L-importanza tal-Kredibilita’


06022015_featured

Waħda mill-kwalitajiet l-iktar importanti li Gvern irrid iħaddan biex ikun jista’ jikseb l-istabilita’ fil-pajjiż, u b’hekk iżżied il-potenzjal tal-ekonomija, hija l-kredibilita’. Dan il-Gvern għaraf l-importanza ta’ dan il-valur, u għalhekk sa mill-bidu tal-amministrazzjoni tiegħu beda jaħdem bis-sħiħ biex jirbaħ il-kredibilita’ tan-nies li l-Gvern ta’ qabel kien tilef kompletament.

U hu għalhekk li fi “track record” qasir ta’ sentejn wieħed għandu jeżamina kif dan il-Gvern beda bil-mod il-mod jibni din il-kredibbilita’. Sew ma’ l-elettorat, sew ma’ dawk li dejjem ghemmnu fl-abbilita’ tal-partit kif ukoll dawk li riedu jippruvawh. Magħha nżidu l-kredibilita’ mal-barranin speċjalment l-investituri u l-ghaqdiet internazzjonali inkluż l-Kummissjoni Ewropeja.

Niehdu ezempju wiehed. Weghdna li ser inwqqghu d-dejn. Nhar l-Eghrba habbart fil-Parlament li s-sena l-oħra spiccajniha b’defiċit fuq bażi ta’ konsolidat ta’ 120 miljun ewro. Nghidilkom li fil-2012 sibnih 324 miljun ewro, fl- 2013 niżżilnieh ghal 223 miljun ewro u din is-sena ghal 120 miljun ewro. Dan ifisser tnaqqis ta’ 100 miljun ewro kull sena. Dak il-kliem fieraħ li l-Gvern tilef il-kontrol fuq in-nefqa ghax qed idaħħal in-nies bl-addoċċ tidher kemm ma hi xejn ħlief fantasija. Kieku l-gvern ma kienx jispiċċa s-sena kif spiċċaha.

Il-ħidma tal-Gvern

Bdejna nwettqu dak li wegħdna u nieħdu deċiżjonijiet importanti li kienu ilhom snin magħluqin fil-kxaxen, minsijien. Ħarisna lejn l-infrastruttura tal-pajjiż kemm dik kapitali kif ukoll umana. Bdejna nirriformaw u nirristrutturaw kull qasam tal-infrastruttura kapitali għax sfortunatament, kull qasam ġie traskurat u tħalla fi stat deterjoranti. Hawnhekk, insemmu l-enerġija, fejn irisstrutturajna l-Enemalta b’rizultat ta’ sar u ser jibqa jsir ir-rohs tad-dawl u ilma, it-trasport intern, fejn ukoll iriformajna t-trasport pubbliku kif ukoll dak estern fejn qed niristruttiraw l-Air Malta.

Iffukajna wkoll fuq l-infrastruttura umana, tant li ż-żewġ baġits li għamel dan il-Gvern kienu mfasslin fuq il-prinċipju li nsaħħu il-kwantita u l-kwalita tal-ħaddiema tal-id u tal-moħħ u nżidu il-partiċipazzjoni kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel ta’ kull eta’ fid-dinja tax-xogħol, billi nippremjaw x-xogħol. Fl-istess ħin qed naħsbu f’dawk bi bżonnijiet speċjali.

Riżultati Ewlenin

Illum nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li din il-kredibilta’ kemm mal-familji Maltin u Għawdxin, kif ukoll ma istituzzjonijiet internazzjonali independenti, irnexxielha nirbħuwa. Ir-riżultati tal-ħidma tal-Gvern qegħdin jinħassu. L-ekonomija qed tikber b’rata qawwija ta’ 3.8 fil-mija, l-istess l-impjiegi fejn kellna waħda mill-akbar żidiet fl-Unjoni Ewropeja ta’ 3.4 fil-mija fl-istess perjodu. Ir-rata ta’ qgħad qegħda tielet l-inqas fl-Ewropa b’5.8 fil-mija. Kelna tkabbir rekord fit-turiżmu f’dawn l-aħħar sentejn kif ukoll żieda robusta fil-konsum mill-familji.

Dan irriżulta f’aktar kummerċ u bejgħ fil-ħwienet tant li reġistraw tkabbir fil-pagi u profitti li jammontaw ghal zieda ta’ €51.5 miljun u żieda ta’ 837 f’impjiegi full-time u part-time bħala xogħol fl-ewwel tlett kwarti.

Iżda dawn ir-riżultati mhux il-Gvern biss qiegħed jsemmijhom. Qegħdin iħossuwhom u jikkonfermawhom istituzzjonijiet internazzjonali u independenti inkluż il-Kummissjoni Ewropeja u diversi aġenziji tal-kreditu internazzjonali.

 Torca_Logo

Tbassir Ekonomiku

Infatti il-Ħamis li għadda, il-Kummissjoni Ewropeja ippublikat il-Winter Forecast għal pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja inkluż Malta. Mit-titlu biss diġa kien hemm konforma dak li qiegħed jgħid il-Gvern, ‘Dynamic Growth and low unemployment ahead’ (‘Prospetti ta’ tkabbir dinamiku u livell baxx ta’ qgħad’). Wieħed mill-aqwa titli li tista’ tagħti lil pajjiż.

L-istess il-kontenut. Il-Kumissjoni irkonoxxiet it-tkabbir robust ta’ l-ekonomija Maltija li hija prevediet li se jlaħħaq it-3.3 fil-mija 2014. Hija qalet li dan kien riżultat ta’ t-tkabbir fil-konsum tal-familji Maltin u Għawdxin li mistenni jkompli għas-snin li ġejjien grazzi għat-traħħis fit-tariffi tad-dawl u l-ilma u tnaqqis kontinwu fir-rata ta’ qgħad għal taħt is-6 fil-mija. Hija rikonnoxxiet ukoll it-tkabbir fl-impjiegi u faħret iż-żieda fil-parteżipazzjoni tan-nisa fis-suq ta’ xogħol. Il-Kummissjoni nnutat ukoll iż-żieda fl-investiment privat u saħqet li l-interessi baxxi għandhom jejnu biex tkompli tiżdied id-domanda għal-kreditu li jgħin biex ikompli jiżdied l-investiment. Barra min hekk, ir-rapport ippreveda li ser ikomplu ngawdu min surplus fil-kont kurrentinestern tal-pajjiz b’żieda fl-esportazzjoni tal-maifattura u servizzji.

Tbassir Fiskali

Pero’ fl-opinjoni tiegħi l-iktar fattur importanti ta’ dan ir-rapport kien li l-erġajna rbaħna l-kredibilita’ tal-Kummissjoni fuq il-finanzi pubbliċi. Il-Kummissjoni emnet li dan il-Gvern verament qiegħed kommess li jnaqqas d-defiċit u d-dejn b’mod sostenibbli.

Infatti hija prevediet li defiċit se jkompli jonqos għas-snin li ġejjien tant li ħa jinżel taħt it-2 fil-mija is-sena dieħla. Dan id-defiċit huwa l-inqas defiċit proġettat f’kemm ila tinħadem is-sistema preżenti tad-defiċit. F’ħamsa u għoxrin sena ta’ Gvern Nazzjonalista din il-figura ta’ defiċit qatt ma nlaħqet filwaqt li fi tliet snin biss taħt Gvern Laburista ser nilħqu din il-mira. L-istess għad-dejn, minkejja li l-Opożizzjoni tipprova tqarraq u minalija tikkonvinċi n-nies li dejn qed jiżdied, il-Kummissjoni qed tgħid eżatt il-kontra. Hija qed tbassar tnaqqis għal 68.0 fil-mija din is-sena.

Il-Proċedura ta’ Defiċit Eċessiv

L-importanza ta’ dan it-tbassir fiskali huwa li mhux biss il-Kummissjoni qed taraf li dan Il-Gvern qiegħed jirriforma il-finanzi pubbliċi, imma li Malta mistennija toħroġ mill-proċedura tad-defiċit eċessiv, liema proċedura daħħalna fiha l-Gvern preċedenti, mhux darba iżda darbtejn sħaħ f’temp ta’ ħames snin.

Għandu ragun il-Prim Ministru jibqa pozittiv. Bil-partecipazzjoni ta’ kullhadd il-futur hu sabieħ.

 

– Sunday, 8th February, 2015

,

12 responses to “L-importanza tal-Kredibilita’”

  1. certainly like your website but you have
    to take a look at the spelling on quite a few of your posts.
    Many of them are rife with spelling issues and
    I in finding it very bothersome to tell the reality then again I’ll surely come again again.

  2. Its like you learn my mind! You appear to grasp a lot approximately this, like you wrote the e book in it or something.

    I believe that you can do with some % to drive
    the message house a bit, however other than that, that is excellent blog.

    A fantastic read. I’ll definitely be back.

  3. I know this if off topic but I’m looking into starting my own weblog and was curious what all is required to get set up?

    I’m assuming having a blog like yours would cost a pretty penny?
    I’m not very internet smart so I’m not 100% positive. Any
    suggestions or advice would be greatly appreciated.
    Thanks

  4. I have been surfing online greater than three hours these days,
    yet I never found any fascinating article like yours.
    It is lovely worth sufficient for me. In my view, if all web
    owners and bloggers made excellent content as you did, the internet shall be a lot more useful than ever before.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *