Għotja ta’ tagħmir mill-gvern Ċiniż liċ-Ċentru għall-Kreattività tal-Kavallier ta’ San Ġakbu


Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, u l-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta, is-Sur Cai Jinbiao, it-Tnejn 14 ta’ Diċembru 2015 iffirmaw iċ-ċertifikat tal-konsenja uffiċjali mill-gvern Ċiniż ta’ tagħmir liċ-Ċentru għall-Kreattività tal-Kavallier ta’ San Ġakbu.

 

pr152851cfeatured

L-għotja tinkludi tagħmir għall-palk u skrins tat-TV LCD, għall-valur ta’ 2.2 miljun Yuan Renminbi (bejn wieħed u ieħor €310,000). It-tagħmir se jkompli jsaħħaħ l-attivitajiet kulturali ppreżentati mill-Kavallier ta’ San Ġakbu u jiżgura li jinżammu l-istandards professjonali tal-produzzjonijiet.

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Il-Ministru Scicluna ddeskriva l-għotja bħala sinjal ieħor tar-relazzjoni eċċellenti li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi u popli. Huwa qal li din il-ħbiberija hija riflessa f’kollaborazzjoni f’oqsma bħall-enerġija, l-isport, u l-kultura. Meta rrefera għas-sehem attiv ta’ Malta fil-Bank Asjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura, il-Prof. Scicluna qal li l-Parlament Malti mistenni jirratifika l-Ftehim li jistabbilixxi l-irwol ta’ Malta bħala membru fundatur tal-Bank.

Anki l-Ambaxxatur Jinbiao tkellem dwar l-għotja tat-tagħmir kulturali bħala xhieda tal-ħbiberija antika u r-relazzjonijiet dinamiċi bejn iż-żewġ pajjiżi u popli, u esprima t-tama tiegħu li din iċ-ċerimonja tal-konsenja tipi segwita minn aktar kooperazzjoni u djalogu permezz ta’ skambji kulturali u bejn il-Maltin u ċ-Ċiniżi.

 

 

Il-Ministru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, qal li, jekk wieħed jieħu d-diversi ministeri flimkien, fl-2016 is-setturi kulturali u kreattivi se jaraw investiment pubbliku ta’ €52.2 miljun, jiġifieri żieda ta’ 39% fuq is-sena kurrenti. Qal ukoll li l-apparat mogħti lill-pajjiżna diġà beda jintuża mhux biss mill-Kavallier ta’ San Ġakbu iżda wkoll minn Pjazza Teatru Rjal u mit-Teatru Manoel.

Preżenti wkoll għaċ-ċerimonja kien hemm, fost l-oħrajn, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, is-Sur Alfred Camilleri; il-Konsulent Politiku tal-ambaxxata Ċiniża, is-Sur Lan Chongxin, u l-Konsulent Kummerċjali, is-Sra Qiu Guangling; il-Kap Eżekuttiv tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, is-Sur Rupert Cefai; u n-Nutar Prinċipali tal-Gvern, Dr Keith German.

 

 

[nggallery id=293]

Chinese equipment donation to St James Cavalier Centre for Creativity

Minister for Finance Edward Scicluna, and Chinese Ambassador to Malta Mr Cai Jinbiao on Monday 14 December 2015 signed the certificate of the official handing over by the Chinese government of equipment to St James Cavalier Centre for Creativity.

The donation includes stage equipment and LCD TV screens, amounting to 2.2 million Yuan Renminbi (approximately €310,000). The equipment will further enhance the cultural activities produced by St James Cavalier and ensure that professional standards of production are maintained.

 

PRESS RELEASE ISSUED BY THE MINISTRY FOR FINANCE

Minister Scicluna described this donation as yet another sign of the excellent relationship between Malta and China. He said that this friendship between the two peoples is reflected in collaboration in sectors such as energy, sports, and culture. Referring to Malta’s active participation in the Asian Infrastructure Investment Bank, Prof. Scicluna noted that the Maltese Parliament is expected to ratify the Articles of Agreement that establish Malta’s role as a founder member of the Bank.

Ambassador Jinbiao also spoke about the granting of cultural equipment as proof of the long-standing friendship and dynamic relations between the two countries and peoples, and expressed his hope that the handover ceremony will be followed by more cooperation and dialogue in cultural and people-to-people exchanges between the two countries.

Minister for Justice, Culture and Local Government Owen Bonnici, said that when all ministries are taken together, the cultural and creative sectors will witness a public investment of €52.2 million in 2016, an increase of 39% over the current year. He added that the equipment handed over to Malta is already being out to use not only at the St James Cavalier but also at Pjazza Teatru Rjal and at the Manoel Theatre.

Also present for the ceremony were, amongst others, the Finance Ministry’s Permanent Secretary, Mr Alfred Camilleri; the Chinese embassy’s Political Counsellor, Mr Lan Chongxin, and Commercial Counsellor, Ms Qiu Guangling; St James Cavalier Chief Executive Office, Mr Ruper Cefai; and Chief Notary to Government, Dr Keith German.

 

tvmnews_logo

– Monday, 14th December, 2015

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *