X’LAQATNI L-IŻJED MATUL DIN IS-SENA


Huwa naturali li meta tasal fl-aħħar tas-sena tħares waħda lura u tara minn xiex tkun għaddejt matulha. Dan ix-xogħol jagħmluh b’mod dettaljat il-ġurnali fejn jagħtu ħarsa lejn l-aħbarijiet kollha tas-sena f’ġabra waħda. Iżda llum nixtieq nelabora aktar fuq xejra milli xi ġrajja partikolari. Jista’ jkun li għalkemm qed tiġri madwarna ftit huma li taw kasha matul din is-sena. Din hi li l-gvernijiet speċjalment Ewropej qed kulma jgħaddi ż-żmien isiru aktar u aktar populisti.

Partiti li la huma taċ-ċentru-lemini u wisq anqas taċ-ċentru xellugi. Għall- kuntrarju jmorru lejn l-estrem taż-żewg naħat. Dan qed jiġri f’pajjiżi fejn l-elettorati jidhru li xebgħu mill-gvernijiet tagħhom tal-passat, u qed itellgħu lil dawn il-partiti ġodda fil-poter, qishom jew biex ipattuha SENAjew biex jagħtu tagħlima lil min ma tax kashom. Nieħdu pereżempju l-politika tal-President Trump li taħseb biss fl-Amerka l-ewwel u tinsa jew tabbanduna anke lill-alleati tagħha. Bil-politika tiegħu Trump qed jagħmel liċ-Ċina għadu tiegħu, għadu kummerċjali sa issa, biex niftiehmu. Madankollu mhux ’il bogħod minn għadu politiku bħall-Iran.

Madankollu dan huwa l-istess President li tela’ bil-voti tal-maġġoranza u qed jattwa dak li wiegħed fejn qed jaħseb biss f’pajjiżu. Ħalliha li iżda fl-aħħar mill-aħħar pajjiżu mhu qed jigwadanja xejn minn din il-politika. Trump qed ikun il-kaġun ta’ ħafna taħwid u tgerfix intenzjonat biex b’hekk jirnexxilu jqalleb ta’ taħt fuq il-mod kif issir il-politika Amerikana.


Min-naħa l-oħra għandna l-Ingilterra li nafuha bħala xempju tad-demokrazija, politika ta’ eżattezza u stabilità ta’ imperu tal-passat b’saħħtu, iżda li llum waslet biex qed tigi umiljata għax ma tafx fejn sejra. BREXIT kienet deċiżjoni li ġiet immexxija mill-populisti.

Dawn il-movimenti u partiti populisti jidhru jippreżentaw xi ħaġa quddiemek li biha jirnexxilhom jikkonvinċuk, madankollu din tinduna li tkun tal-mument u bla pjan. Kien hemm kapijiet bħal ngħidu Farage li saħħnu l-qiegħa biex l-Ingilterra tivvota biex toħroġ mill-Unjoni Ewropea, iżda issa huma bla pjan u ma jafux fejn sejrin. Semmejna l-Amerka u l-Ingilterra u tajjeb li issa wkoll niġu għal Franza. Macron ġie elett biex jiġġieled il-popolisti ta’ Le Pen madankollu issa qed naraw protesti kbar mill-poplu li ma jridux il-politika tan-nofs. Insemmu l-Italja li eleġiet żewġ partiti li għamlu koalizzjoni bejniethom u li t-tnejn wiegħdu affarijiet li minn jirraġuna jaf li ma jistgħux jiġu implimentati. Ma nafux fl-elezzjonijiet li ġejjin l-UE hux se tkun qed tikkastigahom jew tippremjahom.

Immorru issa għall-Ġermanja fejn hemm il-movimenti Nazisti li issa bdew anke juru l-bandiera u jużaw il-vjolenza. Fl-Iżvezja li qatt ma konna nobsru li se jmorru għal-lemin estrem, iżda qed jinżlu fit-toroq u jqajmu dan il-ferment. Qed naraw ferment mad-dinja kollha li xejn ma hu sabiħ. Dan kollu beda jinqala’ wara l-kriżi internazzjonali li ħalliet pjagi u problemi kbar. Li konsegwenza tagħha n-nies bdew ipattuha lill-gvernijiet ta’ dak iż-żmien u bdew jeleġu partiti tal-lemin jew xellug estrem li ħafna minnhom huma populisti.

Matul l-2018 il-populiżmu qed isir il-moda ta’ kuljum, ta’ kull ġimgħa u ta’ kull xahar. Beda jikber sew u qed iħasseb lil ħafna osservaturi u gvernijiet li jgħożżu d-demokrazija. Dan għaliex diversi gwerer tal-passat bdew minn dan il-fenomenu, anke jekk mingħalina li għaddew ħamsin sena u d-dinja ma tridx terġa’ ddur għall-gwerer. Iżda l-isfortuna hi li ż-żerriegħa reġgħet qed tinbet u allura wieħed irid jara kif se jirrispondi għal dan il-fenomenu ġdid.
Fi studju xjentifiku li sar riċenti sab li mexxejja populisti huma kapaċi aktar minn mexxejja demokratiċi biex jibqgħu fil-poter. Iktar minn hekk huma ta’ theddida għad-demokrazija fil-pajjiż. Huwa kkalkulat li tmexxija populista hi assoċjata ma’ 7% telf ta’ libertajiet tal-istampa, 8% f’telf ta’ libertajiet ċivili, u 13% f’nuqqas ta’ drittijiet politiċi.

Hemm bżonn li l-poplu jiftaħ għajnejh u jiddeċiedi jekk iridx ikompli f’din it-triq li la ġġib paċi fil-pajjiż u lanqas fid-dinja. Min-naħa l-oħra gvernijiet demokratiċi jridu joqogħdu attenti li ma jaqgħux fil-ħofor politiċi u ekonomiċi ovvji. Inħarsu lejn Franza biex naraw kif President żagħżugħ qed jikkumbatti mal-popoliżmu grazzi għal żbalji li għamel l-gvern tiegħu.

Kuntrarju għal dak li qed jiġri f’dawn il-pajjiżi f’Malta għandna stampa ferm differenti għaliex il-gvern ma huwiex jagħmel l-iżbalji li qed jagħmlu dawn il-pajjiżi, u dan urejnieh f’baġit wara l-ieħor fejn il-ġid qed issir u jitqassam. Għaliex dan hu s-sigriet ta’ kollox. Il-fatt li l-paċi industrijali u l-fatt li l-ġustizzja soċjali li għandna f’pajjiżna hija l-mezz ta’ risposta għal min sfortunatament pajjiżhom ma għarfux jirrispondu għaliha. Għalhekk huwa importanti li dan il-gvern ikompli bir-rotta li beda u r-road map tiegħu, fl-istess waqt li jibqa’ ffukat fuq il-finanzi tiegħu u nibqgħu kredibbli fil-finanzi tagħna. Nistgħu nibqgħu kredibbli biss billi nonfqu skont il-mezzi ta’ pajjiżna mbagħad naraw li t-tkabbir ekonomiku nsostnuh billi nġibu iżjed investiment mill-erba’ rwiefen tad-dinja.

Għas-sena d-dieħla rridu naraw li nidħlu f’setturi ġodda, jekk hux marbuta mal-blockchain, l-intelliġenza artifiċjali jew l-esport. Din is-sena konna minn ta’ quddiem biex ħadna l-ballun f’idejna f’dawn is-setturi, filwaqt li ħaddieħor għadu qed jipprova jfittex kif jista’ jimraħ fihom. Permezz ta’ setturi ġodda pajjiżna jista’ jkompli javvanza u jkompli jilħaq livell ta’ ħajja aħjar. Dawn huma biss uħud mis-suċċessi li saru fl-interess ta’ kull familja Maltija u Għawdxija, li għandna x-xorti li qed ngħixuhom u qed naħsbu fi-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Dawn is-suċċessi joħorġu fid-deher meta nitkellmu mal-barranin u jgħidulek li pajjiżna teżor mogħni b’nies kapaċi li jaħdmu, iġemmgħu u jibżgħu wkoll għall-familja tagħhom. Dan se jkompli jkun l-għan tagħna għal matul is-sena d-dieħla.

Nixtieq nagħlaq billi nixtieq lilkom u lill-familji tagħkom is-Sena t-Tajba mimlija ġid u hena.

 

Il-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru 2018


4 responses to “X’LAQATNI L-IŻJED MATUL DIN IS-SENA”

  1. Obtenez votre leflunomide rapidement Où acheter de la arava en toute sécurité
    en France
    Commandez votre leflunomide en quelques clics leflunomide en pharmacie
    en ligne : Fiabilité et sécurité
    Options d’achat de arava en Belgique
    leflunomide disponible en ligne en Suisse
    Acheter du leflunomide en ligne avec livraison rapide leflunomide sur ordonnance prix
    France
    prix du leflunomide en France
    leflunomide sans tracas pour votre santé
    arava : Posologie recommandée et effets secondaires leflunomide disponible en Italie
    leflunomide en vente en Belgique
    Trouvez leflunomide en ligne sans difficultés acheter arava à Paris
    Acheter arava en ligne légalement en Belgique est-il possible
    d’obtenir du arava sans ordonnance à Genève
    Acheter leflunomide sans tracas France
    Obtenez votre leflunomide en toute sécurité leflunomide
    en ligne sans ordonnance en France
    arava disponible sans tracas leflunomide de confiance à acheter Belgique
    arava sans ordonnance, livraison rapide
    leflunomide en Belgique sans prescription Commander du
    leflunomide en toute sécurité
    arava sans complications ni obstacles
    leflunomide disponible en ligne sans ordonnance
    pharmacie du leflunomide
    Pharmacie en ligne sûre pour acheter leflunomide France
    arava sans ordonnance nécessaire leflunomide disponible sans prescription en ligne
    Achat de leflunomide sur Internet : ce que les consommateurs doivent savoir Commandez votre leflunomide
    en ligne en quelques étapes simples
    Acheter leflunomide en France sans prescription facilement
    Acheter leflunomide sans risques vente de leflunomide en France
    leflunomide de qualité disponible sur internet
    Achat facile de leflunomide en France arava : Utilisations, dosages et recommandations
    Comment acheter de la arava en toute sécurité
    arava de qualité en vente en ligne au Luxembourg
    leflunomide en vente libre : mythe ou réalité
    ?
    Avantages de l’utilisation du arava selon les experts Témoignages sur l’achat de arava en ligne

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *