State Aid


Nisimghu spiss dwar il-kuncett tal-Ghajnuna mill-Istat, bl-Ingliz State Aid. Din hija ghajnuna li tinghata minn gvern ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea, lil xi kumpaniji partikolari ghal ragunijiet partikolari.

Ghaliex, allura, qed ikun hemm l-implikazzjoni li l-Gvern ikun irid, f’certi okkazjonijiet, imur quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex din taqtaghha jekk bl-ghajnuna li jkun qed jaghti jkunx qed jikser ir-regoli tal-Unjoni dwar l-Ghajnuna mill-Istat?

 

stateaid

 

L-ewwel nett, irridu naraw x’inhu l-principju wara l-Ghajnuna mill-Istat. Dan huwa li gvern ma jistax jaghzel kumpaniji u jaghtihom certa ghajnuna, b’mod li jeskludi lil ohrajn. Hemmhekk ikun qieghed jikser ir-regoli dwar l-Ghajnuna mill-Istat. Jekk, perezempju, il-Gvern ikun qieghed jghin lill-industrija lokali tal-inbid biex tuza teknologija moderna u efficjenti, hemmhekk m’hemmx problema. Imma jekk jaqbad fabbrika jew kumpanija partikolari u jghin lilha biss, hemmhekk tista’ tghid li jkun qed jaghti Ghajnuna mill-Istat ghax ikun qieghed jeskludi lil haddiehor.

Biex ir-regoli tal-UE jkunu rrispettati, il-Gvern irid jaghti l-istess kundizzjonijiet lil kulhadd. Jekk bhala gvern se tghin, trid tghin lil kulhadd b’mod ragonat u b’objettivi cari. Sakemm jigri hekk minghajr ma tigi mminata l-kompetittività jew jinholoq zbilanc bejn kumpanija u ohra, kollox sew.

Izda ghal kollox hemm l-eccezzjoni. Qeghdin nassumu illi l-kumpaniji ghandhom suq fejn jimirhu u fejn jikkompetu, u li allura jekk tidhol fin-nofs se tohloq certi zbilanci. Imma jkun hemm kazijiet li fl-ekonomija nsejhulhom “falliment tas-suq” (market failure), jigifieri s-suq ma jirnexxix. Dan isehh meta jkun hemm xi tip ta’ investiment jew progett illi l-ebda kumpanija ma tkun lesta tidhol ghalih minghajr certi assigurazzjonijiet. Nghidu ahna, kumpanija privata ta’ xi kuntrattur mhix se tmur tibni triq jew xi fanal (lighthouse) mhux ghall-Gvern.

 

kullhadd

 

Mhux se tibni triq privata u titlob il-hlas minghand min jghaddi minnha b’mod li taghmel il-qligh, ghax is-suq dan ma jregihx. Fis-settur privat dan jirrizulta f’market failure. Kwalunkwe progett li l-kumpanija ma tistax taghmel profitt fuqu jikkollassa. Min se jinvesti, min se jsellef il-flus ghal dak il-progett, jekk dan ma jrendix? U allura jrid ikun hemm arrangament specjali.

F’kaz li jkun hemm falliment tas-suq, jidhol il-Gvern. Biex inbena parlament, bhalma fil-fatt sar, il-Gvern kellu jidhol garanti li jithallsu r-renti ghal tant snin, u allura dik kienet forma ta’ Ghajnuna mill-Istat – izda tip ta’

Ghajnuna mill-Istat approvata, li jiggarantixxi r-renta ghal 25, 30 sena ghax inkella dik il-kumpanija ma kinitx tibnih hekk. Hemm hafna okkazjonijiet fejn il-Gvern irid igib l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex jaghti ghajnuna. Kellna l-kaz, perezempju, tal-Air Malta. Ridna nirristrutturaw lil din il-kumpanija kummercjali, li l-Gvern ghandu partecipazzjoni azzjonarja fiha. Il-kumpanija kellha bzonn li l-Gvern jaghtiha somom kbar. Din is-sena, biss biss, qeghdin nghaddu €40 miljun ohra lill-Air Malta biex tirristruttura ruhha. Dik hija Ghajnuna mill-Istat. Hadd mhu qed jinnega dan, izda din hija Ghajnuna mill-Istat li hija ggustifikata u awtorizzata mill-Kummissjoni Ewropea.

Fil-qosor, fil-gudizzju taghha l-Kummissjoni tiddeciedi illi, f’dak il-kaz partikolari, ikun hemm falliment tas-suq u allura l-Gvern ikun jista’ jagevola, jaghti ghajnuna, jaghti garanziji, jew kwalunkwe haga li biha jista’ jghin. Dan jaghmlu fuq il-bazi tal-principju illi, kieku ma jaghmilx dan, l-ebda kumpanija kummercjali ma tkun lesta tidhol ghal dak il-progett.

Nispera li ‘l quddiem inkun car iktar dwar progetti specifici halli nkun nista’ nargumenta ghax, f’dak il-kaz, l-Ghajnuna mill-Istat hija ggustifikata.

9 ta’ Awwissu 2015

 

kullhadd

 

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *