Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna nieda numru ta’ inċentivi fiskali mmirati għal min iħaddem u l-impjegati tagħhom sabiex jidħlu fi skemi ta’ pensjonijiet privati volontarji. L-inċentivi huma fost il-miżuri mħabbrin fil-Budget għal din is-sena.

Il-Ministru Scicluna enfasizza li meta min iħaddem joffri skemi bħal dawn għall-impjegati tiegħu jkun qed jattira u jżomm miegħu l-aħjar talent. Ikun ukoll f’pożizzjoni li joffri kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar lill-ħaddiema tiegħu filwaqt li jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu bħala employer ideali.
Il-ħolqien ta’ skemi bħal dawn ikunu minnhom infushom qegħdin jirriflettu impenn minn min iħaddem sabiex jagħmel investiment fit-tul fil-ħaddiema tiegħu. Min-naħa tagħhom, il-ħaddiema wkoll se jkunu qegħdin jingħataw inċentiv fiskali.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
L-investiment totali li tagħmel kumpanija f’isem l-impjegati tagħha se jkun ikkunsidrat bħala kreditu ta’ massimu ta’ taxxa ta’ €150 fuq kull impjegat fis-sena.
Fir-rigward tal-impjegat, l-investiment li jsir f’ismu mhux se jkun ikkunsidrat bħala fringe benefit u allura ma jħallasx taxxa fuqu. L-impjegat se jingħata wkoll l-opportunità li jinvesti fl-iskema u jekk jagħmel hekk jingħata tnaqqis mit-taxxa sa massimu ta’ €150 fis-sena.
Il-Ministru Scicluna temm jgħid li l-inċentivi fiskali għal skemi ta’ pensjonijiet privati volontarji huma salvagward ieħor flimkien ma’ miżuri oħrajn bħal żidiet fil-pensjonijiet u fil-ħruġ ta’ bonds speċifiċi għal min għandu 62 sena u aktar, maħruġin aktar kmieni din il-ġimgħa. Dawn se jkomplu jgħinu biex il-pensjonant ikollu ħajja aktar komda tul l-irtirar tiegħu.
-7th September, 2017
2 responses to “”
Can you be more specific about the content of your article? After reading it, I still have some doubts. Hope you can help me.
I don’t think the title of your article matches the content lol. Just kidding, mainly because I had some doubts after reading the article.