Miżuri biex tinġabar b’mod “ġust” it-taxxa tal-VAT [watch]


Il-Gvern ħabbar miżuri biex jgħin lil dawk iċ-ċittadini li setgħu nqabdu fil-morsa tas-sistema tal-VAT u biex jagħmel sforz sabiex jiġbor b’mod ġust dak dovut lilu. Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar sensiela ta’ miżuri li se jittieħdu fid-Dipartiment tal-VAT ħalli tiġi emendata l-liġi. Fost dawn semma tnaqqis fir-rati tal-imgħax minn 9% għal bejn 6 u 6.5%, ‘capping’ fuq il-multi għal dawk li jirreġistraw tard għall-VAT u bdil fis-sistema ta’ kif jitħallsu l-pagamenti. Barra minn hekk, ħabbar li se tingħalaq l-iskema tal-2012 biex jinqatgħu l-flus tal-imgħax u tal-multi b’lura.

 

VAT 05062013original

 

Waqt żjara fid-dipartiment tal-VAT Scicluna tkellem dwar miżuri fid-Dipartiment tal-VAT biex jimmotivaw aktar liċ-ċittadini li jħallsu din it-taxxa permezz ta’ sistema li tkun aktar ġusta. Spjega kif il-VAT hi sors ta’ dħul ta’ €580 miljun fis-sena u qal li hemm bżonn li din is-sistema tibqa’ tissaħħaħ hekk kif b’dawn il-flus jitħallsu l-pagi ta’ dawk kollha li jaħdmu fis-settur pubbliku.

Minkejja dan, qal li filwaqt li l-Gvern irid ikollu idejh tal-ħadid ma’ min jevadi t-taxxa, min-naħa l-oħra jrid jara li ċ-ċittadin komuni ma jinqabadx f’sistema inġusta magħhom. Għalhekk sostna li se jsiru dawn il-miżuri, fosthom li titnaqqas ir-rata tal-imgħax minn 9% fis-sena għal bejn 6 u 6.5% fis-sena. Spjega kif l-imgħaxijiet huma biss deterrent u għalhekk din ir-rata m’għandhiex tibqa’ daqstant għolja li tikkomplika l-ħajja tan-nies.

Tkellem ukoll dwar il-multi, fejn qal li dawn se jiġu evalwati u se ssir sistema ta’ ‘capping’ għal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ reġistrazzjoni tard għall-VAT. Sostna li b’dan il-mod is-sistema se tkun qiegħda tinċentiva liċ-ċittadini biex jidħlu fis-sistema.

 

– News –

– Links –

maltatoday_logo  timesofmalta_logo  iNews_Logo  tvmnews_logo  maltaindependent_logo

 

– Wednesday, 5th June, 2013

 

 

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *