Il-Presidenza Maltija qed turi x’issarraf


Il-ġimgħa li għaddiet, għat-tieni darba taħt il-Presidenza Maltija għall-Unjoni Ewropea, kellna l-laqgħa tal-Kunsill Ekonomiku u Monetarju, li hu magħruf bħala l-ECOFIN. Dak li għamilna f’din it-tieni laqgħa huwa importanti ħafna għal pajjiżna għax urejna żewġ affarijiet.

 

Ori3.3

 

L-ewwelnett f’din il-laqgħa urejna li dawk kollha li kienu qegħdin jaħsbu illi Malta, għal xi raġuni jew oħra, anke fid-dawl ta’ kif ir-reġim ta’ taxxa tagħna qed jiġi kritikat fil-media, speċjalment fil-Ġermanja u anki pajjiżi oħra, illi Malta għanda xi interess li tkarkar saqajha meta niġu biex nilleġiżlaw fuq it-taxxa.

Għall-kuntrarju, aħna urejna illi pajjiżna huwa ddixxiplinat. Sakemm aħna nikkoperaw u ħaddieħor jikkopera magħna u li ħadd ma jipprova jieħu vantaġġ minn dawn il-kwistjonijiet, aħna lesti napprovaw tibdiliet fil-leġistazzjoni u ngħollu l-istandards madwar l-Unjoni Ewropea inkluż Malta. B’dak li rnexxielna nagħmlu f’din il-laqgħa tal-ECOFIN kulħadd ħa sorpriża. U din, minnha nnifisha, hija importanti ħafna.

 

orizzont thumbnail

It-tieni  ħaġa li urejna hija l-kapaċità ta’ Malta, pajjiż żgħir u li laqqa’ pajjiżi kbar għal ftehim, minkejja l-fatt li dawn ma kienux qed jidhru li ser jaslu għal ftehim. Iżda bil-kelma t-tajba wasalna biex jinstab kompromess, u wasslaniehom fit-triq it-tajba biex jifthiemu bejniethom. Dan wassal biex isir it-tibdil meħtieġ fit-test tal-liġi tad-direttiva biex imbagħad ikun hemm qbil fuqha.

Għal dan nixtieq nirringrazzja lit-tim tiegħi li ħadem tajjeb ħafna. Kien grazzi għalihom li rnexxielna nressqu lil Franza u r-Renju Unit lejn it-triq tan-nofs u naslu fuq parti mill-ftehim li jirrigwardja t-taxxa fuq il-banek. Bl-istess mod, ikkonvinċejna lill-Olanda li xtaqet li jkollha tmien snin ċans sakemm iddaħħal din il-leġiżlazzjoni li mbagħad it-talba niżlet għal erba’ snin. Dan sar wara li ndunajna li pajjiżi l-oħra mhux qed jaċċettaw li pajjiż jieħu dan il-vantaġġ uniku li jimplimenta l-liġi għal dak it-tul ta’ żmien.  Sabiex wasalna għal dan il-qbil, allura kellna nikkonvinċu lill-kumplament tal-kunsill, jiġifieri sitta u għoxrin pajjiż u biex lill-Olanda nagħtuhom sena, u f’każi partikulari anki sentejn, sabiex tidaħħal din il-leġiżlazzjoni.  Ma kinitx faċli, għax ħadd ma xtaq, imma aċċettawha u l-Olanda kella’ tniżżel l-aspettativa tagħha u taċċetta din l-estensjoni iqsar minn dik li kellhom f’moħħom.

Il-fatt illi Malta rnexxielha tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet importanti hija xi ħaġa illi ġabet l-ammirazzjoni tal-pajjiżi l-oħra kollha tal-Kunsill u dan intqal b’mod pubbliku waqt il-laqgħa.

It-tieni file li kellna kien delikat ukoll. Issa qegħdin nagħmlu liġijiet fl-Unjoni Ewropea li jkunu aktar restrittivi fuq kumpaniji biex jieħdu xi vantaġġ ta’ taxxa min pajjiż kontra l-ieħor. Issa, ma irridux li dawn il-kumpaniji jitilqu mil-Ewropa u jmorru f’pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea u jieħdu dan il-vantaġġ. Allura sa nagħmlu eżerċizzju, illi sa naraw illi l-ebda ġurisdizzjoni ma tipprova tieħu vantaġġ billi jkollha jew tbaxxi l-istandards iktar ‘l isfel iktar baxxi min dawk li hemm fl-Unjoni Ewropea. Dawk il-pajjiżi li jagħmlu hekk, jew li ma jikkoperawx mal-Unjoni Ewropea jiġu black listed  u lkoll nafu li ħadd ma jrid jitlef ir-reputazzjoni ta’ pajjiżu. Hemm ‘il fuq minn disgħin pajjiż li ġew magħża biex jikkolaboraw mal-Unjoni Ewropea u jibdew jiddiskutu mal-esperti ta’ l-Unjoni Ewropea bil-għan li ma jiġux black listed għax jilħqu l-istandrads Ewropej.

Nistgħu ngħidu li Malta għandha biex tkun kburija bix-xogħol li għaddej bħalissa matul il-Presidenza għax verament qed turi xi ssarraf.

 

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu 2017

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *