L-ewro hija l-problema, jew is-soluzzjoni?


Il-ġimgħa l-oħra, għat-tieni ġimgħa konsekuttiva, kont fil-Parlament Ewropew fi Brussell. Iżda fejn fil-ġimgħa ta’ qabel mort biex inwassal il-prioritajiet tal-Presidenza Maltija lill-Membri Parlamentari Ewropej, din id-darba pparteċipajt fil-Ġimgħa Interparlamentari Ewropea fejn membri mit-28 Parlament nazzjonali tal-EU jiltaqgħu mal-Parlament Ewropew biex jiddiskutu temi komuni. Fil-każ tagħna, tkellimna dwar is-semestru ekonomiku; dwar l-ewro.

Għal din il-laqgħa, jiena kont mitlub nitkellem ma Klaus Regling id-direttur maniġerjali tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilità, jiġifieri dak il-mekkaniżmu ta’ stabilità li jagħti li ta l-bail-outs lill-Greċja, l-Irlanda, l-Portugal, Spanja u Ċipru.

 

Euro-Rettungspaket

 

Sintendi, l-aktar ir-rappreżentanti mill-parlamenti nazzjonali li pparteċipaw fuq dan is-suġġett, kienu mill-Greċja u mill-Portugal, jigifieri fost l-iktar li kienu urtati għall-fatt li pajjiżhom qed ikollu jagħmel sagrifiċċji kbar, fosthom qtugħ fil-pensjonijiet ffriżar tas-salarji u miżuri oħraGħaldaqstant, dawn ir-rappreżentanti qed jagħtu tort ta’ dawn it-tbagħtijiet lill-banek, il-Kummissjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), jiġifieri għas-sistema ta’ kif kellhom iwettqu riformi bħala kundizzjoni biex jiksbu l-bail-out.

Però, bħal ma fissirt jiena, rridu niftakru li dawn li il-problemi kienu f’pajjiżhom minn qabel. Fil-fatt, konna ilna ngħidu mil-bidu tas-sena elfejn li l-Portugal, l-Italja, il-Greċja u Spanja kien qed ikollhom defiċit u djun kbar illi sa jwassluhom għal stat ta’ falliment. Tant hu hekk, li l-ekonomisti siltu l-ewwel ittra ta’ kull isem ta’ kull pajjiż biex kollettivament kienu jsibuhom PIGS, kelma li ma tantx hija attraenti. Dan juri li l-problemi kienu ilhom hemmhekk u ma indirizzawhomx. Dan juri nuqqas ta’ governanza li rriżulta f’sitwazzjoni ta’ qrib falliment.

Jiġifieri, kieku bl-Unjoni Ewropea jew mingħajrha, dawn il-pajjiżi ma segħux jisselfu mis-swieq internazzjonali, kif wara kollox ġara lill-Arġentina. Dan ifisser li lanqas kienu kapaċi iħallsu l-imgħax  fuq id-djun li kellhom. Mela t-tbagħtijiet tallum huma frott il-problemi akkumulati fil-passat. Iżda dawn qed jaraw biss is-sagrifiċċji li qed ikollhom jagħmlu llum il-ġurnata sabiex jirristrutturaw pajjiżhom biex jerġgħu iġibuh fuq saqajh u lura għan-normal. Għalina dan ifisser li rridu l-pajjiż ikun jista’ jħallas bil-mod il-mod id-djun li għandu ma’ pajjiżi oħra, fosthom Malta.

Hemm bosta raġunijiet għalfejn dawn il-pajjiżi sfaw f’din is-sitwazzjoni. Hemm fatturi ekonomiċi u politiċi, fosthom il-fatt illi daħlu fl-ewro u ma setgħux ikollhom kontroll iżjed fuq ir-rati ta’ l-imgħax u r-rati tal-kambju, seta’ kien ta’ sarima għalihom u ħolqilhom xi restrizzjonijiet.

 

 

orizzont thumbnail

 

U allura meta ikollok ir-rati tal-kambju li m’humiex flessibli, biex tikseb il-kompetittività trid tagħmel dik li nsibuha bħala devalwazjoni interna. Jiġifieri sagrifiċċji kbar interni bħat-tnaqqis fil-prezzijiet, il-pagi u l-pensjonijiet, xi ħaġa li ma kienux imdorrijin għaliha, għall-kuntrarju tal-Ġermanja u pajjiżi tal-Ewropa taċ-Ċentru u tal-Lvant, bħall-Ungerija, l-Bulgarija u l-Istati Baltiċi.

Din hija xi ħaġa li l-pajjiżi Mediterranji, eskluż Malta, m’humiex imdorrijin jagħmlu. Fil-fatt, biex jiskbu l-kompetittività, Spanja, l-Portugal, il-Greċja u l-Italja kienu imdorrijin jiżvalutaw il-munita tagħhom bil-kbir. Issa li ma jistgħux jagħmlu hekk għax qegħdin fl-ewro, spiċċaw biex tilfu l-kompetittività tagħhom.

Illum il-ġurnata, qed jinqalgħu kwistjonijiet bħal jekk l-IMF għandiex tkompli tipparteċipa jew le f’dawn il-programmi, dwar jekk għandniex naħfrulhom parti mid-djun li għandhom lejna, dak li nirreferu għalih bħala l-haircut.

Bħal ma fissirt jiena fil-laqgħa Interparlamentari, il-pajjiżi li għandhom jieħdu l-flus, fosthom Malta, urew fiduċja u sens ta’ solidarjetà ma’ dawn il-pajjiżi. Tant hu hekk, li meta qed insellfu l-flus lill-Greċja, Malta qed tissellef b’rata ta’ imgħax ogħla milli kemm qed iżżomm lill-Griegi. Dan ifisser li aħna mhux biss qed ngħinuhom għax qed insellfuhom, iżda fil-verità, qed nagħtuhom il-flus. B’hekk, il-Greċja qed tiffranka €8 biljun fis-sena mis-self globali miz-Zona Ewro, minbarra l-fatt li fil-pożizzjoni li hi fiha, ma tistax tissellef aktar flus mis-swieq internazzjonali.

Allura meta inpoġġu dan kollu fil-kuntest tiegħu, nistgħu naraw kif dawn il-problemi kollha ma nqalgħux bil-bailouts, imma għax dawn il-pajjiżi ma nidirizzwx il-problemi li kellhom fil-passat. U dan iridu jifhmuh huma wkoll, għax huwa faċli li gvern ta’ pajjiż jagħti t-tort lill-Brussell tal-problemi li ġab b’idejh stess.

Jiena ma rridnx ninftiehem li qed niddefendi lill-Kumissjoni jew Brussell, però dan huwa li jiġri, u b’hekk, sfortunatament l-Unjoni Ewropea tibda tieħu reputazzjoni ħażina mal-popli ta’ l-Ewropa. Għaldaqstant, m’ għandnix għalfejn niskantaw jekk l-Ingliżi ivvutaw biex joħorġu mill-Unjoni Ewropea la kienu qed iħossu li l-problemi kollha ġejjin minn Brussell.

Il-partiti populisti fi Franza u fl-Italja tilfu l-fiduċja fl-Unjoni Ewropea, qed jgħidu li l-problemi kollha ġejjin min Brussell, u b’mod populista qed joffru soluzzjonijiet illi żgur mhux ser jaħdmu imma li jinstemgħu tajjeb mal-poplu.

Huwa f’dan il-kuntest ili wieħed jifhem daqsxejn is-sitwazzjoni preżenti, u jifhem ukoll li hemm ħafna xogħol xi jsir. L-Ewro għandha l-arkitettura tagħha li trid tissaħħaħ. Aktar ‘il quddiem, ser nispjega kif l-ewro għandha tissaħħaħ biex fil-futur ma jkollniex dawn il-kriżijiet li xbajna nisimgħu dwarhom minn fuq il-mezzi tax-xandir, anke b’mod xi kultant li aktar joħloq konfużjoni milli jispira fiduċja fil-futur.

 

– Friday, 10th February, 2017

,

23 responses to “L-ewro hija l-problema, jew is-soluzzjoni?”

  1. сип 10 кв цена, сип-3 профсоюз медработников, профсоюз сеним уральск шинанай тик
    ток скачать, шинанай шинанай скачать байланыштуу кептин ыкмалары, баяндоо жонундо текст

  2. рухани дамудың 24 деңгейі, инкарнацияның рухани деңгейін есептеу бортсерік оқуы, стюардесса болу
    үшін қандай пән таңдау
    керек сапа менеджмент жүйесінің негізгі принциптері, сапаны басқару принциптері цветы магнолии купить,
    магнолия суланжа купить алматы

  3. балама сөздер мысал, балама сөз деген
    не ұжым неше түрге бөлінеді, балалар ұжымын қалыптастырудың кезеңдері заңдары мен қызметтері сұйық
    майдың құрамында карбон қышқылдары, майлар туралы қызықты мәліметтер ost доске музыка скачать, freeman996 музыка скачать

  4. иіс сезу анатомиясы, иіс
    сезу қызметі қазақ ерлерінің ұлттық киімдері, ұлттық ерлер киімі фото 3 на 4 цена астана, фото на
    документы астана материально ответственное лицо как пишется, права исполняющего обязанности руководителя

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *