Minn Fejn Tlaqna u Fejn Irridu Mmorru


Għal ħafna drabi aħna nservu bħala ambaxxaturi ta’ pajjiżna f’bosta okkażjonijiet. Fosthom meta jżuruna t-turisti u jistaqsuna fuq pajjiżna, l-ekonomija tiegħu eċċ eċċ. Anke meta nsiefru barra minn xtutna u jistaqsuna fuq pajjiżna wkoll irridu nservu ta’ ambaxxxaturi. Fid-deskrizzjoni tagħna aħna nkunu qed intuhom stampa kemm jista’ jkun ġusta, mhux kwistjoni ta’ ftaħir jew tmaqdir.

Naħseb huwa tajjeb li wieħed jifli x’inhuma l-aspettativi u x’wieħed jista’ jgħid dwar pajjiżna. Issa għaddew snin biżejjed biex wieħed jaffaċja l-barranin u nagħtu stampa kemm jista’ jkun ġusta fosthom l-aspettativi ekonomiċi. Matul dawn is-sitt snin urejna li l-kambjament li għamilna ma kienx wieħed ta’ kumbinazzjoni. Konsistentament pajjiżna rnexxielhu jilħaq rati għoljin ta’ medja ta’ 7.1% sa’ Diċembru tas-sena li għaddiet.

L-aktar importanti ma humiex l-indikaturi li nitkellmu dwarhom, anke jekk barra minn xtutna dawn ifissru ħafna. Iżda l-aktar importanti hija li nterpretazzjoni u r-raġuni għaliex jirnexxielna notjenu dawn il-figuri. Importanti wkoll il-fatt li ma waqajniex f’ħofor bħal ma waqaw pajjiżi oħra. Meta kien hemm sinjali li pajjiżi oħra jistgħu jmorru għall-awsterita’, aħna kellna d-determinazzjoni li naqtgħu d-defiċit. Iżda mhux billi nxellfu l-imbuttatura għat-tkabbir ekonomiku, imma sibna l-bilanċ. Kien importanti li meta qtajna t-taxxa ma għolejniex id-defiċit. Iżda rajna kif inpattu għalija billi żdiedu ċertu dazju tas-sisa fuq prodotti li jħammġu l-ambjent.

Dawn huma l-fatt li kellna programm li nagħmlu x-xogħol attraenti, kif jgħidu bl-ingliż ‘Making work pay’. Kien hemm ħafna miżuri u inizjattivi li bdew iddawru r-rota, fost oħrajn kellna l-‘first time buyer’. Kellna kwalunkwe programm li rnexxielu jiġbed lil mara tad-dar li titħajjar taħdem ukoll. Anke jekk ħafna drabi kien hemm l-ostakoli. Fost dawn hemm ic-‘childcare’ b’xejn li aħna provdejna. Dan wassal sabiex aktar nisa ħarġu jaħdmu. Bdejna ngħinu wkoll billi t-tfal inżommuhom fi skola jew ‘breakfast club’ u anke wara nofs in-nhar, sabiex il-ġenituri li qegħdin jaħdmu jkollhom dik l-għajnuna mill-Gvern.

Qed ngħinu wkoll permezz tat-trasport b’xejn għal-istudenti kollha biex kemm jista’ jkun ma nimpenjawx lill-ġenituri joqgħodu jwasslu l-uliedhom. U dan iwassal għall-anqas konġestjoni tat-traffiku. Hemm ħafna miżuri f’baġits differenti li kienu mmirati għal dan it-tkabbir. Dan huwa l-messaġġ li rridu nwasslu u li sar b’ħafna riformi. Dan huwa kunċett li kull pajjiż dejjem jixtieq li jagħmel. Aħna għamilnihom u meta għamilnihom qas biss konna ngħidulhom riformi strutturati. Imma filfatt hekk kienu. Meta inti qed tagħmel ‘childcare’ b’xejn int qed timboda bil-mod lil dawk fuq il-benefiċċji soċjali biex jibdew jaħdmu.

Xi ħaġa li verament kienet importanti, kienet dik l-imbottatura li saret ukoll permezz tal-benefiċċju tat-‘tapering’. Hawnhekk għamilna ftehim mal-individwu li jekk issib xogħol, xorta waħda jżomm parti mill-benefiċċju tal-qagħad, 60% fl-ewwel sena, 45% fit-tieni sena u 25% fit-tielet sena. Dan minflok x’jagħmlu pajjiżi oħra tal-lemin estrem fejn jaqtaw il-benefiċċji biex jimbuttaw lin-nies lejn id-dinja tax-xogħol. Aħna resaqna n-nies lejn id-dinja tax-xogħol permezz tal-inċentivi.

Il-fatt li nvestejna fl-enerġija u waqajna l-ispiża tal-enerġija fejn kienu wkoll kontribut ieħor. B’dan il-mod bdejna ngħinu lin-nies f’kull settur, speċjalment fis-settur privat biex ninkoraġixxu ruħhom u jinvestu għax qed jaraw futur sabiħ. Dan l-investiment dejjem ġej u għadu b’saħħtu. Dan huwa s-sigriet tal-fatt li aħna dejjem nipruvaw naqbdu kull settur ġdid bħal ballun u niġru bih. Nitkellmu dwar il-‘blockchain’, jgħidulek għaliex se tmur għal blockchain, minħabba r-riskju? Kull settur fih ir-riskju tiegħu: l-manifattura ma fihiex ir-riskju?; t-turiżmu ma fihx ir-riskju? u s-servizzi finanzjarji ma fihomx ir-riskju tagħhom?. Kull settur fih ir-riskju tiegħu; int trid tkun li tgħarraf timmaniġja. Irrid ikollok awtorita’ apposta li tifhem is-settur. Dan huwa sigriet ieħor ta’ pajjiżna.

Aħna għarafna li wara l-manifattura u t-turiżmu, jekk nagħmlu awtorita’ apposta għas-servizzi finanzjarji, kif filfatt għamilna meta waqqafna l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), u anke dwar l-Igaming nkunu qed insaħħu s-settur. Issa qed nagħmlu wkoll awtorita’ ġdida li se titratta l-‘blockchain’ u konsegwentament setturi ġodda bħal l-intelliġenza artifiċjali eċċ.
Malta għandha s-saħħa tagħha f’dawk li huma regolament li s-serraħ moħħ dawk li jimmaniġġjaw il-kumpanija li jkunu qed jinxu mall-prassi u standards tinternazzjonali. Dan għaliex ahna kapaci nifhmuhom u b’hekk jingibdu lejna ghal din it-raguni. Ħafna mill-kumpaniji internazzjonali jixtiequ li jkun regolati. Aħna noffru dak il-vantaġġ li pajjiżi oħra forsi għax huma kbar jieħdu aktar snin biex jaslu sa’ dak il-punt. Hawnhekk qed nitkellem dwar il-governanza.
Il-governanza finanzjarja, speċjalment fejn jidħol il-ħasil tal-flus, huwa dak tal-‘money-laundering’. L-importanti hu li, speċjalment illum li ġraw ħafna affarijiet madwar id-dinja kollha, ir-risposta tagħna quddiem dan għandha tkun li l-ebda pajjiż, l-ebda ġudizzju finanzjarju ma jista jgħid li pajjiżna jew l-f’istituzzjonijiet tagħna jħallu għaddej il- ħasil tal-flus.

Kull pajjiż u uħud mill-istituzzjonijiet kbira, li kellhom reputazzjoni tajba, qed jaraw u filfatt ammettew li banek kbar tagħhom kienu nvoluti f’xi tip ta’ ħasil ta’ flus u għalhekk fuq din l-attivita’ weħlu multi kbar.

Il-pajjiż jiġi ġġudikat mhux jekk ma kellux każijiet ta’ ħasil ta’ flus, imma dwar x’għamel il-pajjiż.
Aħna issa tkellimna biżejjed ma’ pajjiżi bħall-Ingilterra, l-Italja, l-Ġermanja u oħrajn dwar dan is-suġġett. Tirrejaliżża li dawk li jridu jaraw diversi aġenziji nternazzjonali bħal l-IMF, il-Moneyval, ‘rating agencies’, huwa li pajjiżna huwa konxju minn dawn ir-riskji. Tistaqsi x’riformi qed jagħmel f’dawn l-oqsma? X’tibdil qed issir u anke xi evalwazzjonijiet? Jagħmel dak li ngħidulu ‘risk assesment’. F’pajjiżna għamilna żewġ ‘risk assessments’ taħt dan il-Gvern. Wieħed sar fl-2013, wara l-kriżi ta’ Ċipru, fejn mill-ewwel irejalizzajna kemm hu mportanti li pajjiżna jagħmel ‘national risk assesment’, biex eventwalment jara r-riskji kollha f’kull settur madwar l-ekonomija ta’ pajjiżna. F’dan l-eżami wieħed jara l-aġenziji għal xiex jistgħu jkunu esposti. Wieħed jara wkoll imbagħad il-pjan li joħroġ minn dan l-assesment. It-tieni ‘risk assesment’ sar imbagħad sentejn ilu, fejn minnu żvolġa Strateġija u Pjan li jtinkludi 47 miżura, li jridu jitwettqu biex inkomplu nsaħħu l-istituzzjonijiet regolatorji u ta’ superviżżjoni tagħna.

Fost dawn, kien hemm il-ko-ordimanet aktar rigoruż u formali bejn il-kapijiet tal-istituzzjonijiet fosthom il-Pulizija, il-Bank Ċentrali, MFSA, FIAU u istituzzjonijiet oħra. Aktar riċentament qed inħarsu lejn aktar istituzzjonijiet bħal prosekutur pubbliku.
F’dan id-dawl jista’ jkun hemm ukoll xi tibdil istituzzjonali li jwassal ghal aktar efficjenza u li jħares aħjar is-saltna tad-dritt. F’dan id-dawl il-Gvern diġa ħabbar ċerti miżuri, iżda għadna qed nistudjaw oħrajn permezz tal-għajnuna ta’ Gvernijiet u konsulenti barranin. Naħsbu li permezz ta’ dan it-‘tweaking’ jew tibdiliet importanti f’pajjiżna r-reati ekonomiċi nistgħu nitratawhom aħjar.

Meta nħarsu lejn l-istampa kollha hemm iżjed xogħol li sar barra l-Ministeru tiegħi, bħad-drittijiet ċivili, ugwaljanza, parteċipazzjoni tan-nisa u anke fil-kamp ċivil. Fil-kamp ekonomiku u finanzjarju qegħdin isiru sforzi kbar. U dan għax hemm ukoll pjan u fuq kollox hemm il-grinta u d-determinazzjoni lill-pajjiż irriduħ jasal.

 

Għandna nkunu b’wiċċna minn quddiem ma’ Gvernijiet, uffiċjali midja, u ma għandniex għalfejn nibżgħu u noqgħodu fid-difiża, iżda nkunu ċari. Dan bħal ma’ dejjem konna f’pajjiżna. Meta tgħasar kollox tibda tinduna kemm dan huwa pajjiż normali u pożittiv u li għandu nies ħabrieka. Pajjiż, li iva għandu biex jiftaħar, li għalkemm huwa normali huwa fost it-tajbin, l-aħjar u l-aqwa. M’għandux dawk il-problemi kbar li nisimgħu bihom f’ċertu pajjiżi. Id-differenzi politiċi tagħna qegħdin hemm iżda mhux estremi. Huwa tajjeb li wieħed ikun infurmat b’ċertu dettalji, biex meta niltaqgħu ma’ barrani nkunu nafu x’għandna nirrispondu b’kunfidenza. Għandna nagħmlu riklam li permezz tiegħu nbiegħu lill-pajjiżna biex eventwalment jsarraf f’iżjed investiment. Dan l-investiment imbagħad jissarraf f’aktar turiżmu u kummerċ li eventwalment jaffettwa lilna u l-familji tagħna.

 

Il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 2019

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *