jipprova jqassam, Gvern irid jara li ma ghandux jinponi taxxi fuq dawn il-kategorija ta’ familji. Fil-fatt mhux hekk. Il-VAT u taxxi simili indiretti ihallashom kullhadd.  Huwa ghalhekk wiehed irid joqghod attent hafna li ma jitfax iktar pizijiet fuq taxxi ndiretti.  Ghax dawn huma rigressivi u jmorru kontra l-principju tal-ekwita li ghanda tissarraf f’sistema ta’ taxxi progressivi, jigifieri li r-rata tizdied iktar ma titla l-fuq. U mhux il-kontra. Huwa ghalhekk il-Gvern ghadu ma fehem xejn jew ma jridx jifhem fuq il-kwistjoni tat-tariffi esagerati tad-dawl u l-ilma fost l-ohrajn.

Is-soluzzjoni fit-tul hija l-edukazzjoni.  Dan ghaliex hemm korrelazzjoni kbira bejn il-faqar, nuqqas ta’ sahha u specjalment livel baxx  ta’ edukazzjoni.  Jekk m’ghandekx sengha jew edukazzjoni bazika tispicca bla xoghol.  Jew inkella taccetta xoghol prekarju li ma tantx ihallas u dawn jibdew bil-mod il-mod jikkontribwixxu ghal faqar. 

Ghalhekk importanti li gvern isahhah is-sistema edukattiva fil-pajjiz.  Meta tfal johrogu mill-iskola qabel iz-zmien ir-riskju li jaqghu fil-faqar huwa kbir hafna.  Ma  jkunux jafu x’ghandhom jieklu ghal sahhithom.  Imbaghad jispiccaw ikunu vulnerabbli ghall-certu mard.  Wahda ggib l-ohra u jaqghu f’cirku vizzjuz.  Ghalhekk il-pajjiz irid jahseb fit-tul biex jekk jista’ jkun ma jkunx hawn dan it-tip ta’ faqar.

Il-faqar kullimkien jixxiebah.  Kollu degradanti ghal bniedem.  Sintendi ikbar ma hu u aktar ma hu mifrux fost il-popolazzjoni aktar il-pajjiz kollu jitlef id-dinjita tieghu. Hekk jgir f’hafna pajjizi tal-Afrika u certu pajjizi tal-Asja. Meta nzur xi pajjizi bhal dawn fuq xoghol tal-Parlament Ewropew ma tistghax ma tahsibx fil-fond dwar l-ingustizzji kbar li ghanda quddiema d-dinja.

Fil-kaz tal-pajjizi Afrikani r-ragunijiet tal-faqar huma differenti ghal kollox.  Il-gwerer igibu dizorganizzazzjoni shiha, kaos u faqar kbir ferm inkluz il-guh. Imbaghad hemm il-korruzzjoni li tnixxef il-pajjiz minn kull rikkezzi li jkollu.  Jekk pajjiz ikollu riservi ta’ hafna metalli jew zejt bizzejjed biex jghix sew izda fl-istess hin ikun hemm emoregija kbira bhal ma nsibu f’certu pajjizi fejn hemm dittaturi. Dawn jixxuttaw lill-pajjiz minn biljuni ta’ dollari fis-sena.  Insibu wkoll burokrazija kbira u nuqqas ta’ gustizzja.

Il-problemi li nisbu f’dawn il-pajjizi u li jgibu l-faqar huma ghalhekk komplessi hafna; huma ekonomici, politici u socjali. 

Fl-istess hin hija r-responsabbilta’ tal-pajjizi sinjuri li jilhqu certi miri biex jonqos il-faqar fid-dinja. Huwa tajjeb li jkollna targets ta’ kemm behsiebna inwaqqghu dawk l-imwied u mard u tbatija fil-vojt permess ta’ dawk li jissejjhu l-Millennium Development Goals (MDGs).  Miri li, per ezempju, fi zmien ghaxar snin jonqsu l-imwiet ta’ trabi taht is-sena ; jonqos in-numru ta’ nisa li jmutu waqt l-process tat-twelid ; li jonqos certu mard bhal malarja u miri ohra.

Il-problema hija komplessa.  Fl-ahhar mill-ahhar pero’, huwa fatt illi fiz-zmien tal-lum, jekk inti qed tghix sew m’ghandekx taccetta u tippermetti li jkun hemm tfal jew familji li jghixu f’nuqqas ta’ dinjita kbira minhabba l-faqar. La f’pajjizna u lanqas pajjiz iehor. Hemm hafna xi jsir.  Soluzzjonijiet u mezzi hemm. Pero l-ewwel irridu nosservaw u nghatu kas u mhux indawwru rasna.

Niehu din l-okkazjoni biex nawgura lill-qarrejja ta’ dan il-gurnal l-isbah xewqat ghas-Sena l-Gdida.

L-Orizzont, it-Tnejn, 2 ta’ Jannar, 2012 


28 responses to “IL-FAQAR IL-LUM”

  1. заговор на полное подчинение к чему
    снится луг с зеленой травой
    сонник индийский храм
    когда карты таро могут врать, как понять что карты не врут идеальные для козерога

  2. I don’t know if it’s just me or if perhaps everyone else encountering issues with your blog.
    It appears as if some of the written text within your content are running off
    the screen. Can someone else please provide feedback
    and let me know if this is happening to them too?
    This may be a problem with my browser because I’ve
    had this happen before. Cheers

  3. xiaomi redmi 9c 64gb, xiaomi redmi 9c 64gb blue шөлейттенудің пайда болу себептері, қазақстандағы шөлейттену транслитерация это,
    как поменять транскрипцию в паспорте академический
    календарь казгюу 2022 2023, академический каталог казгюу

  4. пильный диск, диск для циркулярной пилы по дереву 185х20 уйленуге асыгындар, хадистер жинағы кітап погода бурное на 10 дней, погода бурное сегодня таластык
    кыз текст бакр скачать, бакр ты и я скачать

  5. центральная аптека алматы адрес, центральная аптека контакты бул махаббат
    скачать taspay, бул махаббат таспай текст обыр алдын
    алу, обыр на русском жартылай ет фабрикаттарының сапасы, сиыр
    етінен жасалған жартылай фабрикаттар

  6. расписание автобусов по городу, расписание
    автобусов балхаш алтын көру түс
    жору, жүкті әйел түсінде алтын алқа көрсе
    бұрынғы заман мен қазіргі заман
    эссе, казирги заман мен бурынгы заман кыздары құстарға хат
    жазу, ауладағы құстар туралы мәтін

  7. космогендік ою өрнек деген не, космогендік ою
    өрнегі попс формуласы qarakesek 2022 музыка скачать, каракесек ремикс скачать идеи
    на 1 апреля, шутки на 1 апреля для
    парня какую силу нельзя измерить динамометром, перечень документов для прохождения ввк рк

  8. жер ресурстарының қоры бойынша бірінші орындағы ел, әлемдік жер қоры ақпараттарды
    қағазға басып шығаратын құрылғы, морзе әліппесінде неше символ қолданылады машины за 5 млн тенге, новые машины за 5 миллионов тенге кітап туралы ақындардың нақыл сөздері, ахмет байтұрсынов кітап туралы
    нақыл сөздер

  9. приказ мз рк по паразитарным заболеваниям, приказ по инфекционным заболеваниям рк түркі мәдениеті презентация, түркі мәдениеті мен өркениеті слайд почему поправляются от
    гормонов, какие гормоны влияют на вес у мужчин сағынсам қалай шыдаймын кавер скачать, сағынсам қалай шыдаймын мейіржан көпжасаров

  10. молитва архистратигу михаилу от карты таро манара, таро манара отзывы стрелец знак
    зодиака женщина характеристика совместимость с рыбами
    мужчинами
    сонник эксперт дача, к чему снится, что сгорела дача если приснились
    ложки

  11. мен мен едім мен едім қысқаша мазмұны санаторий боровое цены 2023 год, санаторий боровое цена путевки амазонка өзені туралы мәлімет,
    ніл өзені туралы мәлімет семейный спа центр
    алматы, спа салоны алматы отзывы

  12. басқару психологиясының қазіргі жағдайы, басқару
    психологиясының міндеттері
    музыка және поэзия байланысы, музыка және поэзия слайд оңалтудың медициналық және физикалық аспектілері,
    оңалту түрлері презентация сколько идти пешком от медео до горельника, горельник алматы цена

  13. алақай наурыз әні скачать,
    қош келдің наурыз әні скачать мемлекеттік қызметкерлердің
    құқықтары мен міндеттері,
    мемлекеттік қызмет туралы
    заң қашан қабылданды оклад и премия какая система оплаты труда, положение о премировании работников рк самый
    страшный квест, мир квестов

  14. бмв м8 компетишн цена, бмв х8 цена в казахстане ынтымағы жарасқан ел сурет салу, бірлігі жарасқан ел ашық сабақ
    қан кешті мағынасы, тұрақты сөз тіркесі 5 мысал сипаттау сөйлем құрау, сипаттау мәтіні мысалдар 3 сынып 23 жаттығу

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *