Aktar tnaqqis ta’ taxxi għal kull min jaħdem


“Bħala gvern, se nibqgħu nniedu aktar inizjattivi u miżuri bl-għan li jkollna soċjetà aktar inklussiva u se nagħmlu dan billi nkomplu nnaqqsu t-taxxi fuq ix-xogħol”, qal il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt konferenza stampa fil-Ministeru għall-Finanzi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Il-Ministru spjega kif kull min jaħdem, sew jekk full-time jew part-time, se jirċievi ċekk għal din is-sena fejn l-ammont li se jitħallas ikun ivarja minn €40 għal massimu ta’ €68, skont id-dħul gross mix-xogħol tal-individwu li jkun daħħal fis-sena ta’ qabel, skont kif tħabbar fid-diskors tal-baġit ta’ din is-sena.

Minn din il-miżura se jibbenefikaw ‘il fuq minn 200,000 persuna u ċ-ċekkijiet se jibdew jintbagħtu minn għada lil dawk kollha li kienu rreġistrati li jaħdmu matul is-sena 2017.

Mill-Ġimgħa 7 ta’ Settembru, wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 153 biex ikun assistit kif xieraq.

          

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *