Baġit li Jindirizza l-Isfidi u li Jaħseb f’Kulħadd


Il-Baġit għall-2020 tħabbar; il-gazzetti taw ir-reazzjonijiet tagħhom, il-korpi kostitwiti, l-familji u l-ħbieb tkelmu bejniethom u kulħadd seta’ jgħid tiegħu.  F’dawn id-diskussjonijiet, ħafna jmorru għal ċertu miżura li tkun laqtithom; oħrajn imorru għal miżuri li setgħet tolqothom aħjar li kieku kienu mirquma differenti.  Oħrajn jista jkun li kienu ddiżappuntati għaliex kienu qegħdin jistennew xi ħaġa li ma ssemmitx fil-Baġit.

Wieħed għandu jara mill-perspettiva globali “Dan il-Baġit x’juri?” L-ewwelnett, il-Baġit huwa prodott tal-awtur tiegħu; għamlu Gvern permezz tal-Ministru għall-Finanzi u l-ministeru tiegħu.  Fuq kollox, dan jirrifletti fuq il-Gvern.

Meta tħares lejh globalment, il-Baġit jagħti l-impressjoni ċara, li dan il-Gvern huwa mimli b’attenzjoni f’dak li qed jiġri f’pajjiżna, lil’hinn minn xtutna kif ukoll l-isfidi u l-opportunitajiet li hemm hemm barra.  Huwa għalhekk li l-Gvern moħħu hemm u dan qed jurih billi f’pajjiżu ma jitlaqx l-attenzjoni tiegħu minn dak li hu essenzjal.

L-essenzjal huwa bħal magna ta’ karozza fejn il-magna hija dik li twaslek minn punt A sa B u li tara li tkun sigur jew sigura.  Din hija l-ekonomija; li bħal magna ta’ karozza twassal lill-pajjiż fejn irid jasal.  Dik hija l-kwalita’ ta’ ħajja aħjar; li jkollok ix-xogħol u jkollok id-dħul u tkun tista tiddeċiedi dwar kif ser tonfoq flusek.  Dan il-Gvern l-ekonomija qatt ma jitlaqha minn taħt għajnejh u huwa għal dan it-tip ta’ approċċ li jitkellem dwar is-surplus, dwar it-tkabbir ekonomiku, l-esportazzjoni u l-investiment. Dawn huma essenzjali; pero’ wieħed jibda jara l-isfidi sew jekk humiex it-trasport, l-ambjent, il-fatt tas-suċċess li jkabbar l-aspirazzjonijiet tagħna u li nibdew nitkellmu fuq affarijiet li fil-passat ma konniex nitkellmu fuqhom.

Għandna nitkellmu fuq arja nadifa, li l-ambjent ta’ madwarna sew urban kif ukoll fl-ambjent rurali, li ma jkunx hemm bini ġol kampanja ħalli b’hekk inkunu nistgħu ngawdu l-ħin liberu f’dawn it-tip ta’ spazji rekreattivi.

L-istess japplika f’dak li għandu x’jaqsam ma’ opportunitajiet.  Kif tista tiżgura li għandek garanziji li l-ekonomija ser taffaċċja l-futur? Hu x’inhu, għandek turi mil-lum li kwalunkwe ħaġa li tisma dwar l-industrija ta’ għada; dawn jinkludu l-E-SPORT, l-Intelliġenza Artifiċjali, u l-Blockchain. Dawn huma inizjattivi li forsi ma nafux dwarhom, pero l-Gvern qed juri li mhux biss sema’ bihom imma ħatafhom, għamilhom tiegħu u qed jiġbed l-investituri lejn pajjiżna.  Il-konferenzi kbar li qed jattiraw mal-għaxart elef ruħ u li qed isiru f’pajjiżna, l-esperti li jifmu jafu li Malta hija ċ-ċentru fejn qegħdin jiġu diskussi dawn l-industriji tal-futur.  Huwa għalhekk li pajjiżna jkun qed jassigura li għada pit għada jkollna ftit minn dan il-ġid li ser tikkrea din l-industrija tal-futur, is-settur diġitali li kull ma jmur qiegħed dejjem jiżviluppa minn jum għall-ieħor.

Meta inti qed taffaċja l-isfidi u l-opportunitajiet, evidentament qed turi l-Gvern huwa moħħu hemm.  Fuq kollox, meta inti titkellem fuq il-ġid, l-ekonomija, fuq tkabbir, dan kollu għal min ser imur?

Hawnhekk għandek xita ta’ miżuri li jiena qrajt u li ma jispiċċaw qatt u li tassew jaħsbu f’kulħadd.  Jaħseb mhux biss fejn hemm il-maġġoranza bħal fil-każ tal-pensjonanti fejn aktar minn 92,000 anzjan u anzjana qegħdin igawdu minn żieda li hi kemm hi, meta tikkomparaha mal-passat jew ma ngħatatx u għalhekk kien ikun hemm dak l-agħa kollu fuq il-COLA.  Illum qed nitkellmu dwar żidiet li jmorru lil’hinn mill-COLA.  Għall-pensjonanti tqasmu €17-il miljun għall-COLA, tqasmu wkoll €17-il miljun ieħor f’żidiet reali u b’hekk, dawn jammontaw b’kollox għal €34 miljun.

Hemm xita ta’ miżuri li jolqtu kemm lir-romol, lil persuni b’diżabilita’ anke dawk b’diżabilita’ severa, dawk li għandhom bżonn il-leave minħabba li għaddejjin bi trattament tal-kanċer; kwalunkwe aspett żgħir kemm hu żgħir, dan il-Gvern sema’, ta kas u implimenta.

F’dan il-Baġit, il-Gvern ta kas kulħadd.  U min bħal ma għidna jista’ jgħid “Mela insewni din id-darba?” jaf li dan il-Gvern sen’ oħra wasal biex imiss lilu u jieħu l-kelma tal-Gvern li ser iżomm kelmtu.  Dan huwa l-Baġit; li meta tħares lejh qiegħed jirrifletti fil-veru sens tal-kelma, il-Gvern li għamlu.

 

Il-Ġimgħa 18 ta’ Ottubru 2019

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *