POLZA TAL-ASSIGURAZZJONI GĦAS-SEĦAN IL-MOĦĦ


Il-qawl Malti jghid xemx u xita Alla jaf meta!

Permezz ta’ dan il-qawl irrid ngħid li aħna ma nafux il-futur u għalhekk ma aħniex żguri minnhu. Kwalunkwe ħaga li mhijiex żgura għalina nitfawa f’kaxxa li nsejħulha  riskji.

Ir-riskju huwa xi ħaġa li tista’ tiġri fil-futur madankollu qatt ma tista’ tkun ċert minnha.

Tneħħi lil dawk li jilgħabu l-flus u li jieħdu pjaċir jieħdu riskju bi flushom, il-bniedem normalment ma’ jħobbx jieħu riskju. Niġu għal xi eżempji li forsi jistgħu jinftemu aħjar; ħadd ma’ jieħu gost li jirċevi kont ghall-arrieda minn għand it-tabib minħabba xi mard. Ħadd ma’ jieħu gost li jiffaċja kont ta’ eluf ta’ ewro għax jaħbat bil-karozza.  Allura wieħed jagħmel minn kollox sabiex dak ir-riskju jeliminah. U hawn hekk tidħol l-industrija tal-assigurazzjoni.  L-‘insurance’ kif insejjħula ma’ hi xejn ħlief li wieħed jifrex ir-riskju fuq ħafna nies, u għalhekk kulħadd iħallas il-biċċa tiegħu, u b’hekk ikollu rasu mistrieħa li meta se  jiġri inċident jew jimrad se jkun hemm il-fondi allokati. B’ hekk għandek industrija li tifrex ir-riskji u  aktar ma’ jissieħbu nies allura din tkun iżjed vijabli.  Dan għal fatt li huwa minnu li aħna ma nafux meta dan l-individwu jew din il-persuna se jkollha inċident, izda jekk wieħed iħares lejn l-istatistika ta’ pajjiżna fejn għandna 430,000 ruħ, in-numru ta’ dawk li jkollhom inċident forsi jvarja xi daqsxejn minn sena għal sena, iżda ġeneralment ikun stabbli ħafna. B’hekk il-kumpaniji jkunu jistgħu iħallsu għal-“claims” li jsirulhom.

“Ilkoll nirrejalizzaw lill-gvern huwa kbir biżejjed, ikbar mill-ikbar insurance li hawn f’ pajjiżna allura jista’ jagħmel tajjeb għall-impjegati tiegħu u l-familji tagħhom.”

Ovvjament ħadd ma’ jagħmel xejn għal xejn, u dawn il-kumpaniji ta’ assigurazzjoni jridu jagħmlu profitt, u fejn jidher li se jkun hemm riskju kbir għall-kumpanija, lanqas din l-industrija privata ma’ tidħol għalih. Nieħdu ċertu każi ta’ mard. Hawnhekk il-kumpaniji jibdew ikunu xi daqsxejn “choosy”. Nies li sfortunatament huma morda diġa’ jibdew ma jaċċetawhomx u għalhekk imbagħad ikollu jidħol il-Gvern. Il-Gvern ma jista’ qatt jagħmel għażla bejn individwu u ieħor, jew bejn wieħed marid u ieħor b’ saħħtu. Il-Gvern idaħħal il-‘Premium’ mit-taxxa li kull individwu jħallas, imbagħad dawn il-flus jitqassmu b’ mod ugwali u ġust billi joffri s-servizz tas-saħħa lil kulħadd.

Niġu għall-Pensjonijiet. Huwa minnu li wieħed jista’ jikkalkula meta ser ikun se jirtira u allura jibda jġemma minn qabel. Madankollu wieħed ma jafx sa meta se jgħix u jekk ikun sfortunat dan jista’ jgawdihom għal sena, sentejn u jekk wieħed il-Mulej jagħtih is-saħħa dawn jibqa’ jgawdihom sa’ meta wieħed immut jiġifieri għal snin twal.

F’ dan il-każ jerġa jidħol il-Gvern li jagħti pensjoni lil kulħadd, kemm minn jgħix ftit u anke minn jgħix ħafna, u allura jiġbor il-‘bolla’ sabiex ikollhu fondi biżejjed biex ikun jista’ jħallas dik il-pensjoni.

Fi ftit kliem permezz tas-Sigurta’ Soċjali, il-Gvern jassigura li jħallas għal minn ikun qed jimrad, għandu xi diżabilita’, pensjonijiet u sitwazzjonijiet simili oħra. Xorta ma’ jidħolx f’ affarijiet privati oħra bħal assikurazzjoni tal-karozzi u ħajjiet, fejn hawnhekk imbagħad jilgħab irwol importanti l-privat.

Niġi issa għall-inċident tal-ġimgħa l-oħra li xxokja pajjiż, fejn reġa qajjem id-diskussjoni dwar l-‘insurance’ għall-Forzi tal-Ordni.

Jekk persuna fis-servizz ikollha inċident kawża tax-xogħol tiegħu jew inkella agħar minn hekk ikun hemm imwiet, wieħed irrid li jieħu kumpens mill-gvern u biex b’hekk jgħid li dak l-impjegat għandu assigurazzjoni.

Apparti l-forzi tal-ordni wieħed irrid jieħu inkonsiderazzjoni kull ħaddiem tal-Gvern. Snin ilhu kien hemm tlett impjegati tal-‘Public works’ li kienu ġew mitluba jinżlu ġo fossa u sfortuanatament bil-gassijiet stordew u mietu. F’ każijiet bħal dawn il-gvern dejjem jispiċċa jikkumpensa, iżda dan issir fi proċess twil u li tispiċċa taqla’ fwiedek biex tieħu dak li għandek tieħu.  Allura hija xi ħaġa sabiħa li l-Gvern ikollhu skema fejn l-impjegati tiegħu jekk iweġġgħu jew f’ każijiet ta’ mewt ikun hemm kumpens awtomatiku simili għal dak ta’ assigurazzjoni.

Ilkoll nirrejalizzaw lill-gvern huwa kbir biżejjed, ikbar mill-ikbar insurance li hawn f’ pajjiżna allura jista’ jagħmel tajjeb għall-impjegati tiegħu u l-familji tagħhom.

Din l-iskema qed tiġi studjata u meta tiġi approvata fil-Kabinett inkunu ukoll nistgħu nħabbru d-dettalji tagħha speċjalment issa li beda’ joqrob il-Baġit. Huwa tajjeb li kemm jista’ jkun, il-familji. Jitneħħewlhom riskji li jistgħu jiġu evitati permess tal-assigurazzjoni.

l-inċident tal-ġimgħa l-oħra li xxokkja pajjiż, fejn reġa’ qajjem id-diskussjoni dwar l-“insurance” għall-Forzi tal-Ordni.

 

Il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju 2018

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *