Forum dwar il-leave tal-maternita


L-Ewroparlamentari Laburista Malti l-Professur Edward Scicluna nhar is-Sibt, 6 ta’ Novembru, 2010, kien fost il-kelliema waqt forum pubbliku bit-tema “20 gimgha leave tal-maternita. Ghalfejn ghandi nhallas biex int ikollok it-tfal?” organizzat mill-Ufficcju tal-Parlament Ewropew f’Malta.

Prof Scicluna qal li Malta hija l-pajjiz bl-inqas leave tal-maternita fost il-pajjizi tal-Unjoni Ewropea, 14-il gimgha. Malta hija l-pajjiz fl-Unjoni Ewropea bl-inqas rata ta’ nisa jahdmu. Sostna li l-kwistjoni tal-leave tal-maternita hija kontributura ewlenija ghal din is-sitwazzjoni. Studji mill-OECD u anke mill-Bank Centrali Ewropew juru li l-leave tal-maternita huwa incentiv biex ommijiet li jkunu ghadhom qeghdin irabbu jmorru lura fid-dinja tax-xoghol wara li jkollhom tarbija. Estensjoni tal-leave tal-maternita huwa ta’ beneficcju wkoll ghas-sahha tat-tarbija u ghar-rabta bejn l-omm u t-tarbija.

Prof Scicluna qal li nuqqas kbir min-naha tal-Gvern huwa li m’ghandux statistika ta’ kemm kull sena jkun hemm nisa li johorgu bil-leave tal-maternita, kemm idumu fuq dan il-leave u x’salarju jilhqu jinghataw.

Fil-prezent, qal Prof Scicluna, il-piz tal-leave tal-maternita jgorru kollu min ihaddem. Dan huwa hazin u diskriminatorju kemm fil-konfront tal-employer li jhaddem nisa t’eta li jista’ jkollhom tarbija, kif ukoll fil-konfront tan-nisa li meta jfittxu mpjieg jista’ jkollhom kontrihom il-possibilta li johorgu tqal.

Prof Scicluna huwa tal-fehma li l-hlas ghal-leave tal-maternita ghandu jithallas minn fond specifiku li ghalih jikkontribwixxi kulhadd, il-Gvern, min ihaddem u l-haddiem.

L-ekonomija Maltija ghandha bzonn aktar haddiema nisa fid-dinja tax-xoghol u estensjoni tal-leave tal-maternita ghal 20 gimgha tista’ tfisser zjieda massima ta’ disa’ punti percentwali fuq il-popolazzjoni li tahdem. Iz-zjieda fil-leave tal-maternita tfisser €5 miljuni fis-sena, 64 centezmu tal-ewro fil-gimgha, illi kieku kellha tinqasam bejn it-tliet partijiet, il-Gvern, min ihaddem u l-haddiem, tfisser 21 centezmu tal-ewro fil-gimgha.

Prof Scicluna kkritika l-fatt li biex Malta ticcaqlaq trid bilfors taghmel dan fuq instigazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Il-forum kien indirizzat ukoll minn Dr Simon Busuttil, MEP; is-Sur Joe Tanti, CEO, Malta Business Bureau; Ms Doreen Micallef, Vici-President Kunsill Nazzjonali tan-Nisa; Ms Marlene Mizzi, entrepreneur u Ms Marianne Theuma, Childbirth educator and doula.

Mexxa l-forum is-Sur Mark Micallef, News Editor, The Times of Malta.

Ftit tal-gimghat ilu l-Parlament Ewropew ivvota fuq ir-Rapport Estrela, li fost affarijiet ohra kien jitlob li l-leave tal-maternita jkun estiz minn 14 ghal 20 gimgha.

L-Ewroparlamentari Laburisti Louis Grech, Edward Scicluna u John Attard Montalto vvutaw favur il-klawsola ghall-estensjoni ghal 20 gimgha. L-Ewroparlamentari Nazzjonalisti Simon Busuttil u David Casa vvutaw kontra ghax huma favur li l-estensjoni tkun ghal 18-il gimgha. Fuq din il-klawsola l-maggoranza tal-Parlamentari Ewropej kienet favur. Meta mbaghad ittiehed il-vot fuq il-pakkett shih tar-Rapport Estrela, iz-zewg Ewroparlamentari Nazzjonalisti ivvutaw favur.


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *