Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali nieda l-White Paper dwar is-suq tal-kera għal konsultazzjoni pubblika. Ir-riforma proposta għandha l-għan li toffri stabbiltà, trasparenza, prevedibilità u professjonalizzazzjoni tas-suq tal-kera privat.
STQARRIJA
MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
U
MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI
Il-White Paper tipproponi kuntratti aktar fit-tul, reġistrazzjoni obbligatorja tal-kuntratti tal-kera, tistabbilixxi perjodu minimu ta’ avviż għas-sidien u għall-inkwilin, infurzar kontra l-irregolaritajiet u l-abbużi flimkien ma’ iktar effiċjenza fis-soluzzjoni tat-tilwim.
Il-White Paper hi mfassla fuq 14-il xahar ta’ riċerka u ta’ konsultazzjoni ma’ iktar minn 350 individwu u entità u qed tipproponi żewġ mudelli għal konsultazzjoni.
L-ewwel mudell jipproponi durata minima obbligatorja, bil-massimu taż-żidiet, minn sena għall-oħra, stabbilit sabiex tiżdied il-prevedibilità. It-tieni mudell jinċentiva fiskalment kuntratti aktar fit-tul.
Fiż-żewġ mudelli, il-prezz inizjali jitħalla f’idejn is-sid u l-inkwilin, bl-ewwel xhur ikunu obbligatorji għall-inkwilin. B’hekk is-sidien ikollhom garanzija għall-investiment li jkunu għamlu. Sabiex igawdu minn aktar protezzjoni s-sidien u l-familji fil-kera, se jiġi reġistrat flimkien mal-kuntratt id-depożitu li jintalab mis-sid fil-bidu tal-kirja flimkien ma’ inventarju bir-ritratti. Mar-reġistrazzjoni tal-kuntratt se jkunu rekwiżiti wkoll il-formoli tal-ARMS biex tiżdied it-trasparenza fil-ħlas tal-kontijiet.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes spjega li dak li qed tipproponi l-White Paper tal-kera jirrifletti l-fatt li s-settur tal-kera privat inbidel minn kif kien fil-passat, jiġifieri ta’ akkomodazzjoni temporanja għal ftit nies, iżda qed isir soluzzjoni ta’ akkomodazzjoni għal terminu medju u twil.
Dan hu riżultat tal-bidliet demografiċi fl-aħħar snin u għalhekk iż-żewġ alternattivi li tipproponi l- White Paper iħarsu aktar fit-tul biex is-settur tal-kera privat ikun alternattiva ta’ akkomodazzjoni aktar sigura. Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes spjega li permezz tal-White Paper se tiżdied l-istabbiltà fis-suq biex il-familji fil-kera jgħixu mingħajr biża’, se tiżdied it-trasparenza biex tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn min jikri u s-sid filwaqt li se żżid il-prevedibilità biex il-familji li bil-għaqal tagħhom investew fil-proprjetà jibqgħu jagħmlu qligħ denju u ġust.
Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda li l-White Paper mhix iżolata iżda hi parti minn proġett wiesa’ għall-housing f’pajjiżna.
“Dan hu proġett li jħares fit-tul u li jinkludi fih pakkett ta’ miżuri li se nintroduċu fil-budget għas-sena d-dieħla inkluż mekkaniżmu ġdid għall-benefiċċju li jirċievu dawk li jgħixu fil-kera”.
Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon żied li l-White Paper hi xhieda ċara ta’ kemm il-Gvern qed jieħu bis-serjetà s-suq tal-kera u l-istabbiltà tiegħu.
Il-Ministru spjega li s-sitwazzjoni tal-lum hi riżultat tal-liġi li tneħħiet fl-1995 li kienet tiffoka aktar fuq l-inkwilin. Il-Ministru Falzon żied li l-Gvern se jibqa’ miftuħ għal iktar opinjonijiet permezz ta’ konsultazzjoni pubblika biex b’hekk tingħata stampa ċara bil-għan ewlieni li jiġu salvagwardjati kemm id-drittijiet tal-inkwilin u anke tas-sidien.
Il-Ministru Michael Falzon fakkar li Malta għandha fost l-aktar sidien ta’djarhom li jammontaw għal 78%. Quddiem dawn il-figuri pożittivi, xorta waħda dan il-gvern se jkompli jieħu l-interess tan-nies li qed jikru jew inkella jeħtieġu akkomodazzjoni soċjali.
Il-Ministru kkonkluda li l-Gvern se jibqa’ sensittiv u se jkompli jagħti l-għajnuna lil dawk l-aktar fil-bżonn fejn tidħol l-akkomodazzjoni soċjali.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li “l-għażla bejn jekk familja tixri jew tikri għandha tkun ħielsa u tibqa’ miftuħa u meħuda skont iċ-ċirkustanzi tal-familja”. Bħalissa, għandna tletin elf familja li qed jikru dar u tletin elf familja oħra li xtraw dar bis-self. Hemm ukoll mitt elf familja oħra li huma sidien ta’ djarhom mingħajr piżijiet ta’ self.
Wieħed jistma li l-assi li l-familji Maltin u Għawdxin għandhom fuq il-proprjetà li jgħixu fiha jlaħħqu għal aktar minn sebgħin elf biljun ewro u din qed tiżdied fil-valur tagħha kull sena.
Il-Ministru spjega li l-istatistika riċenti tagħti stampa inkoraġġanti fejn il-perċentwali tal-familji li qalu li l-ispiża fuq dar hi piż sostanzjali tas-salarju naqas minn sittin fil-mija fis-sena 2013 għal għoxrin fil-mija s-sena l-oħra. It-tkabbir ekonomiku kif ukoll il-miżuri tal-budgets wasslu għal dan it-titjib, ikkonkluda l-Ministru Scicluna.
Il-konsultazzjoni se tkun miftuħa għall-pubbliku sat-30 ta’ Novembru. Fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jorganizza laqgħat ta’ konsultazzjoni f’bosta kunsillil dwar il-proposti tal-White Paper.
Tista’ tniżżel id-dokument tal-White Paper dwar is-suq tal-kera mil-link
Aktar tagħrif jinkiseb minn din is-sit
Monday 15th October 2018
35 responses to “Imnedija ‘White Paper’dwar is-suq tal-kera għal konsultazzjoni pubblika”
I very delighted to find this internet site on bing, just what I was searching for as well saved to fav
This was beautiful Admin. Thank you for your reflections.
You’re so awesome! I don’t believe I have read a single thing like that before. So great to find someone with some original thoughts on this topic. Really.. thank you for starting this up. This website is something that is needed on the internet, someone with a little originality!
I do not even understand how I ended up here, but I assumed this publish used to be great
Pretty! This has been a really wonderful post. Many thanks for providing these details.
Very well presented. Every quote was awesome and thanks for sharing the content. Keep sharing and keep motivating others.
Good post! We will be linking to this particularly great post on our site. Keep up the great writing
Awesome! Its genuinely remarkable post, I have got much clear idea regarding from this post
Awesome! Its genuinely remarkable post, I have got much clear idea regarding from this post
I am truly thankful to the owner of this web site who has shared this fantastic piece of writing at at this place.
Pretty! This has been a really wonderful post. Many thanks for providing these details.
You’re so awesome! I don’t believe I have read a single thing like that before. So great to find someone with some original thoughts on this topic. Really.. thank you for starting this up. This website is something that is needed on the internet, someone with a little originality!
I really like reading through a post that can make men and women think. Also, thank you for allowing me to comment!
This is my first time pay a quick visit at here and i am really happy to read everthing at one place
Nice post. I learn something totally new and challenging on websites
I like the efforts you have put in this, regards for all the great content.
This was beautiful Admin. Thank you for your reflections.
I like the efforts you have put in this, regards for all the great content.
For the reason that the admin of this site is working, no uncertainty very quickly it will be renowned, due to its quality contents.
There is definately a lot to find out about this subject. I like all the points you made
Nice post. I learn something totally new and challenging on websites
For the reason that the admin of this site is working, no uncertainty very quickly it will be renowned, due to its quality contents.
Good post! We will be linking to this particularly great post on our site. Keep up the great writing
I really like reading through a post that can make men and women think. Also, thank you for allowing me to comment!
Great information shared.. really enjoyed reading this post thank you author for sharing this post .. appreciated
I’m often to blogging and i really appreciate your content. The article has actually peaks my interest. I’m going to bookmark your web site and maintain checking for brand spanking new information.
I appreciate you sharing this blog post. Thanks Again. Cool.
Hi there to all, for the reason that I am genuinely keen of reading this website’s post to be updated on a regular basis. It carries pleasant stuff.
Great information shared.. really enjoyed reading this post thank you author for sharing this post .. appreciated
I very delighted to find this internet site on bing, just what I was searching for as well saved to fav
Pretty! This has been a really wonderful post. Many thanks for providing these details.
This is really interesting, You’re a very skilled blogger. I’ve joined your feed and look forward to seeking more of your magnificent post. Also, I’ve shared your site in my social networks!
very informative articles or reviews at this time.