Malta Budget 2015: Nippremjaw il-Bżulija


Dokument tal-Baġit >>

 

Defiċit
Miri tad-defiċit: 2.1% għal din is-sena u 1.6% għas-sena d-dieħla.

SISA fuq l-inbid u l-għalf tal-fish farms
Dħul ta’ 20 ċenteżmu SISA fuq kull litru ta’ nbid lokali u internazzjonali. Dan se jkun akkumpanjat minn promozzjoni tal-inbid Malti.
SISA fuq l-għalf tal-fish farms

Prezz tal-Gass
Prezz stabbli għall-gass sa April li ġej

 

Traħħis fil-petrol u d-diesel
Mill-1 ta’ Jannar se jidħol fis-seħħ traħħis ta’ 2ċ fuq il-petrol u 1ċ fuq id-diesel.

Bonus għal min mhux se jgawdi minn tax cuts
Se jingħata €35 bonus addizzjoni ta’ darba, mhux taxxabbli lill-persuni kollha li mhux se jkunu qegħdin igawdu mit-tax cuts. Dan il-bonus se jingħata lil kull min jaħdem fulltime, pensjonanti, dawk fuq benefiċċji soċjali u pro rata għallistudenti.
Il-Gvern se jħallas dan il-benefiċċju lill-ħaddiema fis-settur privat.

Traħħis fl-income tax
Se tonqos l-income tax għal dawk li jaqbdu €60,000 minn 35% għal 25%.
Emendi fil-liġi tat-taxxa biex kull min jaqla’ l-minimum wage ma jħallasx taxxa.

 

budget_2015_img

 

Tibdil fil-capital gains tax
Bidla fis-sistema tal-capital gains tax.

Eżenzjoni mit-taxxa fuq propjetà
Eżenzjoni mit-taxxa fuq proprjetà f’każ li koppja tħassar waqt l-għerusija u wieħed/waħda minnhom tiddeċiedi li tixtri l-propjetà

Skema għal first time buyers
Estensjoni tal-iskema talfirst time buyers għas-sitt xhur li ġejjin b’massimu ta’ €5,000. Il-konvenju u lkuntratt irid ikun lest sat- 30 ta’ Ġunju li ġej.

 

[nggallery id=227]

 

Tneħħija tal-Eco Tax
Se tibda t-tneħħija tal-Eco Tax bil-għan li jinġieb level playing field. Dan se jsir bil-kundizzjoni li kull trader jidħol fi skema tal-waste.

Waste Directive
F’Settembru li ġej se tidħol fis-seħħ il-Waste Electrical and Electronic Equipment Directive (WEEE) fuq l-apparat domestiku.

Twaqqif ta’ Border Agency
Border Agency fuq l-istess linji tal-Guardia di Finanzia, li se tkun parti mill-Armata. Din se tkun inkarigata mill-integrità fiskali tat-teritorju Malti f’dak li għandu x’jaqsma ma’ importazzjoni.

 

 

€1,000 għal kull wild ta’ koppji bil-paga minima
€1,000 għal kull wild ta’ koppji miżżewġin li t-tnejn li huma qegħdin bil-paga minima.

Childcare bla ħlas
Se tkompli s-sistema taċ-childcare bla ħlas.

Riforma fis-sistema tal-Welfare
Żgħażagħ ta’ 18-il sena li ma marrux l-Università jridu bilfors imorru għattaħriġ. F’każ li jirrifjutaw, jinqata’ l-benefiċċju sa 23 sena. Jekk imur għat-taħriġ u wara ma jsibx impjieg, ikun jista’ jerġa’ jibda jirreġistra u jieħu l-benefiċċju.

 

 

Benefiċċji għas-single mothers
Single mothers iridu jattendu bilfors għat-taħriġ wara sena li jwelldu. F’każ li ma tattendix jinqatagħlek il-benefiċċju sa 23 sena.
Single mothers se jibqgħu jieħdu l-benefiċċju għal tliet snin f’każ li jsibu impjieg.

Bonus għall-familji bit-tfal fil-linja tal-faqar
Bonus għall-familji bi tfal li qegħdin fil-linja tal-faqar. Hemm 9,000 familja b’22,000 tifel u tifla li se jieħdu €400 għal kull tifel għall-ewwel erbat itfal u €200 għal kull wild addizzjonali. Dan bil-patt li jattendu għal 95 fil-mija tal-attendenza tal-iskola.

Multi għal persuni li jinstab li qed jieħdu benefiċċji mhux intitolati għalihom
Ċans sa Frar biex persuni li jieħdu benefiċċji soċjali li mhux intitolati għalihom, biex jiddikkjaraw dan kollu bla ma jittieħdu passi kontrihom sakemm ma jkunx hemm frodi sistematika kontra l-Gvern. Wara Frar jibdew jeħlu multi kemm-il darba jinstab li qed jieħdu benefiċċji li mhux intitolati għalihom.

 

 

Benefiċċji għal min jimpjega persuni soċjalment fi żvantaġġ, minn parttime għal full time u li jkunu ilhom bla xogħol.
Refund ta’ 50 fil-mija sa €5000 lil kull min jimpjega persuna li hija soċjalment fi żvantaġġ.
Se jingħata wkoll pro rata lil min jimpjega persuni simili minn part-time għal full-time.
Min jimpjega persuna li ilha bla xogħol għal aktar minn sena se jingħata benefiċċju ta’ €2,750 fuq tliet snin.

Persuni vulnerabbli li diffiċli jkunu impjegati se jkunu jistgħu jingħaqdu f’social enterprise u jaqbdu l-minimum wage
Se titneħħa l-community work scheme li teżisti llum il-ġurnata għal ċertu ħaddiema vulnerabbli li huma diffiċli li jiġu impjegati. Din l-iskema se tingħalaq u minflok dawn il-persuni se jkunu qegħdin jingħataw il-jedd li jingħaqdu f’social enterprise u jaqbdu l-minimum wage u jibdew jagħtu servizzi fl-iskejjel u l-Kunsilli Lokali. Min jirrifjuta li jingħaqad ma’ din is-social enterprise għax ifisser li għandu xogħol ieħor se jkun qed jinqata’ mir-reġistru tal-qgħad.

Żieda fil-benefiċċju talmaternità
Żieda fil-benefiċċju talmaternità – għall-aħħar erba’ ġimgħat il-benefiċċju tal-maternità se jiżdied b’€16-il fil-ġimgħa biex ikun ekwivalenti għallpaga minima.
Żieda għal nisa selfemployed li joħorġu bil-maternity
Żieda sostanzjali għan-nisa self employed li se joħorġu bil-maternity leave. Se jingħataw l-istess benefiċċji daqs mara impjegata u se jkun ifisser li għal 14-il ġimgħa se tiżdied b’€73 fil-ġimgħa.

Sistema ġdida ta’ finanzjament tal-leave tal-maternità
Se tidħol bil-mod sistema ġdida ta’ finanzjament tal-leave tal-maternità. Bissistema l-ġdida il-cost mhux se jibqa’ jinġarr mill-employer tal-mara, iżda millemployers kollha. Qed nistmgħu li se tiswa 3 fil-mija tal-pagi li jħallsu limpjegati. Il-flus se jmorru f’fond u minn hemmhekk jitħallas il-maternity leave.

Żieda fil-ġranet tal-leave għal min jadotta
Żieda fil-ġranet tal-leave għal min jadotta – se jkunu ekwivalenti għal dawk ta’ kull ġenitur ieħor li jwelled tarbija.

Sistema biex jitħallsu bolol neqsin biex ittejjeb il-pensjoni
Se tidħol fis-seħħ sistema fejn persuna li taħdem se tkun tista’ tħallas il-bolol nieqsa għal ħames snin. Min għandu ħames snin bolol nieqsa se jkun jista’ jħallashom biex ittejjeb il-pensjoni.

Għotja għal min għandu inqas minn pensjoni minima
Dawk il-persuni li rtiraw u li għandhom inqas minn pensjoni minima, iżda ħadmu għal mill-anqas sena waħda se jingħataw għotja ta’ €200 fis-sena biex jissupplimentaw il-pensjoni tagħhom.

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili se jkunu jistgħu jirtiraw wara 25 sena
Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili se jkunu jistgħu jirtiraw wara 25 sena servizz bħall-Pulizija u s-suldati.

Kumpens obbligatorju għall-ħaddiema tal-korpi dixxiplinati li jsofru diżabilità
Kumpens obbligatorju mill-Gvern lill-ħaddiema tal-korpi dixxiplinati li jsofru diżabilità fuq il-post tax-xogħol li sal-lum huwa volontarju min-naħa tal-Gvern.

Equal pay għal equal work biex jinqata’ l-prekarjat
Mis-sena d-dieħla se jidħol il-kunċett tal-equal pay għal equal work biex jinqata’ l-prekarjat. Kumpaniji li jieħdu kuntratti tal-Gvern iridu jħallsu lill-ħaddiema tagħhom sal-inqas grad li jitħallas cleaner tal-Gvern. Din se tiswa l-flus iżda se tkun mezz biex jinqata’ l-prekarjat.

Garaxxijiet fil-qasam tad-djar tal-Gvern se jkunu jistgħu jinxtraw
Il-garaxxijiet kollha li qegħdin fil-qasam tad-djar tal-Gvern, kemm b’kera jew b’ċens ikunu jistgħu jinxtraw mill-inkwilini u ċ-ċenswalisti.

Għaxart idjar għal persuni b’diżabilità
Għaxart idjar għall-persuni b’diżabilità – l-ewwel waħda fis-Siġġiewi.

Tisħiħ fil-liġi tat-trust
Se tissaħħaħ il-liġi tat-trust biex il-wirt li jitħalla lill-persuni b’diżabilità jkun bla taxxa.

Tax credit għal min jimpjega persuni b’diżabilità
Dawk li se jimpjegaw persuni b’diżabilità se jkunu qed jingħataw tax credit ta’ €4,500 kull impjegat.

Kumpaniji b’aktar minn 20 ħaddiem iridu jimpjegaw 2% talħaddiema b’diżabilità
Liġi li permezz tagħha kull kumpanija li għandha aktar minn 20 persuna trid timpjega 2 fil-mija talħaddiema tagħha b’diżabilità. Din il-liġi qatt ma ġiet implimentata. Hemm kumpaniji li jħaddmuha. Il-gvern irid li titħaddem u għalhekk fuq medda ta’ tliet snin se tiddaħħal sistema fejn min jibqa’ ma jħaddimhiex se jibda jħallas somma. Din se tibda minn €2,500 u titla’ sa massimu ta’ €10,000 li jmorru għall-fond nazzjonali għall-persuni b’diżabilità li permezz tagħhom il-Gvern se jkun qed iħarreġ u joħloq postijiet tax-xogħol hu għall-persuni b’diżabilità.
Se tiddaħħal is-sistema tas-sabbatical għall-għalliema
Se tidħol fis-seħħ is-sistema tas-sabbatical. L-ewwel grupp ta’ għalliema nantiċipaw li jibbenefikaw minnha fis-sena skolastika li jmiss.

Żieda fl-istipendji
Se jiżiedu l-istipendji

Tnaqqis tal-VAT fuq lebooks
Se titnaqqas il-VAT fuq lebooks minn 18% għal 5%

Cruiseliners li jagħmlu ġurnata Malta u oħra f’Għawdex mhux se jħallsu liċenzja
Regoli li permezz tagħhom dawk il-cruiseliners li se jagħmlu lejl Malta se jkunu qed jingħataw id-dritt li jiftħu l-casino tagħhom għall-passiġġieri abbord. Dawk li jagħmlu ġurnata Malta u oħra f’Għawdex mhux se jkunu mitluba jħallsu liċenzja għal dan il-benefikat.
Tax credits għal start ups
Sistema ta’ seat capital għal dawk il-kumpaniji li jridu jinvestu fi start ups – se jingħataw tax credit sa €250,000.

Breakwater bejn Marsamxett u tas-Sliema
Public Private Partnership għal Breakwater bejn Marsamxett u Tas-Sliema jew wieħed iżgħar barra f’Tigne.

Programm dwar il-ħwienet fil-Belt Valletta
Programm dwar il-ħwienet fil-Belt Valletta. Illum ħafna propjetajiet tal-Gvern li mhumiex immexxija min-nies li krewhom mingħand il-Gvern huma illegali.

White Paper dwar is-sistemi ta’ infurzar
Se ssir White Paper dwar is-sistemi ta’ infurzar tal-Gvern – Jekk l- MTA, il-MEPA, l-ETC, is-sanità u l-lands għandhomx jingħaqdu f’enforcement agency waħda jew inkella jkunx hemm sinerġija bejniethom.

Traħħis fil-kontijiet tad-dawl għan-negozji
Traħħis ta’ 25% fil-kontijiet tad-dawl għan-negozji.

Feed in tariffs
Se jkunu estiżi l-feed in tariffs għar-renewables.

Sistema ta’ kwota ta’ operazzjonijiet biex tonqos il-waiting list
Twaqqfet kumpanija jisimha medical plus li se tidħol fi ftehim ma’ numru ta’ speċjalisti li se jingħataw kwota ta’ operazzjonijiet kemm iridu jagħmlu kull ġimgħa u wara li jagħmlu dik il-kwota, jagħtuhom operazzjonijiet fi tmiem ilġimgħa f’Mater Dei u jitħallsu għalihom. Sal-lum speċjalista jagħmel kemm irid u jkun jaqbillu jżomm il-waiting list biex in-nies imorru fil-privat. Tentattiv biex tinqata’ l-waiting list u tiżdied il-produttività.

Trasport Pubbliku
Trasport pubbliku millewwel tas-sena se jkun operat mill-Gvern u lprivat.
Is-sussidju se jkun ta’ €23 miljun fis-sena, b’żieda sostanzjali fir-rotot.
In-nollijiet se jibqgħu l-istess u se jkun hemm skema ta’ skontijiet ulterjuri.

Sistema tal-immaniġjar tat-traffiku
€8 miljuni f’Intelligent Traffic Management System – cameras waiting time ta’ ċertu toroq

Sistema ta’ car pooling għat-tfal tal-iskola
Inċentivi ta’ car pooling immirati għat-trasport tat-tfal tal-iskola – Transport Malta se tidħol ma’ kumpanija privata li se tagħti ċertu inċentivi. Min ikun fissistema tal-car pooling jista’ juża l-bus lanes biex ikollu aktar inċentiv.

Tax credit għal ġenituri li jużaw is-sistema tat-trasport pubbliku tal-iskejjel
Tax credit ta’ €500 lil dawk il-ġenituri ta’ skejjel privati u tal-knisja li flok iwasslu lil uliedhom huma jużaw is-sistema tat-trasport pubbliku tal-iskejjel.

Diskussjoni dwar ħinijiet tal-iskejjel
Diskussjoni jekk l-iskejjel għandhomx jiftħu fl-istess ħin.

Rifużjoni fuq il-VAT tal-karozzi
Rifużjni fuq il-VAT tal-karozzi

Trasport marittimu mal-Belt Valletta
Public Private Partnership għal trasport marittmu mal-Belt Valletta.

Manutenzjoni u tisbiħ ta’ toroq
Sħubija bejn il-Gvern u l-Privat għal manutenzjoni u tisbiħ ta’ toroq simili għal dak li sar fir-roundabouts.

Motor sport track
Espressjoni ta’ interess għal motor sport track.

Vouchers għal min jirritorna l-flixken tal-plastik
Sistema li tinkoraġġixxi lin-nies jiġbru l-flixkien tal-plastik – tmur supermarket u petrol station titfa’ l-plastik fiha u joħroġlok voucher li ssarrfu f’fuel jew mingħand is-supermarket.

Lukanda f’Bighi
Sħubija mal-privat għal-lukanda f’Bighi

Sħubija mal-privat għaċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla
Sħubija mal-privat għaċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla – se jkun qed jitmexxa mill-privat u l-Gvern iħallas skont kemm imorru pazjenti f’dak iċ-ċentru u dan kollu bla ħlas għall-pubbliku.

Pjani għal Ċentru tas-Saħħa fiż-Żurrieq
L-ewwel pjani ta’ Ċentru tas-Saħħa fiż-Żurrieq.

Proġett fuq l-art f’Pace Grasso
Proġett fuq l-40 tommna ta’ art f’Pace Grasso – 20 tommna open space, 20 tommna health hub – u unit għal residenza ta’ persuni b’diżabilità.

Air strip f’Għawdex
Għawdex se jkun hemm hub mediku – C.B.A. wera li l-air stip hija fattibbli – u se tibda konsultazzjoni pubblika biex issir din l-air strip.

Kap Eżekuttiv għall-Korp tal-Pulizija
Kap Eżekuttiv għall-Korp tal-Pulizija li jieħu f’idejh it-tmexxija amministrattiva tal-Pulizija.

 

MFIN

tvmnews_logo  illum_logo

– Monday, 17th November, 2014

, ,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *