L-istudju ta’ riċerka mwettaq mill-Caritas Malta, li ffoka fuq tliet kategoriji ta’ familji bi dħul baxx, kien xokkanti għall-awtoritajiet, għall-imsieħba soċjali u għas-soċjetà Maltija inġenerali. Jekk xi ħadd kellu xi dubju jekk verament hawnx il-faqar fostna, issa jista’ jneħħih.
L-aġenzija Ewropea tal-istatistika l-Ewrostat ilha tgħid dan għal dawn l-aħħar tliet snin. Iżda s-sett ta’ indikaturi tekniċi tagħha għall-kejl tal-faqar bħall-ko-effiċjenti GINI, S80/S20 u P90/P10 huma maħsubin biss għall-esperti. Indikatur ieħor li jiġi rrapportat ta’ spiss, jiġifieri l-persentaġġ tal-popolazzjoni f’riskju tal-faqar, suppost li jinftiehem aħjar. Iżda anki hawn insibu nies li jsibuha diffiċli jifhmu s-sinifikat tiegħu, billi jitqiegħed f’termini probabbilistiċi.
Dawn l-indikaturi huma pprovduti bħala għodod essenzjali għal min jifformula l-politika fl-oqsma ekonomiċi u soċjali. Huma maħsubin biex iservu ta’ bażi għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Ta’ min jinnota, iżda, li dawn l-indikaturi ekonomiċi, safejn naf jien, qatt ma dehru, kif suppost, fost il-miri ekonomiċi nazzjonali ewlenin f’xi diskors tal-Baġit, per eżempju, jew fis-segwitu tiegħu inklużi l-laqgħat tal-MCESD.
Kellha tkun organizzazzjoni bħall-Caritas, immexxija minn direttur rispettat ħafna u t-tim tiegħu, magħrufin għall-attitudni prattika u bla xinxilli fix-xogħol kollu li twettaq, biex tipproduċi dan l-istudju. It-tim daħal fid-djar tan-nies u ħa nota ta’ dak li ra. Basket bażiku ta’ prodotti essenzjali: l-ikel, l-ilbies, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u s-saħħa. Il-basket tneżża’ minn kull spejjeż oħrajn li l-biċċa l-kbira tal-ġenerazzjoni żagħżugħa ma tgħaddix mingħajrhom – mowbajls, l-użu tal-karozza, xi vjaġġ kultant, l-użu tar-roti u l-muturi, xi annimal domestiku fid-dar, qari ta’ magażins, smiegħ tal-mużika, fotografija u l-użu tat-tabib tal-familja. Dawn kollha ġew ESKLUŻI mill-basket parsimonjuż. Kif kien mistenni, il-valur ta’ dan il-baġit minimalista ġie inqas minn dak il-valur aktar aċċettat tal-faqar relattiv kif definit bħala dħul ta’ 60% tad-dħul medjan nazzjonali. Ir-riżultat xorta kien impressjonanti, l-aktar għax l-istatistika prodotta ma kinitx xi valur miksub bil-matematika iżda wieħed osservat personalment. Dak il-valur kien jaqbeż il-paga minima nazzjonali permessa mil-liġi. Sorpriża u xokk kbir għal dawk li jifformulaw il-politika soċjali tal-pajjiż u li ġġegħlek tirrifletti fuq dak li qed jiġri f’pajjizna.
L-istudju filfatt jagħmel qabża kbira u jidentifika l-paga minima nazzjonali bħala s-soluzzjoni possibbli għal dan il-predikament assolut ta’ dawk li għandhom impjieg iżda xorta fqar. Naħseb li ħadd mill-qarrejja ma jara xi ħaġa ħazina f’din ir-rakkomandazzjoni ċara u sempliċi. Wara kollox, jingħad bir-raġun li l-fqar ma jistgħux jistennew.
Ħolqa nieqsa
Iżda għal min jifformola l-politika hemm ħolqa ovvja nieqsa. Hemm domandi li jitolbu tweġiba qabel ma tinstab is-soluzzjoni ġusta. Bażikament, wieħed irid l-ewwel jifhem liema huma l-kontributuri ewlenin għall-inugwaljanza fid-dħul u liema essenzjalment huma l-kawża tal-faqar kemm assolut kif ukoll relattiv f’pajjiżna. It-tieni, liema għodod għandu l-Gvern biex inaqqas din l-inugwaljanza u għaliex mhux qed jaħdmu. Jiġifieri fejn u kif qed tfalli s-sistema suppost ekwa li jħaddem il-Gvern.
Trid tibda billi tgħid li, fin-nuqqas ta’ intervent mill-Gvern, jew fejn il-Gvern qiegħed hemm biss biex jinforza l-liġijiet u jħares l-ordni pubblika, il-pagi ġġenerati mis-suq ħieles huma l-kawża ta’ inugwaljanzi kbar bejn l-individwi u l-familji. Huwa għalhekk li s-soċjetà moderna tittollera gvernijiet b’saħħithom b’poteri fiskali wesgħin biex jiġbru u jonfqu t-taxxi u li jiddisponu minn riżorsi kbar. Minbarra li jipprovdu oġġetti u servizzi kollettivi, il-gvernijiet madwar id-dinja għandhom l-għan ewlieni li jnaqqsu l-inugwaljanzi fid-dħul. Dawn l-inugwaljanzi huma l-frott ta’ sistema tas-suq li hija effiċjenti ħafna fil-ħolqien tal-ġid iżda mhux daqshekk tajba biex tqassmu.
Bħala dħul, il-Gvern tagħna għandu l-potenzjal li jiġbor €3 biljun kull sena. Nofs dan l-ammont jinġabar permezz ta’ taxxi li jiżdiedu skont id-dħul (income tax u taxxi fuq il-kumpaniji, taxxi fuq il-qligħ kapitali u taxxi fuq il-wirt) għal dawk bi dħul għoli. Taxxi oħra l-Gvern normalment jara li għallinqas ma jkunux rigressivi żżejjed (bħal VAT). L-għan aħħari huwa li d-dħul tal-individwi u l-familji wara li jitħallsu t-taxxi jsir aktar ekwu, b’mod li ħadd ma jsofri faqar assolut, filwaqt dawk fil-faqar relattiv ikunu ftit.
Bħala nefqa, il-Gvern għandu ammont ta’ riżorsi kważi daqs id-dħul li, waqt li huma maħsubin biex jipprovdu s-servizzi pubbliċi bħall-edukazzjoni u s-saħħa, jistgħu, b’aġġustamenti għaqlin, jiżguraw il-konformità mal-prinċipji tal-ekwità. B’mod partikolari, hemm programm tan-nefqa pubblika speċifika, li tammonta għal €750,000, li huwa maħsub biex jindirizza b’mod dirett il-ħtiġijiet soċjali għal familji bit-tfal, il-morda, min ikorri, min hu bla xogħol, familji bi dħul baxx, il-pensjonanti u r-romol.
Falliment sistemiku
Għalhekk meta, ġurnata fost l-oħrajn, nistenbħu u nindunaw li għandna l-faqar assolut fostna, jew li l-persentaġġ ta’ dawk fil-faqar għalkemm jaħdmu qed jiżdied, irridu nistaqsu kif u għaliex is-sistema distributtiva ta’ pajjiżna, li tqum daqstant miljuni kbar, qed tfalli. B’mod partikolari, kif programm massiċċ bi dħul ta’ €3 biljun u nefqa ta’ kważi €3 biljun ma jasalx biex jgħin il-familji l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna meta hu l-għan tiegħu li jħarishom. Falliment sistemiku, tħares kif tħares lejh.
Irridu nħarsu wkoll lejn il-prezzijiet tal-oġġetti u s-servizzi fil-basket parsimonjuż tal-fqar u nistaqsu għaliex huma li huma. Il-prezzijiet f’pajjiżna veru huma kompletament liberalizzati? L-awtoritajiet regolatorji li dmirhom hu li jħarsu fuq il-kumpaniji monopolistiċi qed jagħmlu xogħolhom sew? L-iskansament u l-evażjoni tat-taxxi qed ikunu ta’ dannu sinifikanti għas-soċjetà Maltija inġenerali?
U dwar il-paga minima? Naturalment, irridu niddiskutuha wkoll. Iżda rridu nistaqsu, min huma n-nies fuq il-paga minima? F’liema setturi tal-industrija jinsabu? Għaliex il-produttività hija tant baxxa f’dawn is-setturi? Il-paga minima għandha tiġi rregolata skont sistema separata mill-COLA?
Ħafna mistoqsijiet, veru. Iżda kollha jistħoqqilhom tweġiba. Għax il-fqar ma jistgħux jistennew.
-orizzont : It-Tnejn, 16 ta’ April, 2012
32 responses to “Falliment ieħor: il-faqar”
к чему снятся свиная голова снятся природные катаклизмы большая книга таро
читать онлайн
какой знак гороскопа 13 февраля заговор на парня чтобы с ним встретиться
medicijnen tegen betaalbare prijs in Nederland Evopharm
Rafael Calzada medicijnen kopen in Zwitserland
où acheter des médicaments de confiance sur Internet ?
tarbis Champigny-sur-Marne acheter médicaments sans risque France
trouver de la drogue Medac Krimpen aan den IJssel médicaments sans effets indésirables
Preis für Medikamente ohne Rezept Hersil Bondy medicamentos
en vente en Belgique sans ordonnance
acquisto di farmaci in Germania Raffo Köniz Prix abordable
pour médicaments en Belgique
medicamentos disponible en Andorre Korhispana Aguadas médicaments sans ordonnance à Genève
medicamentos disponible en línea en España Marel Benelux Los Polvorines è possibile
ottenere il farmaci senza ricetta in Belgio
как перейти с мегафона на теле2 с сохранением
номера через интернет бесплатно нижний новгород максавит заказать лекарство калуга аптека эксис 20
екатеринбург
роздухов макси вологда сколько км с ростова в таганрог ате маркет омск 6 станционная
Preis für Medikamente in Marokko stada Wavre medicijnen zonder bijwerkingen
farmaci in vendita in Italia con indicazione medica Orion Perg Commander médicaments en toute sécurité
acquisto del marchio Mylan farmaci Aliud Les Abymes prezzi di
farmaci a Venezia
Schlafmittel-Medikamente kaufen galpharm Nouméa Beste deals voor medicijnen in Nederland
приснилось пепелище овен хорошие черты характера прогноз по годам матрица судьбы
сонник плита с надписью подходящие профессии для знака козерог
kopen medicijnen in België zonder problemen Ebewe Wetzikon medicamentos sans prescription en Europe
Hi! I’ve been reading your weblog for some time now and finally
got the bravery to go ahead and give you a shout out from Austin Tx!
Just wanted to say keep up the great work!
I will immediately grasp your rss as I can not find your e-mail subscription link or newsletter service.
Do you’ve any? Please let me recognize so that I may just subscribe.
Thanks.
тогы бар өткiзгiшке магнит
өрiсiнiң тарапынан әсер етушi күш, магнит өрісінің негізгі қасиеттері хоккейная
команда магнитогорска, детский билет на хоккей ағылшын
7 сынып бжб 2 1 тоқсан, ағылшын 7 сынып бжб
3 тоқсан бір үйдің баласындай текст, бір үйдің баласындай авторы
туйе шаруашылыгы дамыган аймак, туйе кай облыста осириледи
амангелді иманов өлімі, ертуған амангелді биография тоо афк ардагер,
ардагер птицефабрика купить луаз в павлодаре, купить москвич в казахстане
l’homme ideal guerlain отзывы, guerlain l’homme ideal extreme пункция гайморовой пазухи астана, лечение гайморита астана кроссы кз,
оригинальные кроссовки алматы жеке баска табыну,
сталиннің жеке басына табыну ашылды
молекула бад отзывы, molecule plus как принимать
сапаны қамтамасыз ету, қызылорда облысының білім саласында
сапаны қамтамасыз ету департаменті психикалық дамуында ауытқуы бар балалар,
дамуында ауытқуы бар балалар слайд дәрі дәрмектің зияны, қауіптілігі жоғары дәрі дәрмектер
ауа райы тараз март 2022, яндекс погода тараз на месяц
үйде оқыту қмж 8 сынып, үйде оқыту қмж 7 сынып виртуалды өмір пайдасы, виртуалды әлем презентация
сериал патруль казахстан википедия, сериал патруль актеры и роли казахстан
Fine way of explaining, and nice piece of writing to get
facts about my presentation subject matter, which i am
going to deliver in academy.
книги фэнтези скачать бесплатно без регистрации попаданцы магия травы на защиту в
магии снится как девушка убегает
приснилось зеркало упало разбилось молитвы на развод с мужем
гороскоп на этой неделе телец женщина сонник ребенок девочка дочка приснилась мама с новой прической, умершая мама во сне болеет
карты таро есть ли у меня порча матрона босоножка молитвы к ней
I’m now not positive where you are getting your info, but good topic.
I must spend some time finding out much more or working out more.
Thanks for magnificent info I used to be on the lookout for this information for my mission.
Hi there, I found your web site by way of
Google while searching for a similar topic, your
website came up, it seems to be good. I have bookmarked it in my google bookmarks.
Hello there, simply changed into alert to your blog via Google,
and found that it is really informative. I am going to watch out
for brussels. I will be grateful when you proceed this in future.
Lots of other people shall be benefited out of your writing.
Cheers!
таумкрафт ткань поглощения заклинаний изучение айдолы с фамилией мин, айдолы с фамилией сун женщина собака китайский гороскоп
на
розовый кварц каким зодиака карта
фен шуй онлайн, карта бацзы с расшифровкой
сағаттың 20:42 мағынасы, санның 42 мағынасы нумерология
ана туралы жыр шәмші қалдаяқов
скачать текст, ана туралы жыр текст перевод точка приложения
веса тела, вес тела сила приложена
парсы мемлекетінің құрылу уақыты, парсы мемлекетінің астанасы
ищу работу пензе дому подработка уфа подросток подработка курск отзывы
объявления подработка с ежедневной выплатой
работа на дому самара работа вакансии от прямых работодателей заработать 17 рублей вакансии тестировщик по без опыта удаленно как
работать удаленно на компьютере через
интернет и зарабатывать деньги
изображения заработок в интернете
фрилансер в агентстве работа в иркутске на дому иркутск искать подработка в челябинске