FinanceMalta 5th Annual Conference 2012


Fil-konferenza annwali organizzata mill-FinanceMalta nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju,  tkellem il-MPE Laburista l-Professur Edward Scicluna li spjega għaliex, tul dawn l-aħħar tliet snin, il-Parlament Ewropew għadda numru konsiderevoli ta’ liġijiet u regolamenti ġodda biex jirregolaw l-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-Membri Parlamentari,  b’dan kienu qed jirriflettu r-rabja kbira tan-nies li mhux biss tilfu flushom u l-penzjonijiet imma agħar minn hekk intalbu jħallsu, mit-taxxi tagħhom, miljuni kbar li marru għal bail outs tal-banek falluti.

Din il-kriżi nħolqot minħabba r-riskji żejda li ttieħdu biex jitkabbru l-profitti u s-salarji esaġerati tal-uffiċjali għolja fil-banek globali.Minħabba dawn il-bail outs, id-djun tal-gvernijiet żdiedu b’madwar 25 fil-mija tal-PGD u swew lid-dinja 2.5 triljun ewro.

B’xorti ħażina, ir-rispons tal-gvernijiet kienet iktar li jużaw it-taxxi u jippumpjaw il-flus milli jsewwu l-ħsara li għad għandhom ħafna banek b’assi tossiċi, u djun li ma jistgħux jinġabru.

Huwa tajjeb li l-Parlament Ewropew u l-gvernijiet jgħaddu liġijiet u regolamenti ġodda biex jipprevenu kriżijiet oħra, iżda huwa aktar importanti li jiffokaw fuq it-tiswija tal-ħsara li saret fis-sistema bankarja biex l-ekonomiji tad-dinja jieħdu nifs u jibdew it-triq tat-tkabbir ekonomiku u t-tkattir tax-xogħol.

 —

During the annual conference organised by FinanceMalta on Friday 18 May, Labour MEP Prof Edward Scicluna explained why, over the last three years, the European Parliament passed a considerable number of new laws and regulations meant to regulate financial institutions. In doing this, the MEPs were reflecting the strong anger of the people who not only lost their savings and pensions but, even worse, had to pay many millions, out of their taxes, to bail out bankrupt banks.

This crises was caused by the unnecessary risks taken in order to increase profits and the exaggerated salaries of high officials in global banks.  Due to these bail outs, governments debts increased by about 25% of GDP and cost the world 2.5 trillion euro.

Unfortunately, the response by Governments tended rather towards using taxes to pump in more cash rather than repair the damage still being caused to banks by toxic assets and bad debts.

The European Parliament and Governments do well to pass new laws and regulations meant to prevent another crisis, but it is more important to focus on repairing the damage caused to the banking system so that the world’s economies can recover and start on the road to economic growth and the creation of jobs.

 

 

– video –

Fil-konferenza annwali organizzata mill FinanceMalta nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju,  tkellem l-MPE laburista il-Professur Edward Scicluna li ta spjegazzjoni għalxiex tul dan l-aħħar tlett snin il-Parlament Ewropew għadda numru konsiderevoli ta’ ligijiet u regolamenti ġodda biex jirregolaw l-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-parlamentarji b’dan kienu qed jesprimu r-rabja kbir tan-nies li mhux biss tilfu flushom u l-penzjonijiet tagħhom imma għar minn hekk intalbu jħallsu mit-taxxi tagħhom miljuni kbar li marru għal bail outs tal-banek falluti.

Din il-kriżi inġiebet permezz ta’ riskji żejda li ttieħdu biex jikbru l-profitti u s-salarji esaġerati tal-uffiċjali għolja fil-banek globali.Minħabba dawn il-bail outs id-djun tal-gvernijiet żdiedu b’madwar 25 fil-mija tal-PGD u sewa lid-dinja 2.5 triljun ewro.

Sfortunatament ir-rispons tal-gvernijiet kienet iktar li jużaw it-taxxi u jippumpjaw il-flus milli isewwu l-ħsara li għad għandhom ħafna banek b’assi tossiċi, u djun li ma jistgħux jinġabru.

Huwa tajjeb li l-parlament ewropew u l-gvernijiet jgħaddu liġijiet u regolamenti ġodda biex jippreveni kriżijiet oħra, iżda huwa aktar importanti li jiffoka biex isewwu l-ħsara li saret fis-sistema bankarja biex l-ekonomiji tad-dinja jieħdu nifs u jibdew it-triq tat-tkabbir ekonomiku u t-tkattir tax-xogħol.

– onenews : 18 ta’ Mejju 2012

– gallery –

[nggallery id = 81]

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *