Il-Gvern jissokta bl-impenn tal-Konsultazzjoni dwar il-Baġit 2015 mal-Imsieħba Soċjali fi ħdan l-MCESD


Tlaqqa’ mill-ġdid il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali fejn tkompliet id-diskussjoni tal-Ministru tal-Finanzi Prof. Edward Scicluna mal-imsieħba soċjali bi tħejjija għall-baġit 2015.

 

Din kienet it-tielet laqgħa li l-gvern organizza mal-MCESD dwar il-baġit u t-tminn laqgħa meta wieħed jinkludi s-sessjonijiet ta’ konsultazzjoni li saru mal-pubbliku fil-ġimgħat li għaddew.

 

PR142274a

 

Fil-laqgħa tal-lum, il-membri ppreżentaw il-ħsibjiet tagħhom filwaqt li apprezzaw li l-proċess ta’ konsultazzjoni beda ferm qabel il-kitba finali tal-baġit biex b’ hekk iż-żewġ naħat għandhom ħin biżżejjed biex jixtarru l-proposti ta’ xulxin.

 

Għal-laqgħa li tmexxiet miċ-Chairman tal-MCESD s-Sur John Benċini kienu preżenti l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijijet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Dott. Helena Dalli u l-Ministru tal-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna.

 

– Monday, 6th October, 2014

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *