Proġett li se jibdel radikalment il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma


Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma laħqet stadju kruċjali fil-proġett ta’ 130 miljun ewro li se jibdel radikalment il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma f’pajjiżna. Ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-pumping station f’Ta’ Kandja, li kienet indirizzata wkoll mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u mis-Segretarju Parlamentari Aaron Farruiga.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA

U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA,

MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

U

MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI

GĦALL-FONDI EWROPEJ U DJALOGU SOĊJALI

Il-Ministru Joe Mizzi qal li l-korporazzjoni mhux talli se tkun qed tilħaq il-miri ferm ambizzjużi li kellha fi żmien stipulat, imma se tkun qed taqbiżhom. Hu qal li dan hu frott ta’ xogħol intensiv ħafna, preparamenti li jtulu s-snin u determinazzjoni impressjonanti, u rringrazzja lit-team kollu li ħadem biex inkiseb dan ir-riżultat li mhux biss se jsaħħaħ u jsostni l-ekonomija tal-pajjiż iżda se jwassal servizz aħjar lill-poplu bl-aktar mod sostenibbli.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal “li bir-riżultati pożittivi li qed jikseb pajjiżna fosthom ir-rata tat-tkabbir ekonomiku li qed taċċelera flimkien mal-kwalità tal-ħajja li dejjem titjieb u n-numru ta’ persuni li jgħixu f’pajjiżna minbarra t-turisti li qed iżuru dawn il-gżejjer, qed iwasslu biex ikollna bżonn ta’ investiment akbar f’dan is-settur”. Il-Ministru Scicluna kompla li pajjiżna ilu s-snin jiddependi mir-Reverse Osmosis biex ilaħħaq mad-domanda tal-pajjiż. Issa qed ifassal pjan ħolistiku u investiment biex nikkonservaw l-ilma tax-xita u se nkabbru l-impjanti li jipproduċu l-ilma biex ilaħħqu mad-domanda għall-bżonnijiet tal-futur. Il-Ministru Scicluna kkonkluda billi faħħar ix-xogħol u s-sehem ta’ diversi dipartimenti tal-Gvern f’dan il-proġett fosthom id-Dipartiment tal-Kuntratti.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Socjali Aaron Farrugia qal li r-riżorsa tal-ilma hi prijorità għal Malta kif ukoll għall-Unjoni Ewropea, kemm għas-sigurtà tal-provvista u għat-titjib tal-kwalità tal-ilma kif ukoll għall-użu effiċjenti tal-ilma. L-investimenti b’fondi Ewropej jinkludu fost l-oħrajn impjant ġdid tar-Reverse Osmosis f’Għawdex u żieda fil-kapaċità ta’ impjanti ta’ ROs oħrajn eżistenti f’Malta. Se jiġi introdott ukoll network ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-Waste Water filwaqt li se tiżdied il-possibbiltà ta’ distribuzzjoni għall-użu mill-ġdid tal-ilma trattat. Il-valur totali tal-proġett jammonta għal iktar minn €100 miljun kofinanzjati mill-fond ta’ koeżjoni u mill-fond agrikolu. Bil-għajnuna ta’ fondi Ewropej infetħu wkoll tliet polishing plants li jkopru diversi nħawi fin-Nofsinhar u fit-Tramuntana ta’ Malta kif ukoll f’Għawdex. B’hekk se jitjieb kemm il-kwalità tal-ilma tax-xorb għaċ-ċittadini Maltin kif ukoll il-kwalità ta’ second class water għall-użu tal-biedja f’Malta.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Mizzi semma wkoll il-proġett tar-Reverse Osmosis ġdida f’Għawdex u l-upgrades li qed isiru fit-tliet impjanti ta’ Malta, proġetti li se jippermettu li nipproduċu iktar ilma b’inqas enerġija.

“Barra min hekk qed nipproduċu miljuni ta’ metri kubu ta’ ilma ġdid li qed jiġi riċiklat meta dan qabel kien jintrema”, żied il-Ministru. Kull litru li jitqassam minn dawn l-impjanti tan-New Water hu litru inqas ta’ ilma estratt mill-water table. “Qed nagħmlu dan kollu b’ħidma kbira u se nkomplu f’din it-triq ħalli niżguraw infrastruttura b’saħħitha, servizz aħjar u futur aktar sostenibbli”, temm il-Ministru.

     

7th December 2018
,

2 responses to “Proġett li se jibdel radikalment il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma”

  1. cefdinir en vente libre en ligne en Suisse omnicef en vente libre sur internet
    cefdinir de qualité garantie pour une efficacité optimale Acheter de la omnicef en ligne sans
    ordonnance en Belgique
    Achat sécurisé de omnicef en France omnicef disponible à l’achat en ligne
    Acheter omnicef en ligne sans ordonnance Acheter cefdinir
    en France sans prescription facilement
    Acheter du cefdinir en ligne avec garantie de qualité acheter cefdinir Belgique légal
    omnicef avec ordonnance médicale
    omnicef : conseils pour choisir la bonne dose en ligne cefdinir générique en ligne
    Trouvez omnicef en ligne en France cefdinir en ligne :
    comparaison des sites et des prix
    Trouvez votre dose de omnicef en ligne cefdinir en vente libre en Suisse
    Acheter omnicef en ligne en toute confidentialité en Suisse
    achat de omnicef en ligne sans ordonnance
    omnicef en vente en ligne avec des offres spéciales
    cefdinir de haute qualité disponible en ligne en France Où trouver de la cefdinir de confiance en ligne
    acheter cefdinir à Montréal Trouvez la omnicef adaptée à votre budget
    cefdinir de haute qualité en ligne France cefdinir en pharmacie en ligne française
    achat de omnicef en Italie Où trouver cefdinir en vente en ligne en France
    commander cefdinir en Espagne cefdinir en ligne : avertissements et précautions
    cefdinir recommandé par des professionnels de la santé
    commander cefdinir en Belgique en ligne
    Acheter omnicef sans prescription médicale commander
    cefdinir à Monaco
    Commandez votre omnicef en ligne en toute confidentialité en Suisse Guide
    d’achat de médicaments cefdinir en ligne
    Meilleurs prix pour acheter cefdinir au Maroc
    omnicef en ligne de confiance Belgique
    achat omnicef de la marque Mylan omnicef sans ordonnance

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *