Suċċessi ġodda fit-tkabbir ekonomiku


Skont il-figuri tal-Kontabilità Nazzjonali ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fit-tieni trimestru tal-2015 it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna laħaq rekords ġodda. L-ekonomija kibret b’5.3 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel filwaqt li b’mod nominali espandiet b’7.3 fil-mija. Tali rati ta’ tkabbir huma kważi erba’ darbiet aktar minn dawk irreġistrati fiż-Żona tal-Ewro, fejn kien hemm tkabbir ekonomiku medju ta’ 1.2 fil-mija. Fuq il-bażi tal-aħħar figuri provviżorji tal-Eurostat, Malta mhux biss hija l-aktar ekonomija li qed tikber b’pass mgħaġġel fl-Unjoni Ewropea, iżda qed ikollha wkoll l-aktar tkabbir qawwi mill-kriżi globali ‘l hawn.

 

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

 

 

Xi ħaġa oħra li ġiet irreġistrata għall-ewwel darba hija l-fatt li ġew irreġistrati rati ta’ tkabbir pożittivi fis-setturi kollha tal-ekonomija, inkluż fil-manifattura, li fl-istess perjodu rreġistrat tkabbir nominali pożittiv ta’ 4.7 fil-mija. Is-settur tal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, dak tas-servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ, kif ukoll dak tal-attivitajiet tal-beni immobbli rreġistraw rati ta’ tkabbir b’żewġ ċifri.

It-tkabbir ekonomiku fit-tieni trimestru tal-2015 kien imsejjes fuq tkabbir sostnut tal-konsum privat u, aktar sinifikanti minn hekk, minn tkabbir qawwi ta’ 24.3 fil-mija fl-investiment. It-tkabbir fil-konsum privat huwa indikattiv tar-rekord storiku fil-ħolqien ta’ postijiet ġodda tax-xogħol u tar-rati baxxi tal-qgħad li ftit qatt rajna bħalhom, li ġew irreġistrati aktar kmieni din is-sena, kif ukoll ta’ żieda tal-element tal-ottimiżmu fost il-konsumaturi. Iż-żieda fl-investiment tixhed l-investiment fil-qasam tal-enerġija u investimenti oħrajn privati f’setturi ġodda fejn hemm lok għal tkabbir.

Il-ġid li qed jinħoloq qed jgħaddi għand il-familji, hekk kif it-total tal-kumpens mogħti lill-impjegati żdied bi €30.4 miljun jew 3.4 fil-mija per annum. Anki n-negozji u l-kumpaniji rreġistraw żviluppi favorevoli, bil-profitti jiżdiedu b’€107.4 miljun jew tkabbir ta’ 12.5 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

“Il-kundizzjonijiet aktar favorevoli għan-negozju li ħoloq il-Gvern qed jinkoraġġixxu l-kundizzjonijiet makroekonomiċi li hemm bżonn u dawn, imbagħad, qed ikabbru s-sens ta’ kunfidenza tal-konsumaturi u tal-investituri fir-rigward tal-ekonomija tagħna,” irrimarka l-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna.

NSO_logo

 

Economic growth reaches new highs

According to the National Accounts figures published by the NSO, in the second quarter of 2015 the Maltese economic growth reached new highs as it grew by 5.2 per cent year-on-year while nominally it expanded by 7.3 per cent. Such growth rates are almost four times those registered in the Euro-Area where economic growth averaged 1.2 per cent. Based on the latest provisional data from Eurostat, Malta is not only the fastest growing economy in the European Union but is showing the strongest growth since the global crisis.

PRESS RELEASE ISSUED BY THE MINISTRY FOR FINANCE

 

Another first is the fact that positive growth rates were registered in all economic sectors, including manufacturing, which recorded a positive nominal growth rate of 4.7 per cent during the same period. The professional, scientific and technical activities, administrative and support services activities sector and the real estate activities sector registered double digit growth rates.

Economic growth during the second quarter of 2015 was underpinned by sustained growth in private consumption and more significantly by a strong increase of 24.3 per cent in investment. The former is indicative of the all-time record growth in employment and historically low unemployment rates recorded earlier this year as well as increasing consumer confidence. The surge in investment reflects the investment in the energy sector and other private investments in new growth sectors.

The wealth created is being transmitted to the Maltese families with total compensation of employees increasing by €30.4 million or 3.4 per cent per annum. Business and firms also registered favourable developments with profits up by €107.4 million or 12.5 per cent growth over the previous year.

“The more business-friendly macro- and financial environment created by the Government is fostering the right macroeconomic conditions that, in turn, are boosting consumers’ and investors’ confidence in our economy,” said Minister for Finance, Edward Scicluna.

 

– Friday, 4th September, 2015

 

newsbook_logo   tvmnews_logo   timesofmalta_logo   maltatoday2_logo   iNews_Logo   gozonews

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *