Labour MEP Prof Edward Scicluna was today nominated by acclamation by the European Parliament’s Economic Committee (ECON) to represent the Parliament on the European Statistical Advisory Committee (ESAC). ESAC is the governing body responsible for co-ordinating the production and maintaining the quality of statistics in the EU.
Prof Scicluna will be the European Parliament’s only representative on this expert committee and his candidature will now be endorsed by the European Commission and the Council of Ministers. Once adopted, he will remain on ESAC until the end of his mandate as an MEP.
Prof Scicluna said:
“It is a great honour to have been proposed and endorsed by the ECON committee to this important appointment. My rapporteurship assignments on a number of European statistics reports and the good relationship I have developed with Eurostat will help me carry out my new responsibilities in this important role.
“The sovereign debt crisis in Greece has shown us that we cannot take the accuracy and reliability of government statistics for granted. Key to this is maintaining a strong governance framework bringing together the national statistical bodies, the respective governments, Eurostat and the EU institutions.”
ECON Meeting: Sharon Bowles
Edward Scicluna nominat rappreżentant tal-Parlament Ewropew fuq il-Bord tal-Istatistika Ewropea
Il-MPE Laburista Edward Scicluna llum ġie nnominat, b’mod unanimu, mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji bħala r-rappreżentant tal-Parlament Ewropew fuq il-Kumitat għall-Pariri dwar l-Istatistika Ewropea (ESAC). L-ESAC huwa l-kumitat responsabbli mill-koordinazzjoni tal-produzzjoni u l-manteniment tal-kwalita’ tal-Istatistika Ewropea.
Il-Prof. Scicluna se jkun l-uniku rappreżentant tal-Parlament Ewropew fuq dan il-kumitat ta’ esperti u l-ħatra tiegħu issa trid tiġi approvata wkoll mill Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri. Il-mandat idum sat-tmiem tal-mandat tiegħu bħala MPE.
Il-Prof. Scicluna qal,
“Huwa ta’ unur kbir għalija li ġejt innominat u approvat mill-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji għal din il-kariga daqstant importanti. Ir-rapporti fuq l-Istatistika Ewropeja li ħdimt fuqhom u r-relazzjoni tajba li bnejt tul iż-żmien mal-Eurostat ħa jgħinuni biex naqdi id-dmirijiet tiegħi fuq dan il-kumitat bl-aħjar mod possibbli.
Wara l-kriżi tad-dejn li laqtet lill-Greċja nafu kemm hu importanti li l-istatistika tal-gvern tkun preċiża u affidabbli. Huwa fundamentali allura li jinżamm qafas b’saħħtu ta’ governanza li jgħaqqad flimkien l-aġenziji nazzjonali tal-istatistika, il-gvernijiet tal-Istati Membri, flimkien mal-Eurostat u l-Istituzzjonijiet Ewropej.”
‘Nomination letter of Prof Scicluna as a representive on ESAC signed by Martin Shultz, President of the European Parliament addressed to the President of the European Commission Jose Manuel Barroso.’
ESAC Nomination – Letter to Commission
– press releases –