Maltese Articles

English Articles

Press Releases

July 2020

Varat Pjan għas-Sostenibbiltà minn Yachting Malta

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u l-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna varaw Pjan għas-Sostenibbiltà mifrux fuq tliet snin imħejji minn Yachting Malta. L-għan ta’ dan il-pjan huwa biex fis-settur tal-yachting jibdew jintużaw prattiċi differenti favur settur aktar sostenibbli u viċin tal-ambjent. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Il-Ministru Ian Borg qal li “s-settur marittimu Malti dejjem ikun minn ta’ quddiem ... [+]

DBRS tikkonferma r-rating ta’ kreditu għal Malta bħala A (High) b’Outlook Stabbli

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji jilqa’ rapport ieħor pożittiv ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ppubblikat minn DBRS Morningstar, wara dak ta’ Fitch aktar kmieni dan ix-xahar, li kkonferma l-klassifikazzjoni ta’ Malta fil-livell A (High) b’Outlook Stabbli. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI L-Outlook Stabbli għal Malta, li ġie mill-ġdid ikkonfermat mid-DBRS, irriflettiet il-prestazzjoni ekonomika ... [+]

Uffiċini l-ġodda tal-Malta Digital Innovation Authority

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo inawguraw l-uffiċini l-ġodda tal-Malta Digital Innovation Authority fl-Imrieħel. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Il-Ministru Edward Scicluna qal li, “Mod essenzjali li permezz tiegħu jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku huwa permezz ta’ diversifikazzjoni f’setturi u f’niċeċ ... [+]

Fitch tikkonferma r-rating ta’ kreditu għal Malta bħala A+ bi prospetti stabbli

Il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji jilqa' l-aħħar rapport ta' klassifikazzjoni ta' kreditu maħruġ minn Fitch, li kkonferma r-rating ta' A+ għal Malta bi prospetti stabbli fi sfond tal-pandemija globali. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Dan ir-rating pożittiv irrifletta l-fatt li Malta għandha dħul għoli per capita u pożizzjoni b'saħħitha fil-kummerċ estern, fost fatturi ... [+]

Diskors ta’ tislima f’isem il-Ministri għall-Finanzi tal-Unjoni Ewropea

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna ġie magħżul mill-Eurogroup sabiex f’isem il-Ministri għall-Finanzi tal-Unjoni Ewropea jagħmel diskors ta’ tislima lil Mario Centeno fl-aħħar laqgħa tiegħu bħala President tal-Eurogroup. Il-laqgħa tal-Eurogroup saret nhar il-Ħamis 9 ta’ Lulju 2020. Il-Prof. Centeno informa lill-Ministri għall-Finanzi li kien ser jispiċċa mill-kariga ta’ Ministru ... [+]

Ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Lulju 2020

Kif diġà tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna fit-30 ta’ Ġunju 2020, l-Accountant General qiegħed iniedi l-ħruġ ieħor tat-62 + Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta għall-anzjani li twieldu matul is-sena 1958 jew qabel. L-ammont tal-ħruġ se jkun ta’ €60,000,000 soġġett li l-ammont jiżdied sa massimu ta’ €35,000,000 f’kaz ... [+]

Estensjoni tal-moratorju għall-faċilitajiet ta’ kreditu f’ċirkostanzi eċċezzjonali

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna ħabbar li ż-żmien tal-moratorju għall-faċilitajiet ta’ kreditu f’ċirkostanzi eċċezzjonali ser jiġi estiż għal perjodu ta’ sitt xhur oħra. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Il-Ministru Scicluna qal li, “il-ħidma tal-gvern ser tibqa’ ffukata sabiex issostni u tagħti nifs lin-nies fin-negozju, lis-self-employed u ... [+]