X’hemm wara r-riżultati elettorali fir-Renju Unit u l-Amerika


Ir-riżultat tal-elezzjoni għall-President tal-Istati Uniti tal-Amerka kulħadd sema’ bih, riżultat li donnu ixxokkja lil bosta, fosthom lill-media, kif ukoll ċertu politiċi Ewropej. Però wieħed jista’ jgħid l-istess ħaġa għax-xokk li ta lil kulħadd ir-riżultat tar-referendum li sar f’Ġunju li għadda fir-Renju Unit, fejn il-poplu, għallinqas fil-maġġoranza tiegħu, wera x-xewqa li joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

It-tnejn huma xokkanti għar-raġuni illi wieħed kien qed jistenna mod u r-riżultat ta ieħor. Jiġifieri diġà min dak il-lat wieħed irid jara għalfejn it-tbassir kien daqsekk ħażin. Għaliex mar żmerċ? Ix-xjenza tat-tbassir qed tmur għall-agħar minflok tmur għall-aħjar? Għax kien hemm tbassir ieħor li kien tajjeb, fejn dak li jkun ibassar li xi ħadd mistenni jirbaħ b’wieħed fil-mija jew tnejn fil-mija, u fil-fatt iwassal bejn wieħed u ieħor ghal dak ir-riżultat.

Meta wieħed jistudja fil-fond dawn iż-żewġ riżultati, jara illi sew il-media u sew l-establishment, jiġifieri min veru għandu l-poter, tant kienu żguri minnhom innifishom li ħasbu li setgħu jinfluwenzaw l-interpretazzjoni tar-riżultat tat-tbassir. Qiesu kwalunkwe riżultat li ma jirriflettix dak li jixtiequ hu ta’ min jinjorah u ma tantx jagħtuh importanza, filwaqt li jagħtu importanza għar-riżultat li jirrifletti x-xewqa tagħhom.

Il-quddiem ser joħroġ aktar fil-beraħ il-fatt kemm marru żmerċ il-ġurnalisti u l-istazzjonijiet tat-televiżjoni li kienu qed jistennew jew jixtiequ riżultat mod u fil-fatt ħareġ mod ieħor. Dak hu aspett wieħed. Perà l-aspett l-ieħor huwa; x’hinu jiġri fid-dinja?

 

14_ORZa

 

Il-President-elett tal-Istat Uniti kien kandidat populista, jiġifieri jitkellem b’mod sempliċi, mhux mirqum, aktarx sempliċi u nieqes mill-esperjenza iżda b’ mod jirrifletti x-xewqa tal-poplu. Bniedem li qatt ma kellu qatt esperjenza fil-politika, la kien gvernatur u lanqas senatur jew fil-kungress. Kien fin-negozju u għandu l-flus biex isostni kampanja elettorali, imma iktar min hekk; xi ħadd ivvutalu. Jiġifieri, x’wassal biex persuna populista bħal Trump iġib il-maggoranza tal-voti fil-kulleġġi elettorali, għax fil-fatt ma ġabx maġġoranza fil-voti b’ħarira u ġie elett biex minn Jannar li ġej jieħdu r-riedni tal-Gvern Amerikan f’idejh?

L-istess fir-Renju Unit, għalkemm kulħadd kien (u għadu) qed jitkellem dwar l-effetti diżastrużi fuq l-ekonomija tal-pajjiż, speċjalment fis-servizzi finanzjarji u f’ dak li għandu x’jaqsam mal-banek, iżda l-poplu xtaq xort’oħra.

Fl-Ewropa, filwaqt li għandna partiti stabiliti tax-xellug, taċ-ċentru u tal-lemin, dawn kull ma jmur qed jingħataw inqas importanza u minflokhom il-partiti populisti u estremi, li jkollhom jimmilitaw fihom persuni famużi jew atturi qegħdin jiġbdu n-nies warajhom. Dawn mhux qed jitilgħu bl-għajta ta’ x’ sa jagħmlu imma x’ma jixtiqux illi jkomplu jaraw isir. Dan huwa l-populiżmu, u d-dinja għandha taħseb fil-fond dwaru.

Il-politika li trid titmexxa fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea u fl-Istat Uniti hija l-politika li jixtieq il-poplu? Ċertu setturi kbar tal-poplu li mhux qed iħossu li din il-politika qegħdha tindirizza l-bżonnijiet tagħhom, u allura jgħidu li ma jridux it-tkomplija tal-politika preżenti. Minn barra dan jidher illi huwa aġir irrazzjonali.

Inħoss li dan huwa suġġett illi wieħed irid jibda jagħrblu fil-fond għax qed iħalli effet, speċjalment għalina fl-Unjoni Ewropea, fejn qed inkomplu bi programm li fil-passat konna nsejħulu ta’ awsterità. Dan huwa programm ta’ regolamenti u liġijiet ġodda, iktar issikkar fuq il-banek u fuq il-gvernijiet, speċjalment fuq id-defiċit u d-dejn. L-effet ta’ dan il-programm qed inaffar in-nies.

Allura sa tiġi għażla; bejn li nerġgħu imorru lura għal-laxkezza b’riskju li jkun hawn kriżijiet oħrajn, jew li l-politika tibqa’ fid-direzzjoni li sejra fiha, però tkun iktar umana, iktar pożittiva, li ġġib it-tkabbir ekonomiku u l-investiment, u li jinxtered il-ġid. Jien naħseb li poplu aktar irid l-għażla tal-aħħar.

Wieħed irid jara x’effet sa ikollu dan kollu fl-Ewropa fejn fl-Italja hemm referendum u s-sena d-dieħla ser ikun hemm l-elezzjonijiet fi Franza u l-Ġermanja. Dawn l-iżviluppi ser iġiegħlu lill-kapijiet tal-gvernijiet biex jixtarru dan kollu meta jiġu biex jagħżlu liema direzjoni jridu jieħdu għall-futur.

 

Il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru 2016

 

 

,

24 responses to “X’hemm wara r-riżultati elettorali fir-Renju Unit u l-Amerika”

  1. губы чешутся к поцелую, к чему чешется верхняя губа слева приснилось
    что поймал рыбу с икрой рифма к имени ника, рифмы к имени ника обидные карты зачатия в таро
    значения индийские фамилии список,
    фамилия кумар в индии

  2. новости костромы сегодня на тв прадо 150 цена в новгороде водоканал ульяновск железнодорожный район телефон
    официальный сайт
    все курсы по дизайну в нижнем новгороде самара ул металлургов 10 оплата за
    свет нижневартовск

  3. заговор для удачи везенья человек который в коме
    приснился если снится неожиданный поцелуй
    скажите у кого сработал приворот молитва
    на деньги в семье

  4. I am now not positive where you are getting your information, however good topic.
    I must spend a while finding out more or understanding more.
    Thanks for wonderful information I was searching for this info for my mission.

  5. алматы – лондон сколько лететь, астана – лондон авиабилеты узбекский костюм женский купить, узбекский костюм мужской қураған гүл аккорды,
    каракесек аккорды витамины eve как принимать, витамины
    alive для женщин

  6. автокредит 4 процента караганда, бипэк авто кредит 4 процента билед линзы
    штраф, bi-led линзы законно ли это даму факторлары, адамның психикалық даму факторлары
    реферат аран и магистрат, 7
    канал онлайн

  7. қарлығаштың құйрығы неге айыр режиссер, қарлығаштың
    құйрығы неге айыр ертегі
    орман шаруашылығына үлес қосқан ғалымдар, орман қорын пайдалану аққулар ұйықтағанда тәрбие сағаты, аққулар ұйықтағанда тәрбиелік
    мәні қыз бен жігіт айтысы балабақшада, әзіл айтыс текст қазақша

  8. контрольный узел, полезные узлы экспо-2017 эссе на
    русском, экспо-2017 своими словами
    құстардың пайдасы диктант,
    құстардың пайдасы туралы мәтін символы арабские, сколько букв в арабском алфавите

  9. бірінші дүние жүзілік соғыс, бірінші дүниежүзілік соғыс басталу себебі төтенше жағдай аймағы деген не, төтенше жағдай деген не нейро ойын,
    ойын дегеніміз не балабақшада жас ұлан қатарына қабылданды, жас ұлан ұйымының ережелері

  10. тесты для поступления в дарын 5 класс, тесты
    для поступления в лицей 5 класс топырақтың техногендік ластануы,
    топырақтың ластануы реферат алматы эссе на
    русском, алматы город тысячи
    красок эссе кемпірқосақ ойыны, кемпірқосақ
    суретін салу

  11. зодиак убийца фильм, убийства на улице морг 1986 смотреть онлайн моғолстан негізін қалаушы, моғолстан
    этникалық құрамы жылы сөз айтуға болама скачать песню, гадилбек жанай – жылы соз скачать песню
    венецианские костюмы в аренду, театральные костюмы на
    прокат

  12. сыңғырла алғашқы қоңырау балабақша
    мөлдір бұлақ сөйлем құрау, мөлдір бұлақ
    журналының редакторы служба поддержки колёса,
    каспи колёса номер телефона отдел земельных отношений города актобе,
    городской земельный комитет

  13. самая низкая температура в шымкенте за последние 10 лет,
    самая низкая температура в
    алматы әдістемелік нұсқаулық бастауыш сынып, әдістемелік нұсқау
    хат 2023 сату менеджері эссе, сату
    менеджері деген не tömer экзамен, томер в стамбуле
    стоимость

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *