Konċessjoni ta’ darba għall-pensjonanti mill-Awstralja


Kif diġà ħabbar il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, il-Kummissarju tat-Taxxi ser ikun qed jeżenta lill-pensjonanti li għandhom pensjoni tal-Awstralja milli jħallsu taxxa addizzjonali u interessi dovuti u jħallsu biss €20 ta’ darba bħala multa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Għaldaqstant, dawk il-pensjonanti li diġà ħalsu l-multa se jirċievu ċekk ta’ rifużjoni (refund) bil-posta jew dirett fil-kont bankarju tagħhom.

Dawk il-pensjonanti li diġà bagħtu l-formola ser ikollhom il-kont aġġustat u se jingħataw sa sena ċans biex iħallsu t-taxxa dovuta billi jagħmlu ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi.

Dawk il-pensjonanti li għadhom ma mlewx il-formola tat-taxxa ser ikunu qed jirċievu kopji bil-posta. Huma ser ikunu qed jingħataw xahrejn żmien biex jimlew il-formola tat-taxxa għal kull sena li ma ddikkjarawx id-dħul.

Kull min jkollu xi diffikultà jew irid aktar għajnuna għandu jċempel lill-Uffiċċju tal-Customer Care fuq in-numru 153 jew billi jirrikorri personalment fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, Block 4, il-Furjana.

 

Wednesday 11th July 2018

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *