Maltese Articles

English Articles

Press Releases

Latest Articles, Maltese Articles


L-Baġit 2020 Immirat biex Iqassam il-Ġid Fost Kulħadd

Issa li d-data tal-Baġit ġiet imħabbra mill-Prim Ministru li ser tkun nhar it-Tnejn 14 ta’ Ottubru, ir-ritmu tax-xogħol ikun mgħaġġel aktar mis-soltu sew ġewwa l-Ministeru għall-Finanzi fejn isiru aktar preparamenti dwar liema miżuri għandu jkollhom priorita’ biex b’hekk naraw li dawn ilaħqu mal-Baġit.

 

B’rabta mal-abilita’ tan-nefqa, din hija xi ħaġa li tista ssir f’dawn il-jiem biss. Riċentament ħarġet l-informazzjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li indikat li Malta kibret b’4% b’mod reali u b’6.5% b’mod nominali fit-tieni parti tas-sena li flimkien fl-ewwel sitt xhur tas-sena ir-rata kienet il-fuq minn 4.5%.  B’hekk inkunu nistgħu nikkalkulaw kemm wieħed jistenna dħul bejn wieħed u ieħor għas-sena d-dieħla. Permezz ta’ mudelli ekonomiċi u ekonometriċi, din hija kruċjali għaliex fuqha jinħoloq il-Baġit.

Il-Baġit ma jistax jonfoq dak li ma jaqlax; dak li jdaħħal permezz ta’ dħul minn ħafna mhux biss taxxi imma minn sorsi oħra imbgħad minnhom jiddeċiedi kemm jixtieq jonfoq fuq kull ministeru.  Dan huwa l-eżerċizzju li issa wasal fil-parti kruċjali tiegħu.

Min-naħa l-oħra, huwa importanti li għadna nirċievu l-ideat mill-pubbliku in ġenerali, mill-intraprendituri, t-trejd unjonistiċi u l-imsieħba soċjali l-oħra. Dan sar permezz ta’ tlett attivitajiet; l-ewwel waħda kienet il-Business Breakfast fejn l-imsieħba soċjali kellhom l-opportunita’ li jisimgħu x’kellu xi jgħid il-Ministru għall-Finanzi kif ukoll setgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom u x’qed jikkonċernahom.  Kien hemm ukoll żewġ taqgħat ta’ konsultazzjoni f’Malta u Għawdex li għalihom kien hemm konkorrenza sabiħa u li huma bbażati fuq mistoqsijiet li l-pubbliku in ġenerali jagħmel lill-Ministru.

Fil-Business Breakfast, l-unjins u min iħaddem tkelmu dwar l-importanza li niffokaw fuq il-kwalita’.  Din hija xi ħaġa li għidth li wieħed jistenna għaliex meta l-problemi bażiċi jispiċċaw, wieħed jibda lejn affarijiet aktar importanti għall-bniedem.  Wara li inti għandek id-dħul x’tistenna iktar? Li d-dħul tgawdih b’arja aktar nadifa, li tasal minigħajr konġestjoni fit-toroq, li n-numru ta’ djar u uffiċini meta jkun hemm il-ħtieġa għalihom issib; dawn huma l-kwalita’ ta’ ħajja.

Dawn huma l-aktar affarijiet li jolqtu lil kulħadd;  kien hemm magħhom oħrajn li minħabba r-ritmu ekonomiku li għaddej, min iħaddem qed isib problema biex isib min jaħdem.  Dan kollu jiddependi miċ-ċiklu ekonomiku.  Kieku konna l-isfel taċ-ċiklu, l-folja kienet tinqaleb u jiġu dawk li ma jistgħux isibu xogħol u min iħaddem jgħid li għal kull għadma hawn mitt kelb; din l-istampa issa nqalbet.

Hekk kif ilħaqna l-miri ekonomiċi tagħna, issa dħalna f’fażi ġdida; fażi kif namministraw is-suċċess li lħaqna.  Minkejja li mhuwiex faċli, huwa wkoll ta’ sfida li titlob l-attenzjoni kollha li tamministra din il-fażi ġdida għal pajjiżna, fażi fejn l-ekonomija qed tikber b’rati ferm għoljin il’fuq minn tlett darbiet mill-medja Ewropea u allura trid tara kif tamministraha.  Dan fid-dawl, li l-popolazjoni qed tiżdied, min iħaddem qed jiżdiedlu x-xogħol u rridu naċċettaw, li l-iskart kif ukoll id-domanda għall-provvista tal-ilma u l-elettriku ukoll qed jiżdiedu wkoll.  Huwa għalhekk li għandna nħarsu lejn l-importanza ta’ din il-fażi ġdida ta’ pajjiżna.

Waqt il-laqgħat tal-Konsultazzjoni Pubbliċi, spikkat l-attendenza tal-pensjonanti li kienu disposti li jattendu.  Naturalment, l-aċenn tagħhom kien fuq il-pensjonijiet,  pensjonijiet fejn jinqalgħu anomaliji, meta wieħed ibiddel u jgħin lil naħa imbagħad jiġi ħaddieħor u jilmenta’ għaliex mhux jibbenefika daqs ħaddieħor;  dawn huma affarijiet li huma relatati mal-pensjonijiet.

Sadanittant, kien hemm ukoll domandi b’rabta mal-kwistjoni tal-Korpi, fuq sistema tal-pensjoni li nbidlet fl-1979 li bidlet is-sistema, u fejn twaqfet is-sistema ta’ ħlas tal-pensjonijiet tat-Teżor għal min daħal wara dik id-data u allura wieħed jistenna li jkun hemm ħafna mistoqsijiet fuq hekk, u  fuq ħafna suġġetti oħra.  Meta niddiskutu l-pensjonijiet, tara mil-lhiema lenti taraha, is-suġġett huwa sensittiv; dawn huma suġġetti, li l-Gvern irid jindirizza.   Permezz tal-Baġit li ġej, l-Gvern  ser  jindirizza dawn l-issues  bħal ma diġa għamel fil-passat.

Irri ngħid, li filwaqt li nirringrazzja l-pubbliku għal  dawn il-proposti u suġġerimenti niżgurahom, l-Gvern qiegħed jismgħahom.  Nittamaw li fil-Baġit li ġej, jasal biex jindirizza dawn il-materji li l-aktar jikkonċernaw lill-familji direttament.

Il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru 2019


Ask Edward