Din il-ġimgħa flimkien mal-Ministru għall-Intern Dr. Michael Farrugia kelli l-pjaċir inħabbar miżura oħra li ġiet imwiegħda fil-programm elettorali. Din hi l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-Forzi dixxiplinati, jiġifieri l-Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u l-Uffiċjali Korrettivi flimkien mall-Uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana, u s-Servizz tas-Sigurta’ Malti. Il-Membri ta’ dawn il-korpi huma l-persuni li qegħdin hemm biex jipproteġuna, filfatt huma jħabbtu wiċċhom mal-kriminalita’ u dawk li jiksru l-liġi b’mod goff ta’ kuljum. In-natura tax-xogħol tagħhom tqiegħdhom fil-periklu iktar minn ħaddieħor.
Il-membri ta’ dawn il-Korpi kienu ilhom is-snin jitolbu li jkunu assigurati, anke jekk il-gvern b’xi mod dejjem jikkumpensa. Iżda f’ħafna drabi dan kienu jagħmluh wara lill-individwu jew il-familja kien ikollhom imorru jħabbtu l-bibien tal-uffiċjali pubbliċi u jittalbu, jekk mhux ukoll jiftħu kawża l-qorti sabiex jieħdu dak li hu ġustament tagħhom.
Permezz ta’ din il-miżura aħna se nkunu qed nagħmlu ġustizzja mal-vittma, mingħajr il-bżonn ta’ qrati, bi proċeduri trasparenti u spjegati minn qabel. Jekk impjegat ikun korra fuq il-post tax-xogħol jew waqt il-qadi ta’ dmirjietu dan jingħata kumpens għax hu issa hu assigurat. Din hija struttura simili għal dik ta’ assigurazzjoni simili ta’ kumpaniji privati. Id-differenza hi li l-ħaddiema f’din l-iskema mhu ser iħallsu xejn, jiġifieri mhux ser ikun mitluba jħallsu ‘premium’ kull sena jew fix-xahar. Il-Gvern se jkun qed joffri din l-iskema ta’ assigurazzjoni kompletament b’xejn.
Il-kumpens marbut mal-iskema se jkun ivarja skont il-gravita’ tal-każ. Wieħed jista’ jieħu kumpens sa’ erba’ darbiet tas-salarju tiegħu b’massimu ta’ €180,000. Il-massimu jingħata f’każ ta’ mewt jew diżabilita’ totali, fSabiex nuru sens kbir ta’ serjeta’, se nwaqqfu wkoll bord ta’ appell, dan sabiex dak li jkun ma jaqbilx mal-eżitu tal-iskema fil-każ partikolari tiegħu, jkun jista’ jressaq il-każ tiegħu quddiem dan il-bord tal-appell indipendenti.
L-iskema li ġiet mibnija bl-għajnuna minn persuni u esperti mis-segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi hi msejjħa ‘Occupational Personal Accident Benefit Scheme’ u se tkun imħaddma mill-Ministeru għall-Finanzi. Fuq kollox dawn huma finanzi mill-kaxxa tal-gvern. Uffiċjal jissieħeb f’din l-iskema awtomatikament sa mill-ewwel ġurnata tal-impjieg, sakemm itemm il-karriera tiegħu. Fil-fatt sa 90 -il-ġurnata wara li jirtira. U tapplika għall-impjegati sew jekk full-time u anke jekk part-time.
Ma’ din l-iskema se nkunu qed inżidu wkoll benefiċċju ieħor għal xiri ta’ makkinarju jew modifikazzjonijiet fid-dar, f’każ ta’ diżabilita’ li l-persuna tista’ tinħtieg riżultat tad-diżabilita’. Għal dan il-għan se nkunu qed nagħtu massimu ta’ €5,000 għal dawn il-każijiet.
Flimkien ma’ benefiċċji oħra li tajna fl-aħħar ħames snin, inkluż id-dritt tal-‘Union’ lil dawn il-korpi u anke żidiet fil-pagiet, naħseb li dawn l-uffiċjali ta’ dawn il-korpi dixxiplinati qed jirrikonoxxu dak li qed jagħmel magħhom il-Gvern. Min-naħa tagħna bħala Kabinett tal-Ministri wkoll qed nirrikonoxxu x-xogħol perikoluż tagħhom, li deher evidenti fl-aħħar jiem ta’ maltemp sever li ħakem lill-pajjiżna. Hu ghalhekk li ghalkemm ma kien hemm l-ebda obbligu legali li jsir dan kollu, dan il-Gvern iħoss l-obbligu morali li nservu ta’ tarka għal dawn in-nies li qed inpoġġu f’idejhom is-sigurta’ ta’ pajjiżna.
Il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu 2019
3 responses to “Skema ta’ Assigurazzjoni għal Forzi tal-Ordni Maltin”
Thank you for your sharing. I am worried that I lack creative ideas. It is your article that makes me full of hope. Thank you. But, I have a question, can you help me?
You have noted very interesting points! ps decent site.Expand blog
Can you be more specific about the content of your article? After reading it, I still have some doubts. Hope you can help me.