FRAUDULENT INFORMATION ON THE SOCIAL MEDIA


B’referenza għan-numru ta’ siti qarrieqa li qegħdin jinxterdu fuq il-mezzi soċjali, il-Ministeru għall-Finanzi javża lill-pubbliku sabiex jinjorahom.  Jidher li fuq l-istess mezzi qegħdin jinxterdu ‘hyperlinks’ ta’ artikli qarrieqa dwar il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, kif ukoll hemm oħrajn li malizjożament, qegħdin iħajru lill-pubbliku sabiex jinvestu flushom fi skemi qarrieqa.

APPELL LILL-PUBBLIKU BIEX JINJORA TAGĦRIF QARRIEQI FUQ IL-MEZZI SOĊJALI

Filwaqt li l-Ministeru għall-Finanzi ħa l-passi neċessarji u rrapporta dan il-każ lill-awtoritajiet konċernati, l-istess Ministeru qed jappella lill-pubbliku in ġenerali sabiex jinjora dawn it-tip ta’siti.

 

Intant, il-Ministeru għall-Finanzi jirrakomanda, li qabel ma persuna tasal biex tagħmel investiment finanzjarju, din għandha tivverifika jekk il-kumpanija li magħha qed tagħmel l-investiment, hijiex liċenzjata, sabiex toffri servizz ta’ investiment mar-Regolatur rispettiv.

 

FRAUDULENT INFORMATION ON THE SOCIAL MEDIA

 

The Ministry for Finance advises the general public to ignore fraudulent web-links that are being disseminated on the social media. These hyperlinks contain hoax articles about the Minister for Finance Professor Edward Scicluna.  In addition, there are also other hyperlinks whereby the general public is being encouraged to invest money in fraudulent scams.

AN APPEAL TO THE GENERAL PUBLIC TO IGNORE 

FRAUDULENT INFORMATION ON THE SOCIAL MEDIA

Whilst the Ministry for Finance took all the necessary measures, including the reporting of such web contents to the respective authorities, the Ministry for Finance is appealing to the general public to ignore such websites.

Moreover, the Ministry for Finance recommends, that prior to subscribing to any financial investment, one must verify whether the company in question is licensed to provide such investment services by the respective Regulator.

    

Friday 13th September 2019

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *