Min jidħak l-Aħħar jidħak L-Aħjar


Iridu jkunu jafu minn fejn ser insibu l-flus għad-diżastru li ħallew bl-Arriva. Kif ser nagħmlu biex inpattu għall-biljetti tat-trasport pubbliku li kellhom jitraħħsu għall-barranin wara li l-Kummissjoni widdbet lill-Gvern ta’ qabel u qaltlu li għamel froġa. Iridu jkunu jafu kif ser inniżlu d-dejn li tellgħu matul il-25 sena. Iridu jkunu jafu kif ser insibu l-flus biex il-Gvern Laburista ġdid iwettaq il-wegħdiet tiegħu ta’ qabel l- elezzjoni.

U l-wegħdiet qed jitwettqu waħda wara l-oħra. L-income tax waqgħet, it-tariffi tad-dawl u l-ilma naqsu, l-applikazzjonijiet għaċ-ċentri ta’ child- care b’xejn deħlin, il-paga minima, il-pensjonijiet u l- istipendji żdiedu.

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed b’ħalqu miftuħ u ma jridx jemmen dak li qed jara. La emmen qabel, u lanqas irid jemmen issa.

newspapers

U għalhekk, issa li twettqet wegħda oħra, dik li d-defiċit fl-aħħar tas-sena li għaddiet jaqa’ għal 2.8%, ukoll ma jridux jemmnuha. Dan is-sin- tomu psikoloġiku bl-Ingliż jid- diskirvuh bħala sitwazzjoni ta’ denial . Minn ħrafa u ‘Alice in Wonderland’ qed jgħidu li qed nagħmlu l-maġija finanzjarja. Dak li qed jaraw hu biss illużjoni.

 

Li l-Kummissjoni u l-Eurostat qegħdin, ġimgħa b’ġimgħa, wara daharna jgħassuna minħabba l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv li daħħluna fiha huma stess, qishom insewh. Qed jallegaw li l- Kummissjoni mhux qed tagħmel xogħolha sew. U għalhekk ma tistax tieħu bis-serjetà l-kritika tal- Oppożizzjoni, li qed tgħid li filwaqt li d-defiċit waqa’, id- dejn tela’. Ara x’għandu x’jaqsam. Mela ma jafux mill- esperjenza tagħhom li kull defiċit, anke jekk ikun ta’ ewro wieħed, ukoll iżid id- dejn. Sakemm nibqgħu nagħmlu defiċits, jiġifieri self addizzjonali, dan iżid id-dejn. ż

Meta d-dejn jidied b’valur ogħla minn dak tad-defiċit ikun ifisser li l-Gvern qed jistenna xi ħlasijiet bħal mingħand l-Enemalta (€40 miljun) jew ukoll għaliex Malta għadha marbuta mal-obbligi li tkompli ssellef lil fondi ta’ solidarjetà bħalma huma l-EFSF u l-ESM (€60 miljun), self ta’ awtoritajiet, u fl-aħħar hemm aġġustament ta’ €40 miljun f’sens ta’ accounting biss. Dawn il-flus ser jiġu lura u għalhekk b’mod reali ekonomiku mhux qed inżidu mad-dejn b’mod nett.

Issa tal-aħħar qed jgħidu li d-defiċit sploda fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena. L-ewwel net il-figuri ma tistax tevalwahom b’dak il-mod superfiċjali għaliex figuri fil-fond konsolidat huma varjabbli ħafna.

Imma kieku biss indunaw li fl-ewwel tliet xhur kien hemm għotja ta’ grant mill-Unjoni Ewropea ta’ €31 miljun inqas, u li din tiġi fix-xhur li ġejjin, id-differenza taqa’ għal €27 miljun. Jafu li kull tliet xhur id-dħul tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), li fuqu jitkejjel id-defiċit, qed jiżdied b’medja ta’ €80 miljun.

Għal min jifhem, jinduna li l- proporzjon tad-defiċit vis-à-vis l-PDG ma jitkejjilx fuq baŻi ta’ cashflow , imma fuq bażi ta’ accruals . Il-cashflow tal-Gvern tvarja ħafna, u altru trid tagħmel analiżi fonda biex tipprova tasal għal dik ta’ accruals . Fil-fatt, l-Uffiċċju tal- Istatistika Nazzjonali jasal biex jippubblika dawn il-figuri fi żmien xahrejn oħra. Huwa redikolu allura li llum toħroġ tgħid b’mod trivjali li d-defiċit sploda.

Dak li verament qed jisplodi hu l-inkwiet fi ħdan il-Partit, li mhux qed iħallilhom moħħhom kalm biex jevalwaw bis-serjetà s-suċċess ekonomiku u finanzjarju ta’ dan il-Gvern. Xi ħaġa li qed tinnotaha kull aġenzija internazzjonali.

Issa nafu għaliex ġabu l-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiż f’dik il-qagħda mwiegħra!

 

kullhadd

– Sunday, 28th April, 2014

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *