Laqgħat Annwali mal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali


Wara t-Tieni Gwerra Dinija, ġew imwaqqfa żewġ istituzzjonijiet importanti għall-pajjiżi kollha tad-dinja.  Dan sar bil-għan li jkun hemm aktar paċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tranżazzjonijiet ekonomiċi kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku. L-ewwel lagħqa annwali hija tal-Fond Monetarju Internazzjonali magħruf aħjar bħala l-IMF lhiema laqgħat saru ġewwa Washington fl-Istati Uniti.  L-irwol tal-Fond Monetarju Internazzjonali huwa li jiffoka fuq il-pagamenti li jsiru bejn il-pajjiżi, jirregola r-rati tal-kambju, kif ukoll il-banek ċentrali f’mija u tmenin pajjiż madwar id-dinja. Il-Fond Monetarju Internazzjonali jara li jlaqqagħhom b’mod strutturat u tfassal programm biex iżżommhom infurmati. Huwa għalhekk li jsiru dawn it-tip ta’ laqgħat annwali f’Ottubru ta’ kull sena.

 

L-istituzzjoni l-oħra hija l-World Bank (Bank Dinji); bl-ingliż, isibuhom bħala sisters. Huwa minnu li huwa bank li wkoll jissellef il-flus pero’ huwa bank tal-iżvilupp.

Il-Bank Dinji mhuwiex bank kummerċjali, iżda bank ta’ żvilupp li xogħolu huwa li qiegħed jara li l-pajjiżi jkomplu jiżviluppaw u jinqalgħu mill-faqar li jkunu jinsabu fih. Għaddew ħafna snin u ma nistawx ngħidu illi il-faqar spiċċa, anzi partijiet kbar ta’ l-Afrika, postijiet fl-Asja, bħaċ-Ċina, l-India li ġew mhux ħażin imma għad baqalom f’dak li huwa żvilupp. F’kelma waħda żewġ terzi tad-dinja tista tgħid li baqalhom biċċa xogħol kbira illi jiżviluppaw u hawnhekk il-bank dinji qiegħed hemm biex jgħinhom, itihom il-pariri, jaraw liema proġetti għandhom bżonn. U dan mhux biss pajjiżi foqra iżda anki pajjiżi bħal Malta.

Jiena iffirmajt meta kont Washington kuntratt biex jagħtuna l-pariri dwar kif inħarsu lejn il-miżuri soċjali. Jien li rrid huwa li wara ħafna gvernijiet  Maltin daħlu dawn il-miżuri rridu issa naraw illi nipajanawom sew, illi narawhom li jagħmlu sens, jekk humiex konsistenzi ma xulxin, jekk humiex ġusti. Tgħiduli raġunijiet illi l-Baġits jitpoġġew dawn il-miżuri huma dejjem tajba. Imma wieħed irid jieqaf u jara l-istampa kollha kemm hi. U din hija biċċa xogħol li l-World Bank jinqala ħafna għaliha. Għandu nies kompetenti ħafna illi sa jiġu f’pajjiżna, jitkellmu magħna u naraw x’nistgħu nitgħallmu anki min pajjiżi oħra u pajjiżi oħra jitgħalmu minnha. Huma baqaw impresjonati mil-mod kif aħna ippjanajna l-miżuri soċjali min mindu, tlajna fil-gvern mil-elfejn u tlettax l’hawn. Faħħruna ħafna, u iżda xorta nistgħu nitgħallmu min ħaddieħor u ngħallmu lil ħaddieħor ukoll.

Dan huwa x-xogħol tal-World Bank. Xogħol kbir li jrid ilaħħaq ma proġetti kbar, impjanti ta’ l-eletriku u river dams ħitan li jiġġeneraw l-elettriku, skejjel, sptarijiet, bridges, tunnels, high ways. Dan hu xogħol illi l-bank ta’ l-iżvilup, il-World Bank isellef għalih. Hemm banek kbar ta’ żvilupp oħra għandna l-European Investment Bank kif ukoll l-African Developement Bank. B’dawn it-tnejn, nindunaw li hawn ħafna banek li huma reġjonali. Il-Bank Dinji kien l-ewwel bank li twaqqaf wara l-gwerra li huwa globali u rrispettat ħafna.

Fil-laqgħat li jien attendejt ikun hemm uffiċjali mill-pajjiżi kollha fosthom Ministri għall-Finanzi u Gvernaturi tal-Banek Ċentrali. Magħhom ikollhom delegazzjonijiet kbar, esperti u uffiċjali li flimkien jattendu għal ħafna laqgħat. Hija okkażjoni li kulħadd qiegħed hemmhekk u għalhekk, wieħed jista’ jitkellem mal-ieħor.

Il-laqgħat li jieħdu mhedda ta’ nofs siegħa l-wieħed isiru tul il-ġurnata kollha u għalhekk, sabiex tattendi kemm tista u tlaħħaq ma’ kulħadd, kien hemm daqsxejn skariġġ sakemm tasal fil-kmamar fejn ikunu qegħdin isiru dawn il-laqgħat.  Saħansitra, ġieli kien hemm drabi fejn kellna nbidlu l-bini u għalhekk kellna mmorru n-naħa l-oħra tat-triq.

 

Aħna fil-każ tagħna niltaqgħu mal-Aġenżiji Internazzjonali tal-Kreditu kollha sabiex naġġornawhom kif ukoll nuruhom fejn waslet l-ekonomija, l-isfidi pendenti, dawk ġodda,  kif ukoll dwar il-Baġit. Apparti minn hekk, mal-istess aġenziji naqsmu magħhom l-intenzjonijiet ta’ Malta għas-sena d-dieħla.

Il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru 2019

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *