Fil-baġit għas-sena d-dieħla l-Gvern se jkompli jnaqqas id-defiċit tal-pajjiż filwaqt li jniżżel id-dejn għall-ewwel darba taħt is-70 fil-mija wara bosta snin.
Dawn huma l-elementi ewlenin li joħorġu mill-abbozz ta’ baġit li l-Gvern Malti bagħat lill-Kummissjoni Ewropea skont ir-regoli Ewropej li daħlu fis-seħħ is-sena l-oħra.
L-abbozz juri stimi ta’ dħul u ħruġ li d-dettalji tagħhom se jingħataw fil-baġit meta jiġi ppreżentat fil-Parlament.
L-abbozz juri stimi ta’ dħul u ħruġ b’mod iddettaljat li juru li l-baġit huwa sostenibbli fuq medda ta’ tliet snin. L-abbozz tal-baġit juri li l-Gvern qed jimmira li jerġa’ jnaqqas id-defiċit għal 1.6 fil-mija għas-sena 2015 u d-dejn għal 69 fil-mija. Din se tkun l-ewwel darba f’bosta snin li d-dejn se jinżel taħt il-livell ta’ 70 fil-mija.
Ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku mistennija li tilħaq it-3.5 fil-mija f’termini reali, filwaqt li r-rata ta’ żieda fl-impjiegi tilħaq il-1.9 fil-mija. Ir-rata tal-qgħad fuq medja ta’ sena mistennija taqa’ għal 5.9 fil-mija.
16th October 2014
2 responses to “Ippubblikat l-Abbozz tal-Baġit 2015”
Very interesting subject, thanks for posting.Raise blog range
Поиск в гугле