Direttiva li tiġġieled l-abbuż fuq it-taxxa


Ftit tal-ġranet ilu fuq il-meżżi tax-xandir tħabbar illi fil-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropeja, kunsill li jissejaħ ECOFIN, intlaħħaq ftehim fuq id-direttiva dwar l-evitar tal-ħlas ta’ taxxa. Meta ngħidu evitar ta’ taxxa hija fejn wieħed juża’ is-sistema u regoli tat-taxxa b’mod legali biex inaqqas u jħallas mill-inqas taxxa possibli. Importanti li evitar ta’taxxa m’għandu qatt jitħallat ma’ l-evażżjoni li tfisser li persuna ma’ jiddikjarax u allura jaħbi biex ma’ jħallas it-taxxa dovuta li għandu jħallas.

Fil-laqgħa tal-ECOFIN il-kunsill tkellem dwar l-evitar tat-taxxa fuq skala  globali u li dan jfisser illi kumpaniji kbar multinazzjonali kif ukoll kwalunkwe kumpanija li topera barra l-pajjiż għal xi pajjiż partikolari rajna illi ma’ tiġix evitat ħlas ta’ taxxa li hu mistħoq u mistenni b’mod li nirreferu għalih bħala b’mod aggressiv.

Il-fatt li l-pajjiżi kollha f’ dan il-Kunsill ftehmu jfisser li Malta ftehmet ukoll. Issib lil min jistaqsi u jgħidlek, daqs kemm konna nibżaw li pajjiżna jaqla daqqa kbira fuq ftehim bħal dan fl-Ewropa u anka b’mod globali mill-OECD dwar taxxa u li se nitilfu il-vantaġġi u l-kompetittivita’ ta’ pajjiżna. X’ġara minnha? Li ġara huwa l-fatt li Malta irnexxiela tikseb ħafna tibdiliet fil-qafas oriġinali minn dawk li kellha f’moħħa l-Kummissjoni u li setaw  ipperikolaw il-kompetittivita’ ta’pajjiżna.

 

orizzont thumbnail

 

Biex irnexxielna nikżbu dan kellna naħdmu bla għeda tul dawn ix-xhur. Ħidma li involviet ħafna laqgħat sew ma l-Kummissarju Moscovici għall-aktar minn darba kif ukoll kellna laqgħat waqt il-presidenza Olandiza mal Ministry Jeroen Dijsselbloem, iltqajna wkoll ma’ l-ex Kummissarju fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji Lord Hill u ltqajna wkoll ġewwa Pariġi mal-Kap tat-taxxa tal-OECD innifisa li bdiet u oriġinat il-famuż rapport bi ħmistax-il rakkomandazzjoni li jirrigwardja il-Base Erosion Profit Shifting (BEPS).

L-iskop aħħari ta’ dan il-ftehim huwa li l-kumpaniji jħallsu t-taxxa fejn ikollhom l-attivita għaddeja u mhux fejn iridu huma għax hekk jaqblilhom. Dan il-ftehim sar għax hu magħruf li xi kumpaniji kienu joħolqu kumpaniji artifiċjali f’ċertu pajjiżi sabiex jgħaddu l-flus minnhom u b’hekk jirnexilhom iħallsu l-inqas ammont ta’ taxxa. Jiġiefieri jiddikjaraw profitti anka f’pajjiżi li ma’ joperawx fihom bl-iskop li  jevitaw mit-taxxa. Riżultat ta’ dan, pajjiżi bħal Ingilterra, l-Ġermanja, Franza u ġieli anka Malta jispiċċaw bit-taxxa dovuta lilhom imħallsa bnadi oħra għar-raġuni ta’ dawn l-eżżenzjonijiet u taxxi baxxi.

Meta nagħtu ħarsa lejn pajjiżna, bl-attivita li kumpaniji barranin għandhom ġewwa pajjiżna, Malta kellha xi riservi u għalfejn tinkwieta xi ftit bit-text oriġinali li l-Kummissjoni ppreżentat għal din id-direttiva. Dan minħabba l-fatt li l-attivita reali difficli tiddistingwiha minn dik artificjali. Huwa minnu li prezenza titlob li jkollok l-uffiċini bil-komputers u n-nies joperaw l-istess uffiċċju mqar ħames persuni, l-aqwa li jkollhom attivita reali u mhux entita artifiċjali. Pero r-realta ma hix daqshekk sempliċi.

L-ikbar biża li pajjiżna kellhu kienet fuq is-sistema ta’ taxxa li jħaddan pajjiżna. Sistema li hija unika meta imqabbla ma’ sistemi ta’ pajjiżi oħra fejn il-kumpaniji iħallsu rata ta’ ħamsa u tlettin fil-mija għalkemm meta jitqassmu d-dividends sew f’Malta u sew barra jinataw rifond ta’ parti ta’ din it-taxxa skond l-istatus ta’ min jircevihom. Dan jagħmel lil pajjiżna attrajenti u ma jagħmel xejn ħazin li pajjiż ikollu taxxa baxxa biex jikkompeti. Din għamilnija ċara ma’ kull ħadd. Bħal Malta, l-pajjiżi l-oħra fi ħdan il-Kunsill tkellmu u għamlu l-punti tagħhom.

Għall-Malta huwa mportanti li ġibna dan ir-rispons pożittiv minn dawn l-awtoritajiet ili m’għandomx f’moħħom li jattakkaw is-sistema u l-istruttura ta’ taxxa ta’ pajjiżna u allura stajna nilħqu kompromess. Għalkemm huwa minnhu wkoll li f’ċertu affarijiet Malta bħal kull pajjiż ieħor se jkollu jaċċetta regoli ġodda. Dan kollhu sar bil-għan biex kumpaniji ma’ jkunux jistaw jevitaw xi taxxi billi jilgħabu pajjiż kontra l-ieħor b’ dik li ngħidula interest limitation payments jew bil-controlled foreign companies (CFCs). Dawn li għaddni kif semmejt huma nomenklaturi illi min hu midħla fis-servizzi finanzjarji u l-financial practitioners jafu li dawn huma għodod biex kumpaniji jispiċċaw iħallsu kemm jista jkun inqas jew f’ ħafna jew drabi oħra ma’ jħallsu xejn.

Pajjizna huwa kuntent li mingħajr ma sabbat saqajħ u hedded li juża il-vito, rnexxielu jiġbed l-attenzjoni mingħajr ma jitlef ir-reputazzjoni tiegħu. Dan speċjalment  fi żmien ta’ bħalissa meta għajnejn id-dinja qegħda fuq ċertu tax havens bħalma huma il-Caymen islands u l-Panama.

Aħna li għamilna bħala Gvern kien li rbaħna bil-konvinzzjoni ma’ l-ogħla awtoritajiet sew fl-OECD u kemm fl-Unjoni ewropeja. Lil hinn minn dan kollhu qbilna wkoll ma’ pajjiżi ohra li allenjaw ruhhom maghna biex nirreziztu xi tibdil li seta’ weġġa l-kompetitivita ta’ pajjiz ewropej fis-servizzi finanzjarji.

Qbil biex dak li gie maqbul ma’ jgħamilx ħsara lil pajjiżna, jżommu kompettitiv u li jkompli jżid in-negozju0 tiegħu billi jkollu wkoll taxxa kompettitiva.

 

14_ORZ

L-Orizzont- Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *