Il-laqgħat tal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji


2013AnnualMeeting_featuredFtit jiem ilu saru l-laqgħat annwali tal-ħarifa tal-Fond Monetarju Internazzjonali (l-IMF) u tal-Bank Dinji (l-WB). Dawn huma kkonsidrati bħa­la laqgħat globali u uniċi. Għalihom jattendu l-Ministri għall-Finanzi, il-Ministri li huma inkarigati mill-iżvilupp, kif ukoll il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali.

Ma’ dawn jingħaqdu ban­kiera, akkademiċi u persuni involuti fis-settur monetarju, ekonomiku u finanzjarju. Dawn tal-aħħar jinkludu l-aġenziji tal-klassifikar, ir-Rating Agencies.

Ir-rappreżentazzjonijiet u diskussjonijiet li jsiru jagħtu lil kull Ministru li jattendi stampa ċara ta’ x’inhu jiġri fid-dinja – mhux biss fl-Ewropa imma wkoll fl-Amerika ta’ Fuq, fl-Amerka Latina, fl-Asja u l-Afrika. Ir-raġuni hi li min qiegħed imexxi dawn il-pajjiżi ikun hemm hu stess biex jispjega preċiż. Wieħed jista’ jara wkoll x’inhu t-tbassir ekonomiku għas-sena li ġejja, u kif tista’ tintlaqat l-ekonomija ta’ pajjiżu.

Iżda fuq kollox dawn il-laqgħat huma daqshekk importanti għax jirrappreżen­taw opportunità sabiex il-Ministru jkun jista’ jiltaqa’ mar-rappreżentanti taż-żewġ istituzzjonijiet, l-IMF u l-WB innifishom. It-tnejn joff- ru delegazzjonijiet speċjali skont il-bżonn ta’ pajjiżek.

Hemm ukoll dik il-missjoni li dawn l-istituzzjonijiet jibagħtu f’kull pajjiż biex jeżamina l-andament ekonomiku u jagħmel rakko-mandazzjonijiet lill-gverni­jiet. Dawn għandhom influwenza kbira fuq l-investituri u r-Rating Agencies infushom. Id-dinja saret żgħira u l-kelma tiġri. Tista’ tgħid li kull laqgħa qisha eżami ta’ pajjiżek. Kull rapport se jixxandar jekk mhux illum, għada. Għalhekk trid tkun ippreparat, tqis kliemek, tkun moderat u oġġettiv kif tiddeskrivi lil pajjiżek. Jekk le, ma titwemminx.

Mill-esperjenza ssib li huwa mportanti li żżur dawn id-de­legazzjonijiet f’darhom u mhux tistennihom jiġu f’da­rek biss. Għax b’hekk tibni relazzjoni tajba li sservik biex pajjiżek jirbaħ il-kredibbiltà. Dan jgħodd ukoll għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-ikklassifikar.

 

 pr2244a

 

F’dawn il-jumejn u nofs li qattajt f’Washington, kelli programm impenjat ħafna ta’ laqgħat mal-istituzzjonijiet li semmejna, jiġifieri li jinkludu r-Rating Agencies Standard & Poor’s, Moody’s u Fitch IBCA.

Dawn l-aġenziji tal-klassifikar kienu f’pajjiżna xhur ilu u għalhekk ħadna din l-opportunità biex naġġornawhom fuq x’għamel ġdid il-Gvern minn dakinhar sal-lum. Dak li wegħdna u bassarna li se jiġri, qiegħed jiġri? Id-dħul tal-Gvern mistenni qiegħed fil-fatt jidħol? L-ispiża żammejna kontroll fuqha? Kif naħsbu li se tispiċċa din is-sena? X’qegħdin naħsbu għall-baġit tas-sena d-dieħla?

Huma b’dawn l-ideat li jiġu diskussi flimkien ma’ delegazzjoni li tkun qiegħda tieħu n-noti ta’ kull ma tkun qiegħed tagħmel u tgħid, tkun qiegħed timxi pass pass magħhom. B’dan l-approċċ, ma jkunx hemm xokkijiet, u l-Gvern ikun qiegħed juri, bl-akbar trasparenza, kif qiegħed jibni l-iżvilupp ekonomiku b’mod apert, u allura jkun jista’ jikkonvinċihom aħjar li dak li jkun qiegħed jagħmel qiegħed jindirizza l-problemi tal-pajjiż.

Kif nafu, l-Unjoni Ewropea għamlitilna ħames rakkomandazzjonijiet (Country Specific Recommendations), bħal kif tagħmel lil kull pajjiż membru tal-Unjoni. Dawn jirrikjedu azzjoni min-naħa tal-Gvern ta’ dak il-pajjiż. Allura dawn it-tip ta’ avvenimenti u laqgħat jirrapp­reżentaw opportunità biex il-Gvern jispjega lil dawn l-istituzzjonijiet kif qiegħed jindirizza dawn l-qosma, kemm jekk qiegħed titkellem fuq l-enerġija, fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa, jekk hux qiegħed titkellem fuq kif se ttejjeb il-ħiliet tal-ħaddiema tiegħek speċjalment is-snajja, kif inti qiegħed tindirizza wkoll il-problema tal-pensjonijiet u fl-aħħar nett il-burokrazija bil-ġustizzja u l-qrati, fost oħrajn.
Dawn huma affarijiet li jekk il-Gvern juri li qiegħed jin­dirizza – kif filfatt qiegħed jindirizza – jippermettih iwassal messaġġ ferm pożittiv, kif sar tul dawn il-laqgħat.

Ovvjament, xi xkiel jista’ jinqala’, u xi xokkijiet jistgħu jiġu wkoll, allavolja nagħmlu l-almu tagħna biex ne­vitawhom. Iżda l-approċċ uman huwa li dawn għandhom jiġu indirizzati biex b’hekk il-qagħda ta’ pajjiżek titjieb. Riżultat ta’ dan hu li ħaddieħor li mhux midħla ta’ pajjiżna u jisma’ dwar dan jitħajjar jiġi jinvesti f’pajjiżna, jew inkella jsell­fek il-flus li wara kollox kull pajjiż ikollu bżonn.

Meta mbagħad dawn l-istituzzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tal-kredtu jiġu f’pajjiżek, ikunu jistgħu ja­rawk b’mod aħjar minn qabel. Jiena konvint li din il-mawra tagħna f’Washington kienet importanti ħafna għal pajjiżna.

 

orizzont_logo

– Tuesday, 22nd October, 2013

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *