Il-laqgħat annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali, l-IMF u l-Bank Dinji huma bħal mekka u jirnexxilhom jiġbdu lejhom, qishom b’ritwal, eluf ta’ uffiċjali għolja ta’ ħafna istituzzjonijiet u aġenziji finanzjarji u regolatorji, kif ukoll ministri tal-finanzi, gvernaturi tal-bankek ċentrali u esperti ekonomiċi oħra minn madwar id-dinja.
Għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena irnexxieli nattendihom kollha taħt kappel jew ieħor. Fl-istess jiem isiru laqgħat organizzati mill-Istitut Internazzjonali Finanzjarju (IIF) u l-Group of Thirty li jgħoġobhom jistednuni wkoll. Sentejn fuq xulxin saru Washington u s-sena ta’ wara barra l-Amerika. Tul dan il-perjodu niftakar li saru f’Hong Kong, Singapore, Dubai, u Istanbul. Din id-darba miss lil Tokyo li jilqgħana f’daru.
L-aġenda ta’ dawn il-laqgħat hija wiesgħa u tħaddan is-sitwazzjoni tal-ekonomija u s-sistema finanzjarja globali, l-iżvilupp ekonomiku internazzjonali u l-faqar.
Jiena nattendi għal dawn il-laqgħat internazzjonali għax insibhom importanti biex inżomm ruħi aġġornat dwar xi jkun qed jiġri fir-reġjuni tad-dinja f’dak li jirrigwardja l-ekonomija u l-finanzi. Fil-bidu kont nattendi bħala membru uffiċjali tad-delegazzjoni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, wara wkoll bħala Chairman tal-Awtorita’ tas-Servizzi Finanzjarji, dawn l-aħħar sentejn mad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew. Din is-sena billi ma’ ġietx id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew ġejt mistieden mit-tlett istituzzjonijiet li semmejt hawn fuq.
L-opportunita’ li jagħtu dawn il-laqgħat hu li l-leaders finanzjarji tad-dinja jiltaqgħu f’belt waħda fl-istess ħin. Dan jirriżulta li jinġieb forma ta’ konsensus fuq l-aħjar mod u prattiċi li l-politika ekonomika u finanzjarja għandha tieħu. Din imbagħad tintuża biex titpoġġa pressjoni qawwija fuq xi pajjiż u ieħor, jew anke reġjun sħiħ.
Din is-sena miss liż-żona ewro biex taqa’ taħt dan l-iskrutinju. Nistgħu ngħidu wkoll li anke l-IMF u d-direttriċi tiegħu Christine Lagarde ġew esposti għall-kritika. Dan għal fatt li l-konvalixxenza mill-kriżi finanzjarja u ekonomika ilha sejra għal ħames snin u bi ħsiebha tieħu iżjed.
Niftakru li l-kriżi finanzjarja faqqgħet f’Settembru tal-2007. Dan seħħ meta l-bank Lehman Brothers tħalla jfalli u miegħu ġibed ħafna istitutuzzjonijiet finanzjarji oħrajn u li kieku ma kienx għall gvernijiet kienu wkoll ifallu. Din hija s-sitt sena li qed niltaqgħu fid-dell tal-kriżi finanzjarja għax l-ewwel waħda kienet saret f’Washington tlett ġimgħat wara li faqqet il-kriżi.
Allura din il-kriżi għexniha sena wara sena, kull darba titfaċċa xi ħaġa ġdida u wara l-kriżi finanzjarja ġiet ir-riċessjoni internazzjonali li għadna nbatu l-konsegwenzi tagħha sal-lum. Imbagħad fl-aħħar ġew d-djun tal-banek u tal-gvernijiet, u speċjalment ta’ dawk il-pajjiżi fiż-żona ewro.
Għaddew ħames snin u għadna ma ħriġniex minn dan it-tsunami finanzjarju li biddel il-fażijiet tiegħu pero l-effett negattiv għadu fuq id-dinja u iktar u iktar fuq iż-żona ewro.
Fl-istess ħin hemm pajjiżi oħra, pajjiżi ekonomikament żgħażagħ li l-grupp tiegħu jissejjaħ, il-grupp BRICS, il-Brażil, ir-Russja, l-Indja, iċ-Ċina u anke l- Afrika t’Isfel. Dawn kollha huma ekonomiji emerġenti li qed jiżviluppaw b’mod dinamiku u b’ċertu saħħa.
Dawn fil-fatt qegħdin jikbru b’rata ta’ ‘l fuq minn 7 fil-mija f’terminu reali, għalkemm jistgħu jikbru ferm aktar bħal ma ġara f’dawn l-aħħar snin sakemm ġew affettwati mill-mod kajman tat-tkabbir globali. Dan juri li l-effett taż-Żona u anke fl-Amerika qiegħed jinfirex mad-dinja kollha u effettwa t-tkabbir ekonomiku globali. L-IMF ħabbret li t-tkabbir globali ser jonqos kważi b’nofs perċentwal.
Pero minkejja dan kollu l-grupp BRICS jibqgħu huma l-‘Power House’ li qed jistimola lil ekonomija globali b’mod pożittiv.
Is-suġġett li tħadditna l-iktar dwaru huwa dwar kemm il-programmi ta’ awsterita’ li inti tbaxxi d-defiċit u djun waqt li jkun hemm riċessjoni kemm se jirnexxu. Aħna nafu li fil-passat dawn irnexxu. Ħafna kienu l-gvernijiet madwar id-dinja li kkonsolidaw il-finanzi pubbliċi meta dawn tilfu r-rotta. Pero’ dejjem sar meta r-rata tal-kambju kienet flessibli u mhux fissa, u kif ukoll l-ekonomija ma kienitx f’riċessjoni.
Li qed nesperjenzjaw hija l-politika Ġermaniża ta’ Shauble u Merkel li l-unika mod li tikkonsolida hu bi programmi ta’ awsterita’ biss. Xejn iżjed. Jaqgħu u jqumu jekk qegħdin f’riċessjoni jew le. Jew li r-rata tal-kambju hija fissa u mhux flessibli. U jridu jkomplu u ma jridux jieqfu allavolja l-esperti qed jgħidulhom mod ieħor.
Illum għandha defiċits u djun kbar f’pajjiżi bħal Greċja, l-Italja, Spanja, l-Irlanda u pajjiżi oħra u qegħdin jiġu mġegħla jaqtawhom. Dan qed isir pero fi żmien meta qegħdin f’riċessjoni u li din ir-riċessjoni qegħda tikber f’dawn il-pajjiżi.
Ma hemm xejn fl-akkademja, fix-xjenza ekonomika li tgħidilna li din tista’ tirnexxi taħt dawn il-kundizzjonijiet uniċi.
F’dawn il-laqgħat saret pressjoni kbira fuq il-pajjiżi taż-żona ewro u speċjalment il-Ġermanja biex il-programmi t’awsterita’ jittieħdu iktar bil-mod u b’inqas kefrija.
Li qegħda tiżdied hi l-pressjoni biex il-gvernijiet iwettqu riformi biex jilliberaw s-swieq speċjalment dak tax-xogħol.
Aħna Malta s’issa biex ngħidu hekk ħlisniha fis-sens ta’ attenzjoni fuqna għaliex aħna pajjiż żgħir. Pero issa qed naraw li Ċipru qed jaqa’ taħt ir-radar taż-żona ewro u għalhekk tal-IMF. Qed jingħad li anke pajjiż żgħir irid jagħmel bħal ħaddieħor. Ma niskantax jekk din il-pressjoni tersaq fuq Malta wkoll.
– l-orizzont: It-Tnejn, 15 ta’ Ottubru, 2012
3 responses to “Iż-Żona Ewro taħt skrutinju f’Tokyo”
Muchas gracias. ?Como puedo iniciar sesion?
EPA 600 6 75 002 priligy prescription
2b, 3a and b, 50 where can i buy cheap cytotec pill Methods Male adult Sprague Dawley rats n 6 group were treated with 15 mg day furosemide, or the rats were water restricted to 15 ml 200 g body weight per day