Maltese Articles

English Articles

Press Releases

Latest Articles, Maltese Articles


Żewġ Inizjattivi għall-Aktar Effiċjenza fil-Qasam tat-Taxxa

Aktar kmieni din il-ġimgħa ħabbarna t-twettiq ta’ żewg wegħdi elettorali li huma ntiżi li jtejjbu l-effiċjenza tat-taxxa u b’hekk jagħmlu l-ħajja ftit aħjar meta persuna jew kumpanija jkollha x’taqsam mat-taxxa.

L-ewwel   miżura hija mmirata għall-kumpaniji. Din hi il-proċedura ta’ ‘off-setting’ bejn kumpaniji privati u l-Gvern. Meta nitkellmu dwar ‘off-setting’ jiġifieri li kumpanija tpaċi dak li jkollha tagħti lill-Gvern, ma’ dak li jkollha tieħu mingħand il-Gvern. Hawnhekk qed nitkellmu dwar likwidita’. Fl-ekonomija aħna l-ekonomisti nsibu likwidita’ bħala ż-żejt li jmexxi l-magna. Mingħajr likwidita’ jigifieri flus jew kreditu li tista’ tużaħ għax hu f’idejk, Il-magna tieqaf.

Il-liwkidita’ hi tajba sew għan-negozju u sew għall-Gvern. Sabiex inpoġġu l-enfasi fuq il-likwidita’, din il-miżura ħabbarniha f’konferenza tal-aħbarijiet ġewwa t-Teżor ta’ Malta. Dan sabiex nuru li anke għall-Gvern il-likwidita’ hija essenzjali Il-kapaċita’ tat-Teżor hi fost oħrajn li jara lill-gvern ikollhu biżżejjed likwidita’, jiġifieri biżżejjed flus biex iħallas is-salarji fost oħrajn. Min-naħa l-oħra kumpanija mingħajr likwidita’ hi bħal bugħaddas li jispiċċalu l-ossiġnu, u jmut. Il-likwidita’ hija ferm essenzjali u dan il-Gvern jifmhu anke għal kumpaniji. Jifhem il-problemi tagħhom.

 

Permezz ta’ din il-miżura solvejna żewġ problemi komplessi. Min-naħa għandna t-taxxa, li jekk taqa’ lura fit-taxxa tibda tidħol f’kumplikazzjonijiet ta’ imgħaxijiet eċċ. Għalhekk ċertu kumpaniji jaqgħu lura għas-skapitu tagħhom. Min-naħa l-oħra għandek il-likwidita’ tal-Gvern. U jiġu affettwati l-‘public procurement’, sew għat-toroq, sew għas-saħħa, sew għall-edukazzjoni u anke poltika soċjali. Dan għax dawk li jidħlu għal biċċa xogħol permezz tal-‘public procurement’ jistennew li jitħallsu fil-ħin.

 

Nagħmluha ċara, il-gvern ma għandu l-ebda interess li ma jħallasx fil-ħin. Għax bħal ma nafu hemm id-differenza bejn il-‘cash basic accounts’ u l-‘accrual basic accounts’. F’ ‘accrual basis’ jekk ma jħallasx xorta sa jidħlu fl-spiża tal-Gvern. Jiġifieri min jaħseb li l-Gvern ma jħallasx biex forsi jitfagħhom fuq is-sena ta’ wara, għandu żball għax ma jsirx hekk.  Jekk il-pilloli xtrahom u tagħhom lill-pazjent u ġew ikkunsmati din is-sena, jekk ma jħallasx il-Gvern u jħallas is-sena d-dieħla xorta jidħlu fil-kotba tal-gvern li ntefqu din is-sena.

 

Allura r-raġuni li ma jitħallasx hi għal raġuni ta’ ‘monitoring’ li dak li jkun intalab forsi ma jkunx sar kollu kif kien miftiehem.  Ikun hemm affarijiet pendenti speċjalment dak li huma toroq, kumplikazzjonijiet, ‘standards’ u dan kollhu, u allura jinżammu l-flus milli jitħallsu kollha. Dawn jibdew jakkumulaw u allura qegħdin fi stat fejn il-kumpanija għandha tieħu miljuni mingħand il-Gvern, għal kuntratti li għadhom ma ġewx iċċarati minn ministeru jew ieħor. Min-naħa l-oħra għandek id-dipartiment tat-taxxa, li huma għandhom jagħtuh. Kienet l-ideal li aħna inpaċuhom jiġifieri li jibilanċjaw lil xulxin u b’hekk jikkanċellaw lil xulxin.

 

Pero bħal ma għidna diġa rridu nsolvu ż-żewġ problemi tax-żewg partitjiet.  Kien għalhekk li  ħloqna taqsima apposta li se tiddedika  ruħha  fuq hekk. Ix-xogħol ta’ din it-taqsima se jkun li b’mod volontarju tħaddem din il-proċedura. ‘Il quddiem se naraw kif din il-proċedura ta’ ‘off-setting’ tista’ tiġi estiża b’mod normali għal kulħadd. Naslu f’punt fejn il-gvern jaqbillu wkoll li jiddeċiedi hu li ċertu kuntratturi jagħtu dak li għandhom għaliex huma wkoll għandhom x’jagħtuh. Jiġifieri din il-proċedura bil-mod il-mod għad trid tinfirex. Madankollu rridu ngħidu li minkejja li jista’ jkun hemm xi ftit tal-problemi tal -bidu, ngħidulhom teething problems l-gvern se jibda mill-aktar fis b’din il-proċedura, u ma jistax iħalli f’idejn amministrazzjoni oħra, għax inkella se tkompli tiġġebbed.

 

Dan il-Gvern wiegħed dak li kien ġie imwiegħed qabel. Iżda  llum qed nuru li dan il-Gvern għal darb’oħra se jimplimentaha.  Din il-miżura propju daħlet fis-seħħ mill-lum 10 ta’ Mejju 2019.

 

Intant, din il-ġimgħa wkoll, flimkien mas-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, inawgurajna uffiċju ġdid ‘għas-servizzi ta’ ħlas ta’ taxxa. Dan l-uffiċċju sabiħ u modern jinsab fil-Furjana, biswit il-kwartieri ġenerali tal-Pulizija.

 

Bħal f’kull uffiċċju modern ieħor tieħu gost f’ambjent sabiħ li tara kif qed jiġi riformat u tiżdied l-effiċjenza fis-settur pubbliku. Bħas-settur privat, is-settur pubbliku għandu żewġ partijiet, dik li ngħidulha ‘back office’ u l-‘front office’. It-tnejn li huma qed jiġu rifurmati. Fil-‘back office’ huwa importanti li l-gvern ikun ‘on top of the things’, ma nistgħux u mhux aċċettabli li jkollna ‘back log’. Għalhekk tajjeb li jkun hemm id-‘data’ u l-informazzjoni kollha f’post wieħed, l-aħjar f’‘software’. Programm li permezz tiegħu tiġbor kollox f’daqqa kemm jekk ‘number crunching’ u anke affarijiet ta’ investigazzjonijiet.

Min-naħa l-oħra mbagħad hemm il-‘front office’ li issa qed jigi modernizzat u mgħoti wiċċ ġdid u attraenti. Għandna ekonomija li qed tikber, qegħdin f’sitwazzjoni bħal ta’ persuna li qed tikber u l-libsa ma tiġihiex iżjed. Kont ixxukjat meta xi żmien ilu ġie xi ħadd qalli li ġie f’uffiċju tal-Gvern, spiċċa jistenna fis-sħana mingħajr arja kkundizzjonata. Meta tmur f’bank, tistenna servizz modern, anke jekk uffiċċju ta’ insurance eċċ. Iżda mbagħad tmur it-taxxa biex tħallas il-flus u tispiċċa tingħata servizz ta’ seklu qabel. Għalhekk hu ta’ pjaċir għalija, li inawgurajna ‘front office’ ġdid li se jagħti servizz ta’ taxxa kif jixraq.

Idealment fil-futur dan l-uffiċċju jintuża mill-inqas għaliex is-servizz jiġi mgħoti kollu ‘online’. Għalhekk ma jkunx hemm iżjed bżonn il-preżenza fiżika tiegħek, u li tinqala’ mid-dar tiegħek u toqgħod issuq il-karozza biex tinqeda. Għadna ma wasalniex s’hemm, iżda ‘l hemm qed inħarsu. Il-fatt li d-dipartiment tat-taxxa issa għandu post denju u modern li jikkompeti ma’ istituzzjonijiet oħra sew privati u publiċi se jkun jista’ jagħti servizz aħjar. Kemm jista’ jkun qed nippruvaw niġbru kollox f’post wieħed. L-agħar ħaġa hi li dak li jkun imur f’post, imbagħad f’ieħor u dak tibgħatu l’ hemm u l’hawn.

Nisperaw li dan is-servizz li se jingħata jkun ta’ sodisfazzjon. Fuq kollox t-taxxa jew l-amministrazzjoni tagħha u tal-politika soċjali jolqtu nies u eventwalent jiddeterminaw il-ħajja ta’ dak li jkun. B’mod spejċali l-pensjonanti li teqridhom il-ħaġa li ma jistgħux jieħdu risposta minn dipartiment.Jeqridhom aktar il-fatt li jafu li hemm ‘refund’ u ma jieħduhx. Bniedem għandu dritt jistenna li meta jibgħat email, jirċievi risposta sodisfaċenti. Ħafna mill-‘complaints’ li jiġu għand il-‘customer care’ tal-ministeru jkunu diġa spiċċaw daru kullimkien, u għalhekk ikun ‘last resort’. Ħamsin fil-mija jkollhom raġun filwaqt li l-ħamsin fil-mija l-oħra ma jkollhomx. Jiġifieri mhux kull minn jikkomplenja jkollhu raġun. Iżda ‘customers must come first’, jiġifieri għandhom raġun jew le, għandhom jingħataw spjegażżjoni.

 

Dawn il-ħafna ‘customer cares’ fil-ministeri qegħdin hemm għax irridu namettu li oħrajn ifallu. Għalhekk imbagħad ikollhom iduru lejn il-‘customer care’ tal-ministeru. Jien ninsab konxju minn din is-sitwazzjoni, u nisperaw li għada pitgħada nħallu sitważżjoni aħjar milli sibniha.

Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju 2019


Ask Edward