F’Sentejn Gvern Ġdid naqqas id-Defiċit bi kważi €230 Miljun


Figuri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jindikaw li għat-tieni sena konsekuttiva l-Gvern irnexxielu jnaqqas id-defiċit fuq il-Fond Konsolidat.

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

 

Filwaqt li fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti d-defiċit kien laħaq il-figura rekord ta’ €362 miljun, fl-ewwel sena ta’ Gvern ġdid dan kien tnaqqas għal €263 miljun. Is-sena li għaddiet id-defiċit tal-Fond Konsolidat reġa’ tnaqqas u niżel għal €136 miljun biss. Dan ifisser li f’sentejn, Gvern ġdid naqqas id-defiċit bi kważi €230 miljun jew b’żewġ terzi ta’ dak li ħalliet warajha l-amministrazzjoni preċedenti.

Dan it-tnaqqis qawwi seħħ minkejja li l-Gvern nefaq €435 miljun fuq proġetti kapitali u investiment fl-infrastruttura ta’ pajjiżna. Dan huwa 20% aktar milli nefqet fl-aħħar sena tagħha l-amministrazzjoni preċedenti. Li jfisser li għal kull €100 li nefaq fuq proġetti l-Gvern ta’ qabel fis-sena ta’ elezzjoni ġenerali, dan il-Gvern nefaq €120.

 

http://www.edwardscicluna.com/wp-content/uploads/2013/10/eurocalculatorglasses.jpg

 

Il-Gvern preżenti, is-sena li għaddiet, nefaq kważi €195 miljun fuq l-edukazzjoni, jew kważi 25% aktar milli kienet nefqet l-amministrazzjoni preċedenti fl-aħħar sena tagħha.

It-tnaqqis fid-defiċit seħħ għax il-Gvern ħoloq dinamiżmu ġdid fl-ekonomija, u għen biex l-ottimiżmu f’pajjiżna laħaq livelli rekord. Grazzi għall-proġetti li wettaq dan il-Gvern f’anqas minn sentejn, f’pajjiżna kellna żieda fl-impjiegi akbar milli kellna f’ħames snin sħaħ, filwaqt li l-qgħad waqa’ għall-anqas livelli fl-istorja. Dan wassal biex id-dħul tal-Gvern kiber biżżejjed biex għamel tajjeb għaż-żieda qawwija fl-investiment pubbliku.

 

 

Filwaqt li jilqa’ din l-istatistika li tikkonferma li qed jintlaħqu l-miri fiskali, il-Gvern isostni r-rieda tiegħu li jkompli b’politika li tenfasizza d-dinamiżmu tal-industrija privata, filwaqt li tkabbar l-ottimiżmu tal-familji tagħna. Huwa għalhekk li għada ser tidħol miżura oħra kruċjali, li għall-amministrazzjoni ta’ qabel kienet meqjusa bħala impossibli, jiġifieri t-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-industrija. L-impatt ekonomiku ta’ din il-miżura ser ikompli jwassal għal aktar tnaqqis fid-defiċit u għal tnaqqis fid-dejn nazzjonali.

 

 

timesofmalta_logo  tvmnews_logo  iNews_Logo  maltatoday2_logo

– Monday, 30th March, 2015

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *