L-iskema tal-PN turi problemi mal-banek


Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, iddeskriva l-iskema tas-self li ħareġ biha l-PN bħala “pyramid scheme” u waħda li turi kif il-PN għandu problemi mal-banek.

Huwa ddikjara dan fis-seduta parlamentari tal-lejla, li fiha ġie diskuss l-abbozz ta’ liġi li se jemenda diversi liġijiet relatati mal-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Scicluna qal li l-iskema taċ-ċedoli li ħareġ biha l-PN hija “pyramid scheme” għax kieku mhux issikkat kien jissellef mingħand xi bank mhux mingħand il-pubbliku u jħallas rata għolja. “Bilfors għandek il-problemi mal-banek biex tissellef mingħand nies li lesti jissugraw. Il-biża’ tiegħi li jkun hawn ħaddieħor li jikkopja din l-idea u poplu jingidem kif ingidem f’”pyramid schemes” oħra.

iNews_Logo

Huwa qal li l-“pyramid schemes” jagħtu l-impressjoni li dak li jkun huwa b’saħħtu, jispiċċa jissellef flus kbar, jagħti imgħaxijiet kbar, juża d-depożiti biex iħallas imgħaxijiet u ma jkunx jista’ jkompli jħallas lura.

Scicluna qal li huwa jispera li din l-iskema mhux biss ma tiksirx il-liġi imma tirrispetta l-ispirtu tagħha u sostna li meta tissellef irid ikollok ‘prospectus’ fejn tgħid għal xiex qed tissellef somom kbar, trid tagħti lil min se jsellfek ‘business plan’ u trid tgħid x’beħsiebek tagħmel bihom bħal jekk sejrin għal xi proġett jew biex tħallas xi dejn.

Il-Ministru tal-Finanzi semma li wieħed irid ikun jara jekk id-dejn hux qed jitħallas lura jew jekk hux ‘non performing’ għax fil-każ tal-aħħar dan irid jiġi nkluż fil-‘prospectus’.

Huwa staqsa min se jipprovdi għas-sigurta tad-dejn tal-PN fejn semma li normalment ikollok xi ħadd li jagħmel tajjeb u jkun hemm ‘underwriting’ ta’ xi ħadd li jekk il-partit jiġi fl-inkwiet u ma jkunx kapaċi jħallas allura jkun hu li jagħmel tajjeb għad-dejn.

Scicluna semma wkoll li jekk individwu jissellef somma darba m’għandux bżonn liċenzja finanzjarja imma jekk tkun ta’ iktar minn darba allura s-sitwazzjoni tkun differenti.

Huwa rrefera għall-kwistjoni tal-evażjoni tat-taxxa u t-trasparenza u staqsa kif il-Gvern se jieħu dak li hu tiegħu fejn tidħol il-‘witholding tax’. Huwa staqsa jekk dan se jitħallasx mill-individwu jew le u wissa li l-anonimat ta’ din l-iskema tista’ twassal għal ħasil tal-flus.

Waqt li qal li jistenna li l-PN jagħti kull informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet, Scicluna qal li anke l-awtoritajiet tal-konsumatur għandhom jaraw li l-pubbliku jkun protett.

Fuq nota ġenerali, irrefera kemm għall-iskema taċ-ċedoli tal-PN u l-każ tal-Panama fejn saħaq li m’għandhomx jintużaw biex jibbilanċjaw lil xulxin għax dan ikun ħażin.

Huwa qal li fir-rigward tal-Panama ma kien se jiddefendi jew jakkuża lil ħadd u sostna li jekk u kif inkisret il-liġi wieħed għad irid jara, għalkemm irrimarka li meta wieħed jgħarbel isib li proprozjon kbir tagħha huwa politiku.

Scicluna sostna li fil-każ tal-partit, il-mexxej irid jieħu deċiżjoni politika u wieħed għandu jixtarr il-konsegwenzi u jieħu deċiżjonijiet iebsa imma bżonjużi, waqt li saħaq li din l-‘issue’ trid tiġi riżolta llum qabel għada.

Mit-tliet kelliema Nazzjonalista li tkellmu fis-seduta tal-lejla, Mario de Marco u Kristy Debono tkellmu dwar il-Panama Papers biss mentri d-deputat Claudio Grech irrefera wkoll għall-iskema taċ-ċedoli fejn waqt li qal li l-PN tkellem dwarha semma kif din l-iskema ma kinietx xogħol il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista imma kienet fil-livell ta’ amministrazzjoni tal-partit.

 

iNews_Logo

 

05.04.2016

,

3 responses to “L-iskema tal-PN turi problemi mal-banek”

  1. Currently it seems like BlogEngine is the preferred blogging platform
    out there right now. (from what I’ve read) Is
    that what you are using on your blog?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *