Iridu jissieħbu fl-UE, imma…


Quddiem l-Unjoni Ew ropea (UE) hemm talbiet għal sħubija minn tliet pajjiżi mill-Balkani, Kroazja, Serbja u Maċedonja, u talba minn żewġ pajjiżi totalment differenti, li jinsabu fi truf differenti tal-Kontinent Ewropew, l-Iżlanda u t-Turkija. Kull talba għal sħubija tkun trattata fuq il-mertu tagħha. L-UE ma tilqax kull talba li ssirilha b’għajnejha magħluqin. It-tmexxija demo kratika tal-pajjiż u l-ħidma favur il-paċi huma kruċjali biex applikazzjoni għal sħubija fl-UE tkun aċċettata. Il-ballun jinsab f’saqajn il-pajjiżi appli kanti. Il-kundizzjonijiet għal sħubija jsiru mill-UE u mhux isiru lilha.

L-applikazzjonijiet mit-tliet pajjiżi tal-Balkani huma b’xi mod relatati ma’ xulxin, meqjus il-fatt li t-tlieta kienu jifformaw parti minn dik li kienet il-Jugożlavja ta’ Josip Broz Tito. Il-mewt ta’ Tito fissret id-diżintegrazzjoni tal-Jugożlavja. Diżintegrazzjoni li żviluppat f’għadd ta’ gwerer bejniethom. Gwerer li ħallew tebgħa kerha fuq il-Balkani. Gwerer li magħhom ġabu stej jer tal-biża’. Ħruxijiet. Ġeno ċidji u kull xorta ta’ krimini tal-gwerra. Ġrajjiet li jmorru kontra prinċipju fundamentali tal-UE, li l-gwerer li kien hemm bejn il-pajjiżi Ewropej huma ġrajjiet tal-imgħoddi li m’għandhom qatt jerġgħu jseħħu.

Fost l-aktar viċin sħubija, imma mhux qabel is-sena 2012, hemm il-Kroazja. Fis-sajf li għadda bdew id-diskussjonijiet dwar tliet kapitli meqjusin fost l-aktar diffiċli fit-Trattat ta’ Sħubija. Kapitli li jittrattaw il-kompetizzjoni; il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem; u l-politika ta’ difiża u barranija. L-aktar iebes minn fost dawn it-tlieta huwa l-kapitlu dwar il-ġustizzja.

Il-Kroazja ilha għal kważi 20 sena f’tilwima mal-Islovenja, diġà membru tal-UE, dwar parti minn fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi. Sa minn meta sfaxxat il-Jugożlavja, iż-żewġ pajjiżi daħlu f’tilwima fuq biċċa art ta’ 13-il kilometru kwadru u dwar feles baħar territorjali. Konsegwenza t’hekk l-Islovenja baqgħet timblokka li jibdew id-diskussjonijiet mal-Kroazja dwar il-kapitlu tad-difiża. F’Ġunju li għadda kien hemm żblokk għal din is-sitwazzjoni meta l-poplu Sloven, permezz ta’ referendum, ivvota favur li t-tilwima mal-Kroazja tkun solvuta permezz ta’ arbitraġġ internazzjonali.

Fil-25 ta’ Ottubru li għadda l-Kunsill tal-UE talab lill-Kummissjoni Ewropea (KE) għall-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni Serba għal sħubija fl-UE. Is-Serbja tkun tista’ tingħata status ta’ kandidat għal sħubija jekk kemm-il darba jkun hemm rakkomandazzjoni pozittiva min-naħa tal-KE.

Fost id-diffikultajiet li trid tegħleb is-Serbja hemm dik ikkawżata mill-fatt li għadhom ma ngħaddewx f’idejn it-Tribunal Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugożlavja l-Ġenerali Ratko Mladic u Goran Hadzic biex iwieġbu għal diversi akkużi ta’ krimini tal-gwerra mwettqin fil-Gwerra tal-Balkani.

Kien f’Marzu tas-sena 2004 li l-Maċedonja ssottomettiet l-applikazzjoni tagħha għal sħubija fl-UE. Il-Maċedonja għandha quddiemha żewġ ostakli, wieħed akbar mill-ieħor, x’taqbeż fi triqtha lejn sħubija. Ostakli li jinvolvu żewġ pajjiżi membri tal-UE, il-Greċja u l-Bulgarija.

Il-kwistjoni mal-Greċja, kwistjoni meqjusa bhala kruċjali, hija dwar isem il-pajjiż. It-tmexxija tal-Maċedonja ssej jaħ lill-pajjiż bħala r-Repubblika tal-Maċedonja.

Min-naħa tagħha l-UE, b’reazzjoni għat-tħassib im qajjem mill-Greċja, issejjaħ lil dan il-pajjiż bħala “dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoż lava tal-Maċedonja”, kompromess introdott mill-Ġnus Magħquda fl-1993.

Il-Greċja, li għandha l-veto fejn jirrigwarda sħubija ta’ membri ġodda, għamlitha ċara aktar minn darba li kienet lesta timblokka tali sħubija jekk ma tkunx solvuta din il-kwistjoni. Sadanittant il-Maċedonja qiegħda toħloq problema oħra għaliha nnifisha minħabba l-politika tagħha fil-konfront tal-minoranza Albaniża.

Il-kwistjoni tal-Maċedonja mal-Bulgarija tikkonċerna l-mod konflinġenti dwar kif iħar su lejn ġrajjiet ta’ bejniet hom mifruxin tul medda twila ta’ snin u li jmorru lura għas-sekli 19 u 20.

Il-każ tal-Iżlanda huwa mill-aktar interessanti. Il-poplu Iżlandiz, poplu żgħir, qatt ma kien daqstant ħerqan li jissieħeb fl-UE, partikolarment minħabba l-problemi li għandhom mal-pajjiżi ġirien tagħ hom dwar is-sajd. Ma jfissirx li dawn il-problemi ġew riżolti.

X’aktarx li dak li l-aktar imbotta lill-Iżlanda lejn l-applikazzjoni għal sħubija hija l-kriż finanzjarja tas-sena 2008 meta kkollassat is-sistema finanzjarja kawża ta’ falliment ta’ banek Iżlandiżi. Il-pajjiż ma kellux ir-riżorsi meħtieġa biex isalva lil dawn il-banek, biex jagħmel dak li jissejjaħ ‘bail out’.

L-aktar li ntlaqtu ħażin minn dawn il-fallimenti kienu depożitanti Ingliżi u Olandiżi. Daħlu fl-istorja, bħala pajjiżi, l-Ingilterra u l-Olanda li qegħdin jitolbu li ċ-ċittadini de­pożitanti tagħhom jingħataw flushom lura. Din hija sitwazz joni kruċjali fejn tidħol l-applikazzjoni tal-Iżlanda għal sħubija fl-UE.

Dan il-każ qisu sikkina taqta’ miż-żewġ naħat. Jekk l-Iżlanda ma tilqax it-talbiet Ingliżi u Olandiżi allura taf ssib lil dawn iż-żewġ pajjiżi jostakolawha bil-kbir fi triqtha lejn sħubija. Jekk min-naħa l-oħra taċċetta dak mitlub, il-pajjiż tant ikollu jissellef li jkun impossibbli għalih biex jaddotta l-Ewro.

L-Iżlanda ssottomettiet l-applikazzjoni tagħha f’Lulju tas-sena 2009 u qiegħda tittama li tissieħeb sas-sena 2012. Madankollu huwa l-poplu Iżlandiż li għandu l-aħħar kelma fuq jekk il-pajjiż jisseħibx jew le. Dan ikun irid isir permezz ta’ referendum.

Iċ-ċirasa fuq il-kejk tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea hija t-Turkija. Pajjiż li l-applikazzjoni tiegħu għal sħubija tmur lura lejn l-14 ta’ April, 1987. Perjodu ta’ stennija ta’ 23 sena huwa mera ċara bizzejjed biex wieħed jara kemm kienet, u għadha, diffiċli għat-Turkija li tissieħeb fl-UE.

Dan minkejja l-fatt li t-Turkija għandha l-appoġġ qawwi tal-Ingilterra, l-Iżvezja, l-Italja u l-Amerikani jimbuttaw minn barra. Daqstant ieħor hija qawwija l-oppo żizzjoni Franċiża, Awstrijaka, Griega u Ċiprijotta għal sħubija Torka.

Is-sitwazzjoni ekonomika u politika fit-Turkija flimkien mar-relazzjonijiet xejn tajbin ma’ pajjiżi membri bħalma huma l-Greċja u Ċipru joħolqu ambjent diffiċli biex jingħata bidu għal negozjati.

Issa ilu snin mhux ħażin li l-Kummissjoni Ewropea kienet irrakkomandat li jibdew negozjati mat-Turkija, liema negozjati suppost li kellhom jibdew fis-sena 2005. Għaddew ħames snin minn dakinhar ’il hawn bit-taħditiet imwaħħlin għal diversi raġunijiet, kemm interni kif ukoll esterni.

Il-kwistjoni ma’ Ċipru, li tmur lura għall-invażjoni Torka fl-1974 u li kawża tagħha Ċipru jinsab maqsum fi tnejn, tibqa’ l-problema ewlenija għall-bidu tan-negozjati min kejja kull sforz li jsir.

It-Turkija qiegħda tittama li sas-sena 2013 tkun kompatibbli mal-liġijiet tal-UE, bit-tama li din tkun is-sena meta tissieħeb fl-UE.

Madankollu hemm dubji kbar kemm dan jista’ jseħħ, tant li Brussels qiegħda tirrifjuta li tintrabat b’dan it-terminu. Anzi, l-oppost, fi Brussels ħafna huma tal-opinjoni li l-proċess għal sħubija Torka mal-UE jista’ jdum iġebbed sas-sena 2021!

Hemm wisq JEKK U IMMA…ijiet tul it-triq lejn tkabbir ieħor tal-UE li jrid jkun intlaħaq ftehim dwarhom. Interessanti li wieħed jara kif se jiġu solvuti, sew għall-ġid ta’ dawn il-pajjiżi kif ukoll għal aktar paċi bejn il-
pajjiżi tal-Ewropa.

www.l-orizzont.com – It-Tnejn, 8 ta’ Novembru, 2010


2 responses to “Iridu jissieħbu fl-UE, imma…”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *