Last meeting with Trichet – L-MEP u Int – Prog 85


Is-sitwazzjoni fiz-Zona Ewro kompliet tmur ghall-aghar. Dan mhux biss fil-Grecja, fejn jidher li ma fadalx tama li tirkupra, imma issa wkoll fost il-banek ewlenin Ewropej, bil-Bank Belgjan Dexia prattikament ifalli u jitob l-ghajnuna tal-Gvern ta’ pajjizu.

Il-laqgha tal-Hadd, 9 ta’ Ottubru, 2011, bejn il-President Franciz Nicolas Sarkozy u l-Kancillier tal-Germanja Angela Merkel, tista’ tghid li ma wasslet imkien. Sadattant laqgha tal-Kunsill Ewropew li kellha ssir nhar it-Tnejn u t-Tlieta, 17 u 18 ta’ Ottubru, giet posposta ghall-Hadd, 23 tax-xahar, bil-ghan li jintrebah aktar zmien.
Fl-isfond ta’ dan kollu l-Ewroparlamentari Laburista l-Professur Edward Scicluna kellu zewg laqghat fi Brussels mal-President tal-Bank Centrali Ewropew Jean Claude Trichet.
Prof. Edward Scicluna tratta dawn is-suggetti fil-programm televiziv L-MEP U INT fuq Smash TV il-Gimgha, 14 ta’ Ottubru, 2011.

, ,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *