Ir-rati tal-imgħax baxxi


Ħafna huma n-nies fejn speċjalment jinkludu numru kbir ta’ pensjonanti, li jgħidulek kemm illum huma sfortunati li ir-rati ta’ l-imgħax huma daqshekk baxxi meta wieħed imur sabiex jiftaħ xi kont tat-tfaddil kurrentti l-bank. Meta wieħed jagħti ħarsa lejn ir-rati li qed joffru l-banek, żgur ħadd ma kien jemmen li xi darba l-bank kien se joffri rati baxxi daqshekk, bħal wieħed fil-mija, jew li toħroġ bond li tagħti yield ta’ one point five per cent.

Għal min qiegħed jistrieħ fuq dawn ir-rati ta’ imaxx bħala parti mid-dħul tiegħu, speċjalment dak l-individwu li jkollu l- pensjoni biss bħala l-unika sors ta’ dħul u jkollu xi ħaga imfaddla f’bank, għandu raġun illi jara dawn ir-rati baxxi ddiżappuntanti u allura ma tantx ikunu ta’ għajnuna għalieħ. Huwa stat ta’ fatt li m’hemmx il- bżonn xi ħadd jifhem fl-ekonomija biex jħossha u jgħidha.

 

logo orizzont

 

Wieħed allura jiġi bil-mistoqsija, ‘Mela allura meta konna tajjeb, meta ir-rata ta’ l-imgħax kienet għaxra fil-mija?’ Ir-rispons għall-mistoqsija bħal din ikun fil-pożittiv, iżda meta terġa issaqsijhom jekk jafux kemm kienet ir-rata ta’ l-inflazzjoni dak iż-żmien u kemm kienet fil-fatt ir-rata reali, bosta ma’ jafux jwieġbuk.  Fi kliem aktar sempliċi, meta inti tkun poġġejt mitt ewro, jew inkella f’dak iż-żmien kienet mitt lira maltija, imbagħad wara li l-kont jimmatura u tiġbed flusek, allura l-bank itik bl-għaxra fil-mija-mija u għaxar ewro. Huwa vera li meta toħroġ mill-bank ikollok mija u għaxra f’idek pero jekk il-ħajja tkun għoliet tnax fil-mija, dak li jkun ma’ jkun għamel xejn qliegħ iżda jkun mar min taħt.

Dan kien żmien fejn naħseb li konna inbagħtu mill-fatt illi ma niffaċċjawx ir-realta’ u nippruvaw nidħqu bina infusna, u konna kif bl-inġliż ngħidu, “money illusion”- jew illużjoni monetarja. Jiġifieri li kuntenti ningidmu pero għall inqas fuq il-karta u f’moħħna qisna kuntenti li r-rati tal-imgħax kienu għoljin u ma konniex nagħtu każ biżżejjed tar-rata tal-inflazzjoni.

 

Mela allura meta konna tajjeb, meta kienet ir-rata ta’ l-imgħax kienet għaxra fil-mija?

 

Illum ir-rata tal-inflazzjoni hija f’ħafna pajjiżi negattiva. Fuq din il-bażi huwa diffiċli li wieħed jifhem li meta inti tpoġġi l-flus il-bank int trid tħallas u mhux tirċievi l-imgħax biex iżommhom l-flus fil-bank. Din hija s-sitwazzjoni unika fl-istorja ekonomika f’ħafna pajjiżi. Malta m’aħniex f’din is-sitwazzjoni u għandna rata ta’ inflazzjoni ftit inqas minn wieħed fil-mija u allura wieħed irid inaqqas din biss mir-rata t’imgħax biex jara kemm qed idaħħal fuq l-investiment tiegħu b’mod reali.

Fi kliem aktar faċli jekk wieħed ipoġġi l-flus b’rata t’ imgħax ta’ tlieta fil-mija u r-rata ta’ inflazzjoni hija ta’ wieħed fil-mija għalinqas b’mod reali jkun qiegħed idaħħal dħul ta’ tnejn fil-mija.

 

image001

 

Mela hawnhekk wieħed jista’ jifhem din is-sitwazzjoni pero xorta tqum il-mistoqsija, għaliex qed jiġri dan? Li qed jiġri huwa li waqt li fill-passat kien hemm inflazzjoni u anka l-ekonomiji jikbru b’mod qawwi, u allura l-inflazzjoni kienet għolja wkoll f’pajjiżna llum, għall kuntrarju issa qegħdin f’riċessjoni. Nisħaq li dan ma’ japplikkax għal pajjiżna imma għall-parti mill-bqija tal-Ewropa u xi partijiet oħra tad-dinja, u fejn għandek diflazzjoni. Pajjiżi fejn għandek ir-rati ta’ min jipproduċi nieżlin, kif ukoll salarji u pensjonijiet inqatgħu u kif ukoll fejn kien hemm prezzijiet nieżlin.

Il-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew li aħna membru tagħha fiż-Żona Ewro, ma tistax tgħolli r-rati għaliex tkompli tagħttan is-sitwazzjoni ta’ min irid jinvesti. Għalkemm dawn illum m’humiex jinvestu pero jekk inti ma tippruvax ittigħhom il-flus kważi b’xejn, u dak huwa l-iskop tal-monetary easing, li tagħti l-flus b’xejn, anzi b’rati neggativi, tipprova tagħmel dan biex kemm jista’ jkun tinkorraġixxi l-investiment.

Dan isir bit-tama li jekk ikun hemm l-investiment ir-rota tibda ddur, u allura imbagħad dak li jkun qiegħed jiddeposita jista’ jieħu rati tal-imgħax forsi aħjar milli huma llum. Huwa inutili li noqgħodu ngħidu li rridu r-rati għoljin għaliex il-bank, l-ekonomija u anke l-politika monetarja mhux fl-interess tal-ekonomija li jagħtu rati għoljin. Meta r-rati jkunu baxxi xorta il-Bank Ċentrali Ewropew ma jistgħax jagħmel iżjed effett u allura imbagħad jasal biex jixtri bonds biex ikompli jippompja l-flus ħalli forsi tibda ddur l-ekonomija.

L-isfortuna ta’ dan kollhu hi li din il-politika ilha issa sejra għal perjodu twil sew u mhux qed ikollha l-effetti meħtiega. Fil-futur wieħed ma jistax jara li sa jkun hawn inflazzjoni qawwija iżda se nibqgħu għal-sena, sentejn f’dan l-ilma ta’ rati ta’ imgħaxxi baxxi.

 

Il-Gimgħa 4 ta’ Marzu 2016

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *