L-ekonomija ta’ pajjiż tiddependi fuq kemm ikun hemm investiment u fuq kemm ikunu sejrin tajjeb l-ażjendi li joperaw fil-pajjiż. U sabiex jiġi żgurat li l-operat tal-ażjendi qed ikun immexxi fuq sisien ta’ sostenibilita’, huwa kruċjali ir-rwol tal-accountant u miegħu tal-awditur.Għal ħafna l-accountant huwa dak il-professjonist li jżomm il-kotba tal-kumpanija.
Is-sidien tal-kumpaniji sew individwali, jew fi grupp ta’azzjonisti (shareholders) li jkunu ħallew it-tmexxija tal-kumpaniji f’management professjonali li ma investiex flusu fil-kumpanija, huwa l-accountant li jkun qed jissorvelja u jagħti rendikont ta’ kif ikunu sejrin l-attivitajiet kummerċjali. Dan ir-rendikont huwa dak magħruf bħala l-accounts tal-kumpanija. Dan ir-rapport irid jirriffletti dak li attwalment u rejalment ikun qed isir fil-kumpanija. Biex jiġi żgurat li l-accounts ikunu jirrefflettu ir-rejalta’, ir-rapport, ippreparat mill-accountant, u il-kotba tal-kumpannija, jiġu ivverifikati minn awdituri indipendenti li xogħolhom huwa li mhux biss li jiċċertifikaw li ir-rapport huwa veritier iżda għandhom id-dover li jirrappurtaw kull nuqqas li seta’ kien hemm fit-tmexxija tal-kumpanija u fuq il-vijabilita’ tal-kumpanija li tkompli topera bi qliegħ. Dawn ir-rapporti, li jsiru tal-anqas darba fis-sena, jservu ukoll biex il-kumpaniji jirregolaw ruħhom mal-obbligu li għandhom li jibgħatu rendikont annwali li jħallsu it-taxxi dovuti fuq il-qliegħ, lil-Awtorita’ tat-Taxxi, kif ukoll jqassmu dividend meta jitqassmu l-profitti.
Hawn ta’ minn jirrimarka li biex wieħed isir awditur, ikun beda’ it-taħriġ tiegħu bħala accountant.
Din il-professjoni tal-accountant ħadet xejra aktar professjonali fi żmien li l-Gvern Ingliż kien imexxi il-pajjiż. L-Ingliżi mhux biss daħħlu it-tagħlim tal-accounts iżda kull min ried jaħdem b’din il-professjoni, kellu joqgħod għal-eżamijiet li kienet toffri istituzzjoni Ingliża ta’ kalibru u livell. Qed nirreferi għal-Association of Chartered Certified Accountants (ACCA). Dawn l-eżamijiet kienu jsiru fuq l-istess sistema li konna nagħmlu l-eżamijiet tal-General Certificate of Education (GCE) tal-‘O’ Levels u tal-‘A’ Levels. Il-sistema ta’ tagħlim kien isir bħala dak magħruf ta’ distance learning, fejn l-individwu jintbagħtlu in-noti, kotba u notamenti oħra u imbagħad kien isir l-eżami f’ċentru ġewwa Malta. Kien hemm ukoll individwi li marru jistudjaw din il-materja barra minn xtutna, imma dawn kienu il-ftit.
Wara numru ta’ snin, meta aktar individwi bdew ikomplu bl-istudji tagħhom f’dan il-qasam, twaqqaf il-Malta Institute of Accountants (MIA). Dan l-Istitut beda’ joffri it-tagħlim tal-accountancy, lil dawk l-individwi li kienu diga’ qed jaħdmu u riedu li jkollhom kwalifika professjonali f’dan il-qasam. Dan it-taħriġ kien isir wara il-ħin tax-xogħol u min kien jgħaddi mill-eżamijiet kien ikollu kwalifika tal-istess livell li kien jiġi offrut mill-ACCA.
Żvilupp importanti ieħor f’dan il-qasam sar fl-1979, meta ġewwa l-Universita’ ta’ Malta, ġiet imwaqqfa il-Fakulta’ tal-Ekonomija, Management u Accountancy jew kif inhi iktar magħrufa bħala il-FEMA. Taħt din il-Fakulta’ hemm id-Dipartiment tal-Accountancy, li sa qabel ma’ ġiet imwaqqfa din il-Fakulta’, dawk li riedu jistudjaw l-accounts, kienu jagħmlu dan mill-bini tal-Polythecnic, dak li illum huwa magħruf bħala l-MCAST.
Fl-istess żmien li kienu qed iseħħu dawn l-iżviluppi fejn jidħol it-tagħlim, inħass il-ħtieġa li sabiex ikun hemm aktar serjeta’ u kontabilita’ ta’ din il-professjoni, għandu jkun hemm regolatur li il-funzjoni tiegħu jkun li jara li jkun hemm livell ogħli tal-professjoni u jassigura li kull membru ta’ din il-professjoni ikun qed jimxi skont ir-regoli u l-etika li din il-professjoni iġġor magħha. Kien għalhekk li ġie mwaqqaf l-Accountancy Board, li beda jagħti warrant lil individwi sabiex ikunu jistgħu jaħdmu bħala accountants, liema warrant jingħata lil individwi li mhux biss ikunu għaddew mill-eżamijiet iżda li jkunu għamlu sentejn jipprattikaw din il-professjoni. Din hi l-istess proċedura li titħaddem minn professjonisti oħra bħal dawk tal-avukati, tobba, periti u inġiniera.
Għalhekk, individwu li ma jkollux warrant, ikun jista’ jaħdem biss bħala book keeper imma ma jkunx jista’ jiffirma l-accounts tal-kumpannija wisq aktar ma jkunx jista’ jgħid li huwa accountant. Tul dan iż-żmien, eluf ta’ studenti iggradwaw fil-professjoni tal-accountancy u okkupaw u qed jokkupaw karigi importanti fis-settur kemm privat kif ukoll f’dak pubbliku. Kienu dawn il-professjonisti li wassal lil Malta tikseb dan is-suċċess fil-qasam finanzjaru u tan-negozju.
Il-kriżi finanzjarja mhux biss laqtet is-setturi tas-servizzi finanzjarji bħal dawk tal-banek, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji tal-Assigurazzjoni, iżda ġabet taħt il-lenti anki il-professjoni tal-accountants, fost l-oħrajn. L-Unjoni Ewropeja daħħlet direttivi sabiex jogħla il-livell ta’ professjonalita’ tal-accountants bil-għan li jkun hemm aktar trasparenza u tonqos il-possibilita’ li jerġa jkun hemm dawn il-kriżijiet u skandli li dehru fl-aħħar snin.
Id-direttiva li bħal issa qegħda għaddejja mill-Parlament tiffoka fuq tlett aspetti tal-professjoni tal-awdituri. L-ewwel prinċipju jiffoka fuq is-suq liberu u li jingħata ċans li ditti żgħir ta’ awdituri. Kif żviluppa is-suq tul iż-żmien, spiċċajna li hemm ħames ditti kbar tal-awdituri, dawk li huma magħrufa il-big five, li qed jieħdu ix-xogħol kważi kollu f’kull pajjiż madwar id-dinja. Il-Kummissjoni Ewropeja dehrilha li sabiex jingħata ċans lill-kullħadd, wara numru ta’ snin li ditta partikolari tal- awditjar, tkun għamlet l-awditjar ta’ kumpanija, ikun irid ikun hemm l-obbligu fuq il-prinċipju ta’ rotation li tinbidel id-ditta li tagħmel l-awditjar ta’ dik il-kumpanija partikolari.
It-tieni prinċipju huwa dak li kull ditta tal- awditjar li topera f’xi wieħed mill-pajjiżi tal-Istati Membri, għandhom id-dritt li jieħdu xogħol ta’ awdittjar f’pajjiżi ta’ Stati Membri oħra. Minħabba li fejn jidħol il-liġijiet tat-taxxa, dawn huma speċifiki u distinti għal-kull pajjiż, f’każijiet bħal dawn, il-ditta barranija tal-accountants u awdittjar tkun qed tħaddem magħha professjonisti li jkunu familjarji mall-liġijiet ta’ dak il-pajjiż fejn ser ikun qed isir l-awdit.
It-tielet prinċipju jiffoka fuq it-tnaqqsis tal-burokrazija u spejjeż żejda għal kumpaniji hekk meqjusa bħala żgħar fid-daqs, jew aħjar dawk magħrufa bħala micro enterprises. Kif wieħed jista’ jobsor, biex ikun hemm awdittjar ta’ kumpanija, dan jiswa’ flus sinifikanti. Issa meta’ hemm xewqa li il-gvernijiet iħajjru individwi speċjalment żgħażagħ jiftħu kumpaniji tagħhom ħalli jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol, il-gvernijiet ma jridux li jiskoraġġixxu dawn l-individwi li jiftħu kumpanija minħabba dawn l-ispejjeż li jkunu jridu jintefqu ħalli kumpanija tikkonforma mal-liġijiet tal-pajjiż. Kien għalhekk li id-direttiva ewropeja daħħlet il-kunċett li jekk irid il-gvern jħalli dawn il-kumpaniji żgħar ma jkollhomx bżonn legali li jagħmlu awdittjar tal-kumpannija.
Jekk nieħdu il-każ ta’ Malta, il-kumpanniji li joperaw minn Malta, tista’ tgħid li kważi il-kumpaniji huma kollha żgħar. Allura, jekk indaħħlu dan il-prinċipju, nispiċċaw li ftit kumpaniji jibdew ikollhom l-obbligu li jagħmlu awdittjar tal-kumpanija. Mhux hekk, imma hekk kif kumpanija tkun trid tkabbar u tinvesti u allura tkun trid tmur tissellef flus minn xi bank, kwalunkwe bank jitlob li il-kumpannija turi l-bank l-awdittjar tal-kumpanija tal-aħħar snin sabiex il-bank ikun f’pożizzjoni li jevalwa ir-riskju li jsellef flus lil din il-kumpanija. Jekk il-kumpanija ma tkunx f’pożizzjoni li tippreżenta ir-rapporti finanzjarji awditjat, ma jkunx possibbli li jieħdu dak is-self ferm importanti għat-tkabbir tan-negozju tagħhom. Barra minn hekk, dan l-awdittjar ta’ kull sena iservi ukoll sabiex is-sid tan-negozju iżomm kontrol fuq id-dħul u l-infiq tal-kumpanija; fil-maġġoranza tal-każijiet, dan ir-rapport ikun l-unika mod li is-sid ikun jaf kif qed jimxi fin-negozju li jkun qed imexxi. Għalhekk qabel ma’ jdaħħal dan il-prinċipju, wieħed irid jiżen il-vantaġġi li dan l-awdittjar għandu.
Din id-direttiva ġabet ukoll bidla fuq kif inhu iffirmat l-Accountancy Board. Issa il-membri ta’ dan il-Bord ma jistgħux ikunu accountants li għadhom qed jipprattikaw il-professjoni. Dan jagħmel ferm sens għax kif jista’ wieħed ikun daqshekk imparzjali u jirregola lil sieħbu? Filwaqt li ser ikun hemm żewġ accountants li għadhom jipprattikaw il-professjoni, dawn ser ikollhom status ta’ osservaturi u ma jkunux qed jieħdu l-ebda sehem f’kull deċiżżjoni li tirrigwarda dixxipplina fuq xi accountant jew fuq xi ditta ta’ accountants.
It-tisħiħ tal-professjoni tal-accountants qed ikun wieħed mill-ingredjenti ta’ dan it-tkabbir ekonomiku u li qed jattira aktar investiment lejn Malta. Il-livell ogħli li individwi li qed jaħdmu f’dan il-qasam ottenew, qed iwassal sabiex jiġi rikonoxxut anki fuq livell internazzjonali u jien persważ li Malta sejra tibqa’ jkollha accountants li jagħtu ġieħ il-professjoni u biex investituri barrnin ikomplu jinvestu f’Malta għax jafu li f’operat tagħhom huma sejrin isibu is-support tal-professjonisti tal-accountants bi standards internazzjonali.
Il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju 2016
15 responses to “Riformi li se Jolqtu x-Xogħol tal-Awdituri”
отзывы об индивидуалках чебоксары снял видео
как снял с секс чата знакомства для секса с женщиной из москвы об геи секс в древности
Medikamente in Deutschland kaufen arcana Páez médicaments pour la grossesse planifiée
medicijnen snel verzonden Polpharma Lenzing medicamentos
sin receta en La Paz
Pharmacie en ligne sûre pour médicaments Belgique
ranbaxy Puebloviejo farmaci disponibile senza prescrizione medica
a Venezia
микробиолог вакансии астрахань повар вахта
север от прямых работодателей
свежие вакансии для женщин опыт работы в
администрации президента
яндекс такси работа на своем авто условия екатеринбург подача вакансий в рб
Dosage précis de médicaments pour votre besoin arcana Oud-Beijerland medicamentos disponible sin receta
medicamentos disponible sin receta en farmacia
de Bogotá Cephalon Namen vrij verkrijgbare medicijnen in Zwitserland
achat de médicaments en France korhispana Courtrai (Kortrijk) Medicamentos genéricos baratos
médicaments disponible en Allemagne Sandoz Fornacette Koop medicijnen online voor snelle verlichting van uw
klachten
medicijnen online beschikbaar zonder recept Fannin Martínez
médicaments disponible en Espagne
farmacia de medicamentos zydus Penaflor achat de médicaments en Italie
gadanie online ru, швидке ворожіння онлайн вилікувати дитину замовляннями
сонник побачити таргана уві сні до чого вся магія для бізнесу відгуки
médicaments sûre et efficace en ligne Fortbenton Viège Farmacia
online para comprar medicamentos en Perú
pharmacie qui vend médicaments CristerS Mercedes Bespaar tijd en moeite door medicijnen online te kopen
қабылдау бөлімінің құрылысы, қабылдау бөлімі
презентация қызықты грамматика 4
сынып тапсырмалар, қызықты
грамматика 1 сынып тапсырмалар оқушы
жетістігі туралы нақыл сөздер, шәкірт
туралы нақыл сөздер текстовыделитель, маркер текстовыделитель