It-tkabbir ekonomiku


Ir-raġuni għaliex il-grupp tagħna fil-Parlament Ewropew, il-Grupp tal-Alleanza tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) kien ivvota kontra r-regolamenti ġodda ta’ dixxiplina fuq membri taż-Żona Euro, magħrufin bħala s-Six Pack, kienet għax l-unika rimedju propost kien dak ta’ programmi t’awsterità u xejn ta’ tkabbir ekonomiku. Illum però l-folja qiegħda tinqaleb u t-tkabbir ekonomiku qed jissemma iżjed u iżjed.
Jekk wieħed imur lura sena jew  anke sentejn, f’dawn is-serje ta’ artikli żgur li wieħed jiftakar jaqra li l-programmi t’awsterità jġibu r-riċessjoni magħhom u allura jagħmlu s-sitwazzjoni agħar milli tkun. Meta jonqos il-Prodott Gross Domestiku (PGD) id-dejn, ikun xi jkun il-valur tiegħu, jibda jiżdied fil-piż tiegħu u jagħ­mel is-sitwazzjoni iktar diffiċli.
Id-deċiżjoni dwar dawn il-programmi t’awsterità mhux qegħdin joħduha xi eko­no­misti indipendenti. Għall-kuntrarju. Għalkemm jaq­blu li fuq medda twila d-djun iridu jonqsu għal livell baxx, ma jaqblux li dawn jinqatgħu b’mod li jikkaw­żaw riċessjonijiet.
Però llum qegħdin nitkellmu dwar politika ekonomika ta’ pajjiż partikolari li huwa l-Ġermanja. Li tgħid il-Ġermanja llum, sew jekk hu tajjeb, sew jekk mhuwiex, għandu importanza u influwenza kbira fuq il-Kummissjoni, fuq il-Kunsill tal-Ministri u indirettament permezz tal-Grupp Konservattiv dak tal-EPP, fuq il-Parlament Ewropew. It-teori-­    ja ekonomika tal-Ġermanja tgħid sempliċiment li la hemm id-djun, iridu jinqatgħu. Xejn iżjed u xejn inqas. Ma trid tisma’ b’ebda investiment, tkabbir, il-ħolqien ta’ xogħol (li għaliha dawn jissarrfu f’infiq ogħla) qabel ma jinqatgħu d-djun u b’hekk tbiegħed l-attakki minn fuq iż-żona tal-ewro, li ġejja mis-swieq finanzjarji internazzjonali.
Ġara għalhekk dak li konna qegħdin inbassru. Waqqajna pajjiż wieħed wara l-iehor f’riċessjoni. L-ewwel il-Greċja, wara miss lill-Irlanda, u wara l-Italja, Spanja, u l-Portugall. Sakemm fl-aħħar wasal biex miss lill-Ġermanja nnifisha fejn l-esportazzjoni tagħha waqgħet sew. Anke Malta ġiet affetwata. Fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra, il-Prodott Gross Domestiku waqa’. Jekk jerġa’ jaqa’ fl-ewwel kwart ta’ din  is-sena, nistgħu ngħidu li Malta qiegħda uffiċjalment f’riċessjoni.
Fl-aħħar, il-Ministri fil-Kunsill qegħdin jazzardaw jitkellmu dwar t-tkabbir ekonomiku. Beda l-Prim Ministru tal-Italja, il-Professur Mario Monti, li b’ċertu kuraġġ u diplomazija żerżaqha fil-preżenza tal-Kanċillier Ġer­ma­­niż Merkel. Il-Kummissjoni reġgħet qiegħda tpoġġi fuq il-mejda, l-Ewropa 2020, bil-miri ambizzjużi tagħha ta’ ­tkabbir ekonomiku. U allura issa f’daqqa waħda, it-tkabbir ekonomiku m’għadux iżjed tabù imma xi ħaġa li wieħed irid jikkonsidra issa waqt li qegħdin jinqatgħu d-djun. Bħalma għedna aktar ’il fuq, din mhix xi sorpriża. Kien missna ħsibna fiha iktar ­kmieni, meta kien il-waqt.
It-tkabbir ekonomiku jiġi minn żewġ sorsi, tkabbir fid-domanda u tkabbir fil-potenzjal. Biex nifhmu aħjar, l-ekonomija ta’ kull pajjiż għandha l-massimu ta’ potenzjal li wieħed jista’ jilħaq. Dan il-potenzjal ma jintlaħaqx meta jkun hemm il-qgħad u nuqqas ta’ attività u konsum baxx. Jekk il-konsumaturi jonfqu inqas u allura jġemmgħu iżjed allura b’hekk taqa’ d-domanda. Tista’ wkoll tkun mill-Gvern għax ikun qed jaqta’ d-defiċit u allura jnaq­qas in-nefqa tiegħu. U allura jaqa’ t-tkabbir ekonomiku. Imma l-iktar fil-każ ta’ Malta u anke f’ħafna pajjiżi oħrajn Mediterranji hemm d-domanda mit-turiżmu. Magħha hemm ukoll l-esportazzjoni tal-prodotti tal-manifattura. Jiġifieri meta waħda jew iżjed minn dawn t-tipi ta’ domanda jonqsu jwaqqgħu t-tkabbir ekonomiku.
Meta tiżdied l-attività ekonomika, xorta l-ekonomija ma’ tistax tikber aktar mill-potenzjal tagħha. Għalhekk it-tieni parti ta’ kif isir it-tkabbir ekonomiku huwa meta l-massimu tal-ekonomija jista’ jikber permezz tal-investiment, permezz li tiżdied il-popolazzjoni ta’ nies li jaħdmu, l-Labour Force, l-livell ta’ edukazzjoni tagħha, u r-riċerka u żvilupp, dak li nirreferu għalih bħala “R&D”.
Fl-aħħar hemm il-klima ekonomika nnifisha. Ħafna id-deċiżjonijiet li jittieħdu sew mill-konsumatur, mill-Gvern, u minn jixtri l-prodotti li aħna nesportaw lejhom, mit-turisti u minn min jinvesti jiġu affetwati psikoloġikament mill-klima ekonomika ta’ madwarna. L-eċċezzjoni huwa l-Gvern. Għalhekk xi kultant l-ekonomisti jmorru żbrixx meta jipproġettaw l-ekonomija għax in-nies jistgħu jibdlu ħsiebhom. Jekk in-nies jibdew jibżgħu mill-futur, anke jekk l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb, jibda jonqos l-investiment, jonqos il-konsum u jonqos it-turiżmu. Għalhekk isir stħarriġ fejn nis­taqsu lill-investituri, lill-produtturi u lill-konsumaturi, x’jaħsbu dwar il-klima ekonomika dakinhar u għas-sitt xhur li ġejjin.
Sfortunatament għandha dak li ngħidulu ċirku vizz­już. Iktar ma tmur għall-agħar l-ekonomija, iktar in-nies jibżgħu jonfqu għax jibżgħu li se jitilfu l-impjieg tagħhom. Allura iktar ma jiġri hekk, nistaqsu d-domanda u jaffettwa l-ekonomija, li allura tibda tnaqqas ir-ritmu. Dan ikun ċirku vizzjuż li sfortunatament ikun irid jilħaq il-livell baxx tiegħu biex imbagħad ikun irid jerġa’ jibda jikber ’il fuq. S’intendi, waqt li ċ-ċiklu ikun sejjer ’il fuq, igawdi minn effetti pozittivi.
Nisperaw li nibdew naqbdu dak iċ-ċirku posittiv halli wiehed jara t-tkattir tax-xogħol u t-tkabbir ekonomiku, xi ħaġa li aħna nixtiequ ħafna. Huwa dan li trid tifhem Merkel. Huwa żball li nissimplifikaw kollox billi nwaħħlu fil-Greċja.

 

L-Orizzont, It-Tnejn, 12 ta’ Marzu, 2012


65 responses to “It-tkabbir ekonomiku”

  1. обратная ветвь вах диода, вах идеального диода что означает во сне чуть не утонула,
    чуть не утонула во сне исламский сонник 9 аркан в минусе, 9 аркан предназначение рыбы скользкие люди, рыбы знак зодиака с
    какого числа сколько времени
    свет идёт от солнца до земли

  2. к чему снится дерево в воде, к чему снится дерево с зелеными листьями к чему
    снится что у маленького ребенка
    вылезли зубы молитва на умиление начальника
    как узнать по таро где человек находится к чему снится
    просить прощенье

  3. к чему снятся снег за окном во сне гадание изменяет ли муж или нет заговор на девушку чтобы забеременела
    0800 на часах, 808 ангельская нумерология
    сонник связь с другом

  4. Опытный психоаналитик дистанционно. Поддержка предоставляется в любое время. Конфиденциально, результативно. Индивидуальный подход. Не откладывайте на потом! https://w-495.ru/

  5. Опытный эксперт в области психологии дистанционно. Решение проблем предоставляется круглосуточно. Анонимно, эффективно. Выгодные цены. Начните менять жизнь сегодня! https://w-495.ru/

  6. Indianapolis colts. Texas state. Ic. Parasocial. Hurricane katrina. Vodka. James harden. State farm stadium. Kermit the frog.

  7. текст на казахском легкий, текст на казахском языке для 5
    класса атриум недвижимость алматы, atrium home работа отзывы өндіруші ағзалар,
    консументтер аспан тенгиз, аризона тенгиз

  8. мне приснилось что у меня умерла мама к чему сниться ледяная
    глыба к чему сниться гладить черного кота
    во сне
    снится бывший с младенцем гадание да нет с
    точным ответом на картах таро 1 карта

  9. Аренда безабузный server/ВПС/ВДС под парсинг, постинг, разгадывание каптчи.

    https://t.me/s/server_xevil_xrumer_vpsvds_zenno

    Сервер для Xrumer |Xevil | GSA | Xneolinks | A-parser | ZennoPoster | BAS | Антидетект браузер Dolphin

    – Круглосуточная техническая поддержка – бесплатно
    – Скорость порта подключения к сети интернет — 1000 Мбит/сек
    – Отлично подходит под CapMonster
    – Отлично подходит под Xneolinks
    – Автоматическая установка Windows – бесплатно
    – Outline VPN, WireGuard VPN, IPsec VPN.
    – Мгновенное развёртывание сервера в несколько кликов – бесплатно
    – Windows – 2022, 2019, 2016, 2012 R2
    – Почасовая оплата
    – Более 15 000 сервер уже в работе
    – Отлично подходит под A-Parser
    – Для сервера сеть на скорости 1 Гбит!
    – Управляйте серверами на лету.
    – Супер (аптайм, скорость, пинг, нагрузка)
    – Быстрые серверы с NVMe.
    – Возможность арендовать сервер на 1 час или 1 сутки
    – FASTPANEL и HestiaCP – бесплатно
    – Ubuntu, Debian, CentOS, Oracle 9 – бесплатно
    – Windows – 2012 R2, 2016, 2019, 2022 – бесплатно
    – Отлично подходит под XRumer + XEvil
    – Дата-центр в Москве и Амстердаме
    – Отлично подходит под GSA Search Engine Ranker

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *