Jesploraw opportunitajiet għall-koperazzjoni


Malta u l-EBRD

Kelli bosta okkażjo­ni­jiet li nitkellem dwar il-banek kbar tal-investiment u l-iżvilupp (Development Banks). Dan għax dawn il-banek għandhom rwol essenzjali fl-iżvilupp infrastrutturali kif ukoll soċjali ta’ pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.
Fost dawn il-banek tant importanti hemm il-Bank tal-Investiment Ewropew (EIB), bank li bl-assistenza tiegħu bħala membru stat tal-Unjoni Ewropea, Malta wettqet, u għadha qed twettaq numru ta’ proġetti kbar, bħal fosthom il-Powerstation u l-‘interconnector’, u anke fil-passat kien hemm ukoll proġetti oħrajn.
Dan il-bank isellef anke lill-kumpaniji privati, u allura hu bank sinifikanti fil-kuntest mhux biss Ewropew, imma globali. Bank Ewropew ieħor hu l-Bank tal-Kunsill tal-Ewropa (European Central Bank, ECB), li assista lil pajjiżna billi tagħna self għall-bini tal-Isptar Mater Dei, kif ukoll self biex jiġu mgħejuna n-negozji żgħar Maltin u Għawdxin.

 

orizzont_featured

 
Bank Ewropew ieħor rilevanti għal pajjiżna fil-klima kurrenti hu l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (European Bank for Reconstruction and Development, EBRD). Dan hu bank importanti li tradizzjonalment iffoka b’mod partikolari fuq il-pajjiżi tal-Eks Unjoni Sovjetika, jiġifieri r-Russja nnifisa, l-Ungerija, l-Estonja, il-Litwanja, u r-Repubblika Ċeka, u pajjiżi oħra tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.
Edward Scicluna 7-8-14

Dan il-bank twaqqaf fl-1991, u Malta kellha l-opportunità tkun wieħed mill-‘founding shareholders’ ta’ dan il-bank, flimkien ma’ pajjiżi bħall-Amerika, l-Awstralja, il-Kanada, il-Messiku wkoll, però il-maġġoranza tax-‘shareholders’ huma Ewropej. U Malta hija fosthom li qed tagħti l-kontribut tagħha għall-kapital biex jitmexxa dan il-bank.

Dan il-bank hu ddedikat għal mira waħda: jiġifieri jgħin fl-iżvilupp ta’ dawn il-pajjiżi li kienu taħt l-eks Unjoni Sovjetika biex jiġu fuq tagħhom waqt iż-żmien ta’ transizzjoni tagħhom.
Dan jagħmlu billi jinvesti fil-proġetti kbar fosthom ajruporti, sptarijiet, impjanti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, u oħrajn.
Permezz ta’ din l-assistenza, dawn il-pajjiżi jkunu ’l quddiem fil-pożizzjoni li jimmaturaw biex huma wkoll isiru membri tal-Unjoni Ewropea, kif dawn il-pajjiżi mill-eks Unjoni Sovjetika fil-fatt saru.
Iżda żvilupp interessanti ferm li seħħ riċentement, u li jaffettwa lil Malta, hu li l-bank ingħata mandat ġdid sabiex jibda jassisti pajjiżi, u b’hekk isiru ‘Countries of Operation’, fl-Afrika ta’ Fuq, jiġifieri pajjiżi Għarab bħall-Marokk, it-Tuneżija, il-Libja, l-Eġittu, u anke l-Ġordan.

Dan l-iżvilupp hu importanti għal pajjiżna fid-dawl tar-relazzjoni li teżisti bejn Malta u numru ta’ pajjiżi fir-reġjun, partikolarment il-Libja, u fid-dawl ta’ kif hemm ħafna kumpaniji Maltin huma interessati fi proġetti hemm hekk.
Għaldaqstant, jiena ke

lli l-opportunità li biss ftit jiem ilu, nilqa’ lill-President ta’ dan il-bank, Sir Suma Chakrabarti, li ġie Malta fuq stedina tiegħi akkumpanjat minn delegazzjoni kbira. Waqt din iż-żjara f’Malta, Sir Suma kellu l-opportunità li jara u jifhem b’mod dirett ir-relazzjoni li teżisti bejn Malta u l-Libja, kif ukoll l-esperjenza tal-Gvern Malti u tas-settur privat Malti li jmexxi l-‘business’ mar-reġjuni fil-pajjiż. Dan permezz ta’ numru ta’ laqgħat mhux biss ma’ Ministri u rappreżentanti tal-Gvern, iżda wkoll ma’ numru ta’ kumpaniji ewlenin f’Malta li qegħdin joperaw fil-Libja.
Ta’ min jinnota li l-Libja qed tgħaddi minn żmien diffiċli ħafna u ikrah u ta’ periklu, u allura tirrikjedi l-assistenza kollha li hu possibbli li tingħata mhux biss minn dawn il-banek internazzjonali, iżda minna bħala pajjiż ġar ukoll.
Iżda f’dan il-kuntest diffiċli u instabbli, wieħed irid jara kif u minn fejn istituzzjonijiet bħal dan il-bank jistgħu joperaw.
Permezz ta’ din iż-żjara, Sir Suma kellu l-opportunità li jara preċiżament dan.
Dan iffisser li dan il-bank, meta aktar ’l quddiem jibda jopera f’dawn il-pajjiżi, se jkun qed iħares lejn Malta bħala sieħeb li jista’ joffri assistenza konkreta permezz tal-esperjenza li kiseb fir-reġjun, kif ukoll ikattar in-negozju sew f’dawn il-pajjiżi. Iżda ferm aktar importanti minn hekk, l-EBRD se jkun jista’ jħares lejn Malta bħala pajjiż ekonomikament u politikament stabbli, minn fejn potenzjalment jista’ jopera, u allura permezz ta’ dan, Malta tkun qed issaħħaħ il-po­żiz­zjoni tagħha bħala ċentru tal-operazzjonijiet u tal-kummerċ fir-reġjun tal-Meditteran.

 

Il-Hamis, 7 ta’ Awwissu, 2014

 

orizzont_featured

,

2 responses to “Jesploraw opportunitajiet għall-koperazzjoni”

  1. Hello, i read your blog occasionally and i own a similar
    one and i was just curious if you get a lot of spam responses?
    If so how do you protect against it, any plugin or anything you can suggest?
    I get so much lately it’s driving me mad so any help is very much appreciated.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *