Malta bi produttività għolja meta kkomparat ma’ pajjiżi barranin


“F’Malta għandna produttività għolja meta kkomparat ma’ pajjiżi barranin,” hekk sostna l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt żjara li għamel lill-kumpanija lokali Centrecom ġewwa l-Mosta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Din il-kumpanija li bdiet toffri dan is-servizz lura fl-2006 u kienet tħaddem 20 impjegat, illum il-ġurnata tħaddem total ta’ 450 ħaddiem bil-maġġorparti tagħhom huma żgħażagħ Maltin. Waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru Scicluna semma kif din il-kumpanija Maltija toffri servizzi lill-pubbliku fosthom bħala call centre għad-Dipartiment tat-Taxxa li llum jifforma parti mill-freephone 153, għajnuna f’dak li għandu x’jaqsam ma’ mistoqsijiet dwar miżuri tal-baġit u VAT fost l-oħrajn.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Edward Scicluna fisser kif kumpanija ta’ din ix-xorta li fost is-servizzi li toffri qed tirrapreżenta lill-gvern, qed tiffaċilita ħajjet il-familji, u l-pensjonanti għall-fatt li l-ħaddiema għandhom id-data neċessarja u lill-klijenti jistgħu jaqduhom b’mod ġust minn kull aspett. “Persważ li bħal mal-produttività f’Malta hija waħda għolja meta kkomparata ma’ pajjiżi barranin oħra; din il-kumpanija qed toffri servizz tajjeb li taqdi l-bżonnijiet taċ-ċittadin.”

Il-kumpanija Centrecom hija Maltija, b’50 fil-mija tal-ishma tagħha huma tal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta, din il-kumpanija tesporta wkoll is-servizzi tagħha billi tagħmel xogħol għall-kumpaniji barranin fosthom linji tal-ajru.

Thursday 19th September 2019

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *