Maltese Articles

English Articles

Press Releases

Latest Articles, Maltese Articles


Baġit li Jiddeċiedi

Jekk wieħed jiddeċiedi li jItgħallem l-ekonomija, l-ewwel lezzjoni li jisma hija li l-bniedem sew ix-xewqat u sew il-bżonnijiet tiegħu huma ferm akbar mir-riżorsi li għandu biex jissodisfahom.  U għalhekk tinħoloq problema.  Din hija problema ta’ kull familja, ta’ kull pajjiż u ta’ gruppi ta’ pajjiżi.  Tħares fejn tħares anke lejn l-akbar pajjiż fid-dinja tirrealizza li r-riżorsi tiegħu l-art, in-nies li jaħdmu, l-kapital, il-makkinarju, tgħodd kemm tgħodd issib li fl-aħħar trid tieqaf, għaliex dawk huma r-riżorsi.  Tista’ tiġbed sinjal mad-dawra tagħhom.

 

Hu għalhekk li għandek dik id-diskrepanza bejn il-bżonnijiet u xewqat ta’ x’wieħed jew il-pajjiż x’jixtieq jagħmel u r-riżorsi tiegħu.

 

L-ekonomisti għandhom ċertu termini tagħhom.  Huma jitkellmu bil-bżonn ta’ għażla għaliex hemm limitu u m’għandekx riżorsi u m’għandekx flus u għalhekk trid tagħżel.  Dik hija l-problema; fis-sens li tiġi ffaċjat b’sitwazzjoni li ma tieħux gost biha li l-pajjiż irid jagħżel u jiddeċiedi.  Trid tagħmel il-prioritajiet.  X’inhu l-aktar importanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-interess pubbliku?

 

Definizzjoni li hija diffiċli biex tasal għaliha pero’ wieħed għalhekk jitla fil-politika biex jieħu responsabilita’ ta’ x’inhuma l-prioritajiet tal-pajjiż.  Min għandu l-akbar bżonn? Il-morda?  It-tfal? Il-pensjonanti? Nibdew sejrin b’dik l-iskala umbgħad l-aktar wieħed li jiflaħ ikun dak li jista jistenna.  Dawn huma affarijiet elementari pero mhuwiex faċli li wieħed jittraduċihom fir-realta’.

Nieħdu l-Baġit tal-Gvern. Hawnhekk kulħadd jagħmel it-talba tiegħu.  Meta nieħdu dawn il-miżuri kollha flimkien, it-talba tkun erba’ jew ħames darbiet ta’ kemm il-Ministru għall-Finanzi jew il-Gvern għandu għad-dispożizzjoni tiegħu.  Imma jgħidulek “Għandek Surplus.”

Fil-każ ta’ Malta, id-dħul tal-pajjiż laħaq il-ħame biljuni u nofs li hija somma fenominali imma ħafna mill-ispejjeż huma diġa determinati u jkompli mas-snin ta’ qabel.  Jekk inti għandek elf miljun salarji għall-pulizija, l-infermiera u t-tobba u kull min jaħdem mal-Gvern dawn iridu jitħalsu.  It-terz ta’ dik il-kwantita’ b’materjal li jridu jaħdmu biha.  Fil-każ tal-infermiera u t-tobba għandek il-mediċini mentri l-pulizija għandhom il-makkinarju u affarijiet oħra.  Meta tara dan il-qafas, tinduna li x’jibqa’ għall-Gvern għall-quddiem hija limitata.  Għalhekk trid tfassal abbażi ta’ dak li jkollok.  Id-domanda hija kbira u l-pressjonijiet huma kbar.  Dan il-Gvern jerfa r-responsabilita’ u jiddeċiedi u wara jippreżenta.  Sta għall-individwu u l-familji Maltin u Għawdxin li jisimgħu fil-ġurnata tal-Baġit dwar dak li l-Gvern għandu xi jħabbar u l-pjan tiegħu għas-sena li ġejja.

Il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru 2019


Ask Edward