6,000 persuna se jitħallsu għall-inġustizzji li sofrew


Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna flimkien mal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, ħabbru li minn għada se jibdew jintbagħtu ċ-ċekkijiet, lil persuni li kienu eleġibbli jibbenefikaw taħt skema li nieda l-Gvern aktar kmieni din is-sena, maħsuba sabiex il-Gvern juri l-obbligu morali għall-inġustizzji li ilhom jtulu s-snin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

U

MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna semma kif fil-budget ta’ din sena ġew allokati tmien miljun ewro, li issa ġiet reveduta għal ħdax-il miljun ewro.

“B’ din il-mizura qegħdin nolqtu sitt elef familja li tul is-snin dejjem ħassew li saret inġustizzja magħhom, saħansitra marru l-qrati u kien hemm min rebaħ din l-inġustizzja, għalkemm wara sab ili kienet preskritta. Għalhekk il-Gvern seta’ ħasel idejh bħalma sar fil-passat għax mhux marbut legalment li jagħmel dan, iżda xorta wahda dan il-gvern ħaseb fihom ghax moralment hekk jixraq” qal il-Ministru Scicluna.

Il- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon tenna li dawk li ser jibbenefikaw minn din l-iskema huma:

1. Persuni li kienu fil-korpi tax-xogħol u oħrajn li qabel ma’ daħlu uffiċjalment fis-servizz pubbliku wara s-16 ta’ Jannar 1979 għamlu xi żmien jaħdmu f’dipartimenti tal-Gvern qabel l-1979.

2. Ħaddiema tax-xatt li kienu liċenżjati bejn l-4 ta’ April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2007 u li ma kinux hekk liċenzjati wara dan il-perjodu.

Uffiċjali tal-pulizija għal “sahra” maħdum bejn l-1 ta’ Settembru 1993 u l-31 ta’ Diċembru, 2009

Il-Ministru Falzon qal illi wara li saru l-verifiki dwar l-applikazzjonijiet, kważi 2,600 persuna jew l-eredi taghhom li kienu eks-membri tal-korpi u oħrajn ser jircievu l-ħlas dovut lilhom għal din is-sena. Magħhom hemm 634 persuna jew l-eredi tagħhom li kienu eks-ħaddiema tax-xatt, 2439 uffiċjali tal-pulizija fejn madwar 1,300 għadhom iservu fil-korp, filwaqt li 1,163 huma rtirati jew mejta. Dr Falzon qal ukoll illi in-numru tal-eks-ħaddiema tal-Malta Electricity Board li se jibbenefikaw huwa ta’ madwar 270 persuna, inkluż persuni mejtin li f’dan il-każ jitħallsu l-eredi tagħhom.

“Bl-eċċezzjoni tal-eks-ħaddiema tal-Malta Electricity Board, kull meta l-Gvern jidhirlu li għandu joħroġ skema għat-tliet kategoriji l-oħra, cioè (i) l-eks-membri tal-korpi u oħrajn, għall-eks ħaddiema tax-xatt u għall-pulizija, tkun trid issir applikazzjoni ġdida taħt tali skemi. Iżda għal dawk li se jkunu qed jibbenefikaw taħt l-iskemi ta’ din is-sena, il-proċess biex jerġgħu japplikaw ikun eħfef għax l-informazzjoni issa qegħda għandna. Kull applikant li l-applikazzjoni tiegħu ma tigix milqugħa ser jiġi infurmat ukoll iżda ser ikollu l-possibilità li jitlob reviżjoni tad-deċiżjoni billi fi żmien 21 ġurnata minn meta jirċievi l-ittra tar-rifjut jikteb lill-Bord ghar-Reviżjoni tal-Għotjiet li twaqqaf għal dan il-għan. Id-decizjoni ta’ dan il-bord tkun waħda finali” qal il-Ministru Falzon.

“Issa din il-miżura se tkun qed tiżdied ma’ bosta miżuri oħra li dan il-Gvern implimenta, u li jekk tgħaqqadhom flimkien tista’ tgħid li gawdiet kull familja fil-pajjiż,” temm jgħid il-Ministru Scicluna.

         

It-Tnejn 2 ta’ Ottubru 2017

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *