MIT-TIENI gwerra ’l hawn l-aspirazzjoni ta’ kull ġenitur ta’ familja hi li t-tfal tiegħu jgħixu ħajja aħjar minnu. Din ma seħħietx qabel, speċjalment qabel ir-revoluzzjoni industrijali, għaliex f’dinja agrarja kont taqlagħha u tikolha. U min kien fqir kien irrassenjat li jibqa’ hekk u min kien sinjur ippretenda l-istess. Bil-makkinarju wieħed seta’ jinqala’ minn ħofra ta’ faqar u jipproduċi iżjed u jaqla iżjed.
Bħala membru tal-Unjoni Ewropea pajjiżna mhux talli għandu dik l-aspirazzjoni normali li s-sena ta’ wara tkun ferm aħjar minn qabilha imma għandu aspirazzjoni oħra. Dik li xi darba ntejjbu l-livell ta’ għajxien tagħna tant li nilħqu dak il-livell medju li jgawdu l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Biex isir dan irid jkollna rata ta’ tkabbir ferm akbar minn tagħhom. Jekk per eżempju pajjiżna jikber ekonomikament bl-istess rata tal-Ġermanja, li jiġri hu li d-distakk bejnietna jikber ferm u l-faqar relattiv tagħna fuq skala Ewropea jikber u mhux jiċkien.
Dan iġegħelna bil-fors ngħollu l-miri tagħna. Li nikkuntentaw biss bil-fatt li l-qagħad uffiċjali kif imkejjel mill-Gvern hu relattivament baxx mhux biżżejjed. Fejn konna se nibqgħu, kif filfatt qed jiġrielna għal dan l-aħħar għaxar snin. Inħossuna nissieltu mal-għoli tal-ħajja bla suċċess. Inħossuna qegħdin ngħerqu ekonomikament.
Li rridu hu li ngħollu sew ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku.
X’inhu dan it-tkabbir ekonomiku eżattament? Ifisser li pajjiżna jirnexxilu jipproduċi volum ta’ prodotti u servizzi iżjed mis-sena ta’ qabel, biex b’hekk ikollna dħul ogħla minn qabel. Dan kollu. Il-problema hi li tagħraf kif jirnexxilek tagħmel dan.
Kieku kellna nsaqsu bidwi b’għalqa patata jkun jista’ jweġibna aħjar. Huwa jaf li biex din l-għalqa tibqa’ tipproduċi sena wara l-oħra jrid iwarrab ftit patata għat-tħawwil. Ma jikolhiex kollha għax is-sena ta’ wara jibqa’ b’xejn. Jekk irid ikabbar irid iwarrab iżjed u jiekol inqas din is-sena. Dan il-proċess insejħulu investiment. U għalhekk l-għajta fuq fommna hi li rridu aktar investiment jekk pajjiżna rriduh jikber. Ħarsu lejn l-istatistika u taraw li dawn l-aħħar snin il-proporzjon tal-Prodott Gross Domestiku li jmur għall-investiment (bini u makkinarju) nieżel. Dan qed jikkundannana għal tkabbir baxx għall-futur. Tista’ toħlom u tassumi li se tikkreja eluf ta’ impiegi. Dan ma jistax isir jekk pajjiżna jibqa’ b’din ir-rata baxxa ta’ investiment. Waqgħet għal 15% waqt li fil-passat kienet laħqet anke it-30%. Issa tifhmu aħjar għaliex il-Partit Laburista jisħaq li wieħed ma għandux ixekkel l-investitur bil-burokrazija żejda, jew inaffru bil-korruzzjoni fl-operat tal-Gvern. Jekk ma nagħmlux hekk ma nistgħux nistennew l-investiment jogħla u miegħu t-tkabbir ekonomiku.
Potenzjal ieħor li għandu pajjiżna aktar minn pajjiżi oħrajn hu l-proporzjon tal-popolazzjoni li jaħdmu li hu ferm aktar baxx minn pajjiżi oħrajn. Bħalissa qiegħed 60% fil-mija tal-popolazzjoni fl-età li tista’ taħdem. Il-mira hi għall-anqas f’għaxar snin tilħaq il-75%. Qegħdin nitkellmu fuq figura ta’ bejn 30 elf u 40 elf persuna oħra jaħdmu.
Timmaġinaw x’kontribuzzjoni jistgħu jagħtu dawn il-ħaddiema ġodda lil pajjiżna. Il-bolli li jħallsu, it-taxxi fuq d-dħul u n-nefqa tagħhom, u fuq kollox id-dħul għall-familji tagħhom biex jgħixu ħajja aħjar. Is-sett ta’ miżuri ta’ inċentivi flimkien maċ-‘child care centres’ b’xejn li qed jipproponi il-Partit Laburista huma mmirati biex jgħollu din il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Dawn ġew ippjanati biex jixprunaw t-tkabbir minn dan il-lat.
It-tielet kontribut hu l-mod kif il-ħaddiem min-naħa u l-makkinarju min-naħa l-oħra jżid il-kontribut tagħhom għat-tkabbir ekonomiku. Dan inpoġġuh taħt kappell wieħed. Insejjħulu żieda fl-effiċjenza. Mhux kull ħaddiem u mhux kull magna għandha l-istess kapaċità jew effiċjenza.
Fil-każ tal-ħaddiem din tiżdied permezz ta’ ħiliet naturali u mgħallmin. Is-snajja jew ‘skills’, kif ukoll l-livell ta’ tagħlim jissarrfu f’effiċjenza kbira. Dan hu pprovat minn ħafna studji f’dan il-qasam. U hawn ukoll Malta għandha l-problemi. Li jkollok l-għola rata ta’ ‘school leavers’ hu sinjal ikrah. Dan irridu nirranġawh. L-istess għan-numru baxx ta’ inġinieri u xjentisti kwalifikati fil-pajjiż. In-numru ta’ studenti li jiggradwaw huwa proporzjonalment baxx. Ma nistgħux ngħattu x-xemx bl-għarbiel. Irridu ninvestu f’dan il-qasam għax qegħdin naqgħu lura. Huwa ta’ dannu li tirrifjuta għajnuna mill-Unjoni Ewropea biex tgħin liż-żgħażagħ jittrenjaw u jidħlu f’xogħol adattat taħt xi skema bħal dik ta’ garanzija ta’ taħriġ, edukazzjoni jew xogħol. Il-Partit Laburista għandu saqajh mal-art u jaf li hemm bżonn kbir f’dan il-qasam. Il-veru trux u għama hu dak li ma jridx jisma’ u jara.
L-effiċjenza tal-magni teħodna fil-kamp tat-teknoloġija li permezz tar-riċerka turina t-triq kif nipproduċu iżjed b’inqas enerġija u spejjeż oħrajn. In-nuqqas ta’ pjan tal-enerġija għal pajjiżna ssarraf fl-użu taż-żejt b’impjant li jaħli. Il-proposta tal-Partit Laburista li juża impjanti b’teknoloġija moderna li jitħaddmu bil-gass hija stmata li tiffranka lil pajjiżna €187 milljun fis-sena. Is-setturi sew industrijali, kummerċjali u dak domestiku jieħdu nifs ġdid li jgħin biex l-ekonomija tneħħi minn fuqha piżijiet żejda u tkun tista’ timxi ’l quddiem.
Hemm ferm aktar proposti li jgħinu l-ekonomija tikber u tkattar il-ġid. Il-miżuri l-oħrajn huma intenzjonati biex dan il-ġid jitgawda minn kulħadd b’mod ekwu u soċjalment aċċettabli.
Iż-żmien tal-klikek issa għadda. Il-poplu qed jistenna direzzjoni ġdida għal pajjiżna, b’‘roadmap’ ċara quddiemu. Persważ li Dr Muscat u t-tim tiegħu li jien offrejt li nifforma parti jistgħu iwasslu biex dan iseħħ.
– l-orizzont : It-Tnejn, 25 ta’ Frar, 2013
44 responses to “Il-pjan tagħna għat-tkabbir ekonomiku”
alo789 chinh th?c: alo 789 – dang nh?p alo789
pharmacy canadian: Cheapest online pharmacy – onlinepharmaciescanada com
lowest prescription prices online india: IndiaMedFast.com – india online pharmacy store
https://interpharmonline.com/# canadian pharmacy no rx needed
legit canadian pharmacy
india pharmacy without prescription: india online pharmacy store – order medicines online india
https://interpharmonline.com/# canadian pharmacy scam
order medicines online india: buying prescription drugs from india – india pharmacy without prescription
online medicine shopping in india: india online pharmacy store – buying prescription drugs from india
https://indiamedfast.com/# online medicine shopping in india
mexican drug stores online: reliable mexican pharmacies – mexican pharmacy online order
mexican pharmacy online store: Mexican Pharm Inter – mexican pharmacy online order
https://indiamedfast.com/# IndiaMedFast.com
thecanadianpharmacy
http://mexicanpharminter.com/# buying from online mexican pharmacy
canadian world pharmacy Online pharmacy USA canadian pharmacy
canada drugstore pharmacy rx: Certified International Pharmacy Online – buying from canadian pharmacies
http://indiamedfast.com/# india online pharmacy store
https://interpharmonline.shop/# canadian pharmacy 24
77 canadian pharmacy
pet meds without vet prescription canada: InterPharmOnline – canadian drug stores
http://mexicanpharminter.com/# mexican pharmacy online order
Mexican Pharm International Mexican Pharm Inter mexican drug stores online
canadian pharmacy online reviews: Online pharmacy USA – reputable canadian online pharmacy
https://interpharmonline.com/# best canadian online pharmacy
canadian drugs pharmacy
https://mexicanpharminter.shop/# mexican drug stores online
online pharmacy india: cheapest online pharmacy india – IndiaMedFast
best canadian online pharmacy: InterPharmOnline – canadian pharmacy meds review
http://mexicanpharminter.com/# mexican pharmacy online order
canadian pharmacy reviews
https://mexicanpharminter.com/# mexican pharmacy online order
reliable mexican pharmacies: reliable mexican pharmacies – mexican pharmacy online
kamagra gel kopen: kamagra gel kopen – kamagra jelly kopen
https://kamagrakopen.pro/# kamagra jelly kopen
cialis without a doctor prescription: cialis without a doctor prescription – Tadalafil Easy Buy
TadalafilEasyBuy.com: Tadalafil Easy Buy – TadalafilEasyBuy.com
https://kamagrakopen.pro/# Kamagra
TadalafilEasyBuy.com: Tadalafil Easy Buy – TadalafilEasyBuy.com
TadalafilEasyBuy.com: TadalafilEasyBuy.com – TadalafilEasyBuy.com
http://tadalafileasybuy.com/# TadalafilEasyBuy.com
TadalafilEasyBuy.com: Cialis 20mg price in USA – TadalafilEasyBuy.com
https://kamagrakopen.pro/# kamagra kopen nederland
https://kamagrakopen.pro/# kamagra kopen nederland
Buy Tadalafil 20mg: TadalafilEasyBuy.com – Tadalafil Easy Buy
Kamagra Kopen Online: KamagraKopen.pro – Kamagra Kopen
https://kamagrakopen.pro/# kamagra gel kopen
http://generic100mgeasy.com/# Generic 100mg Easy
Generic100mgEasy Generic 100mg Easy sildenafil over the counter