“Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali u l-karigi tal-Bord tad-Diretturi huma mandati minn Standards regolatorji ġodda tal-istabilta’ finanzjarja tal-UE”


Hija sfortuna li l-Oppożizzjoni għażlet li testendi l-kampanja tagħha ta’ dubji permezz ta’ insinwazzjonijiet politiċi fis-settur tas-servizzi Finanzjarji, u b’mod partikolari l-Bank Ċentrali ta’ Malta, li huwa l-istituzzjoni makro-prudenti tal-pajjiż.

Dawk kollha li jsegwu l-iżviluppi internazzjonali u Ewropej jafu li r-regolament tal-kriżi post-finanzjarja wassal għall-ħolqien tal-Bord ta’ Riskju Sistemiku tal-UE (ESRB) li hu bbażat fi Frankfurt fi ħdan l-infrastruttura finanzjarja tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB), u li l-kompitu tiegħu huwa l-istabbilta` finanzjarja.

 

Bank cent

 

Waħda mir-riperkussjonijiet tal-kriżi finanzjarja hija li Banek Ċentrali Nazzjonali, speċjalment dawk fiż-Żona Ewro, ġew mandati biex jistabbilixxu istituzzjonijiet xierqa fil-pajjiżi rispettivi tagħhom sabiex ikollhom rabta mal-ESRB.

Minħabba d-daqs tal-pajjiż, u wara li kkonsulta mal-President tal-ECB Mario Draghi, il-Gvern Malti għażel li ma jistabbilix istituzzjoni ġdida, iżda minflok għandu li jirrikkonoxxi bil-liġi fi ħdan l-Att tas-CBM l-ewwel il-Bord tal-Istabbilta` Finanzjarja l-ġdid bejn is-CBM u l-MFSA, u t-tieni Deputat Gvernatur fi ħdan is-CBM- kariga li se tkun ffukata biss fuq l-istabbilta` finanzjarja. Id-Deputat Gvernatur kurrenti se jingħata l-kompitu mal-Politika Monitarja biss. Tali karigi separati u doppji jistgħu tabilħaqq jinstabu f’ħafna Banek Ċentrali oħrajn madwar l-Ewropa, bħall- Bank of England tal-Ingilterra, Banque de France ta’ Franza u oħrajn.

Il-ħtieġa għal direttur ieħor fi ħdan il-Bord tal-Bank Ċentrali Malti qamet sabiex jiġi żgurat li l-kompożizzjoni tal-Bord ma tkunx imfixkla (il-bord għandu jkun kompost min-numru fard ta’ membri). Il-pubbliku jista’ jkun assigurat li l-persuni li se jkunu maħtura se jkunu l-aktar kwalifikati u adattati għall-karigi.

Filwaqt li d-deċiżjoni t’hawn fuq ġiet meħuda mill-Gvern aktar kmieni f’April, l-aħħar ħames xhur saru konsultazzjonijiet mal-Bank Ċentrali, li talab kemm opinjonijiet formali u informali mill-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-formulazzjoni tal-emendi proposti.

Il-Kelliem għall-Finanzi fl-Oppożizzjoni inżamm infurmat billi irċieva dawn l-emendi u korrispondenza relattiva. Saru wkoll laqgħat ta’ informazzjoni kordjali bejnu u bejn il-Ministru għall-Finanzi.
Ir-relazzjoni bejn il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u l-Ministru għall-Finanzi ma tistgħax tkun aħjar. Filfatt, it-tnejn jikkonsultaw b’mod regolari, u jaħdmu flimkien mill-viċin bħal ma għamlu f’diversi laqgħat, bħal Eurogroup informali u laqgħat oħrajn ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, li jinkludu l-Fond Monetarju Internazzjonali u diversi aġenziji ta’ klassifikazzjoni, kemm f’Malta u barra minn Malta.

Huwa importanti ħafna li l-industrija tas-servizzi finanzjarja ta’ Malta, li riċentament sfat attakkata mill-kompetituri esterni tagħna, ma’ tkunx mhedda lokalment abbażi ta’ dikjarazzjonijiet partġġjani motivati mill-vantaġġ politiku ta’ żmien qasir. It-tkissir tar-reputazzjoni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li ilu stabbilit għal dawn l-aħħar snin se jwassal għal ħsara irreparabbli għar-reputzzzjoni internazzjonali ta’ Malta stess.

govmt_logo  maltatoday_logo

 Thursday 3rd  October  2013

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *